Il-Portugall ( ˈpɔrtʃʉɡəl (għajnuna·info), (Portugiż: Portugal), uffiċjalment ir-Repubblika Portugiża (Portugiż: República Portuguesa), huwa pajjiż li jinsab fil-Lbiċ tal-Ewropa, fil-Peninżula Iberjana.
Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Oċean Atlantiku mill-Punent u n-Nofsinhar u minn Spanja fit-Tramuntana u l-Lvant. Apparti mill-Portugall kontinentali, ir-Repubblika Portugiża għandha sovranità fuq l-arċipelagi Atlantiċi tal-Azores u Madeira, li huma reġjuni awtonomi tal-Portugall. Il-pajjiż huwa msemmi wara t-tieni l-akbar belt tiegħu, Porto, mill-isem Latin li kien Portus Cale.
Repubblika Portugiża República Portuguesa | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: A Portuguesa Il-Portugiż | ||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Liżbona 38°46′N 9°9′W / 38.767°N 9.15°W
| |||||
Lingwi uffiċjali | Portugiż | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali semi-presidenzjali unitarja | |||||
- | President | Aníbal Cavaco Silva | ||||
- | Prim Ministru | Pedro Passos Coelho | ||||
- | President tal-Assemblea | Assunção Esteves | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Fondazzjoni | 868 | ||||
- | Re-fondazzjoni | 1095 | ||||
- | Sovranità | 24 ta' Ġunju 1128 | ||||
- | Renju | 25 ta' Lulju 1139 | ||||
- | Rikonoxxuta | 5 ta' Ottubru 1143 | ||||
- | Rikonoxximent papali | 23 ta' Mejju 1179 | ||||
- | Repubblika | 5 ta' Ottubru 1910 | ||||
- | Demokrazija | 25 ta' April 1974 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Jannar 1981 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 92,212 km2 (111) 35,603 mil kwadru | ||||
- | Ilma (%) | 0.5 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 10,581,949 (77) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 10,562,178 | ||||
- | Densità | 115/km2 (96) 298/mili kwadri | ||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $246.523 biljun | ||||
- | Per capita | $23,385 | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $212.720 biljun | ||||
- | Per capita | $20,178 | ||||
IŻU (2013) | 0.816 (għoli ħafna) (43) | |||||
Valuta | Ewro (EUR ) | |||||
Żona tal-ħin | WET (UTC+0) | |||||
Kodiċi telefoniku | +351 | |||||
TLD tal-internet | .pt |
Il-Portugall huwa stat li jinsab fl-Ewropa tal-Punent. Iż-żona kontinentali tagħha tinsab fil-Peniżola Iberika. Il-pajjiż imiss fin-nofsinhar u fil-punent mal-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana għal 1,793 km ta' kosta u lejn il-lvant u t-tramuntana ma' Spanja, għal 1,214 km. Minkejja d-daqs ta' din il-fruntiera, il-Portugall ma jagħrafx is-sezzjoni tal-fruntiera bejn il-bokka tax-xmajjar Caya u Cuncos mill-annessjoni tat-territorju ta' Olivenza mir-Renju ta' Spanja, fl-1801. Din iż-żona hija mitluba mill-Portugall, iżda uffiċjalment Hija hija parti integrali mill-provinċja Spanjola ta' Badajoz.
Il-Portugall jaqsam 1,224 km ta' fruntiera ma' Spanja.
Forma ta' Stat: Repubblika Parlamentari. Diviżjoni amministrattiva: 18-il distrett (Aveiro, Beja, Braga, Bragança, Castelo Branco, Coimbra, Evora, Faro, Guarda, Leiria, Lisbona, Portalegre, Porto, Santarém, Setúbal, Viana do Castelo, Vila Real, Viseu) u 2 Reġjuni Awtonomi (Azores u Madeira).
This article uses material from the Wikipedia Malti article Portugall, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.