Din għandha tkun paġna ta' referenza għall-grammatika Maltija.
Biex titħaddet fuq il-grammatika Maltija mur fuq il-paġna tad-diskussjoni.
L-alfabett Malti fih 30 ittra, li 6 huma vokali u 24 konsonanti. Dawn huma:
A | B | Ċ | D | E | F | Ġ | G | Għ | H | Ħ | I | IE | J | K | L | M | N | O | P | Q | R | S | T | U | V | W | X | Ż | Z |
a | b | ċ | d | e | f | ġ | g | għ | h | ħ | i | ie | j | k | l | m | n | o | p | q | r | s | t | u | v | w | x | ż | z |
L-istorja tal-alfabett hi kkaratterizzata mhux biss minn varjetà ta' simboli għal kull ittra, imma wkoll minn varjazzjoni fl-ordni tal-ittri. Waħda mill-bidliet fis-sekwenza hija tal-ittra Għ li, minflok bejn il-G u l-H, tiġi bejn in-N u l-O.
ara Lingwa Maltija.
A/a, E/e, I/i, O/o, U/u, IE/ie
Il-vokali tal-leħen tidħol f’kelma biex inkunu nistgħu nlissnuha tajjeb. Din tidħol quddiem :
ilbiesi, nilagħbu, nisirqu.
ridt iddur, riedet iddawwar, irrid immur
eżempji : żewġt itfal tlitt ibniet erbat iħbieb ħamest idjar sebat ibliet tmint ifran disat iklieb għaxart iħmir
l-iskola, l-ixkupi, l-istejjer.
Il-konsonanti huma 24:
b, ċ, d, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, n, p, q, r, s, t, v, w, x, ż, z
Fil-Malti l-konsonanti huma importanti għax jifformaw l-għerq tal-kelma.
Eż. raġel għandha għerq r - ġ - l.
Il-konsonanti jistgħu jkunu:
l-konsonanti kollha barra 'j' u 'w'
Dawn huma 'j' u 'w'
ċ, d, n, r, s, t, x, ż, z
b, f, ġ, g, għ, ħ, h, j, k, l, m, p, q, v, w
ċ, f, h, k, p, s, t, x
b, d, ġ, g, għ, v, ż
l, m, n, r, għ.
L-Assimilazzjoni issehh meta konsononati jinstemgħu mod differenti milli kif jinkitbu. L-assimilazzjoni tal konsonanti tinqasam fi tnejn : Shiha ; meta l-assimilazzjoni tkun tidher, ezempju : ix-xemx mhux il-xemx ghax 'x' hija konsonanta xemxija Parzjali ; Meta il-bidla tkun tinstema` biss u ma tinkitibx Din tinqasam fi tnejn : Rigressiva ; meta l-ittra ta` wara tinfluwenza lil dik ta` quddiema u ghalhekk tinstema mod iehor ez : dħul tinstema tħul Progressiva ; meta l-ittra ta` quddiem tinfluwenza lil dik ta warajha u tbiddel il-hoss ez : ġkieket .instema ġgieget
Kif tiftakarhom?
Il-verbi irregolari huma dawk li ma jimxux għal kollox mal-konjugazzjoni tal-verbi l-oħra sħabhom. Dawn huma: ġie, kiel, ra, ħa, idda, emmen, mar, iżża, ta, qal, jaf, kellu, waqaf, jisem.
(1) ta
Imperfett: nagħti, tagħti, jagħti, tagħti, nagħtu, tagħtu, jagħtu.
Perfett: tajt, tajt, ta, tat, tajna, tajtu, taw.
Imperattiv: agħti, agħtu.
Partiċipju Passat: mogħti, mogħtija, mogħtijin.
Is-7 forma:
Imperfett: ningħata, tingħata, jingħata, tingħata, ningħataw, tingħataw, jingħataw
Perfett: ingħatajt, ingħatajt, ingħata, ingħatat, ingħatajna, ingħatajtu, ingħataw.
(2) ħa
Imperfett: nieħu, tieħu, jieħu, tieħu, nieħdu, tieħdu, jieħdu.
Perfett: ħadt, ħadt, ħa, ħadet, ħadna, ħadtu, ħadu.
Imperattiv: ħu, ħudu.
Partiċipju Passat: meħud, meħuda, meħudin
(3) ra
Imperfett: nara, tara, jara, tara, jaraw, taraw, jaraw.
Perfett: rajt, rajt, ra, rat, rajna, rajtu, raw.
Imperattiv: ara, araw.
Partiċipju Passat: (perifrastiku) milmuħ, milmuħa, milmuħin p.p. ta' lemaħ
(4) qal
Imperfett: ngħid, tgħid, jgħid, tgħid, ngħidu, tgħidu, jgħidu.
Perfett: għedt, għedt, qal, qalet, għedna, għedtu, qalu.
Imperattiv: għid, għidu.
Partiċipju Passat: ????
(5) ġie
Imperfett: niġi, tiġi, jiġi, tiġi, jiġu, tiġu, jiġu.
Perfett: ġejt, ġejt, ġie, ġiet. ġejna, ġejtu, ġew.
Imperattiv: ejja, ejjew.
Partiċipju Passat:
Partiċipju Attiv: ġej, ġejja, ġejjin
(6) mar
Imperfett: immur, tmur, jmur, tmur, immorru, tmorru, immoru.
Perfett: mort, mort, mar, marret, morna, mortu, marru.
Imperattiv: mur, morru.
Partiċipju Passat:
(7) idda
Imperfett: niddi, tiddi, jiddi, tiddi, niddu, tiddu, jiddu.
Perfett: iddejt, iddejt, idda, iddiet, iddejna, iddejtu, iddew.
Imperattiv: iddi, iddu.
Partiċipju Passat:
(8) iżża
Imperfett: niżżi, tiżżi, jiżżi, tiżżi, niżżu, tiżżu, jiżżu.
Perfett: iżżejt, iżżejt, iżża, iżżiet, iżżejn, iżżejtu, iżżew.
Imperattiv: iżżi, iżżu.
Partiċipju Passat: miżżi, miżżija, miżżijin ????
(9) emmen
Imperfett: nemmen, temmen, jemmen, temmen, nemmnu, temmnu, jemmnu.
Perfett: emmint, emmint, emmen, emmnet, emminna, emmintu, emmnu.
Imperattiv: emmen, emmnu.
Partiċipju Passat: emmnut, emmnuta, emmnuti
(10) kellu
Imperfett: ikolli, ikollok, ikollu, ikollha, ikollna, ikollkom, ikollhom.
Perfett: kelli, kellek, kellu, kellha, kellna, kellkom, kellhom.
Imperattiv:
Partiċipju Passat:
(11) waqaf
Imperfett: nieqaf, tieqaf, jieqaf, tieqaf, nieqfu, tieqfu, jieqfu.
Perfett: waqaft, waqaft, waqaf, waqfet, waqafna, waqaftu, waqfu.
Imperattiv: ieqaf, ieqfu.
Partiċipju Passat: imwaqqaf, imwaqqfa, imwaqqfin.
(12) jisem
(13) kiel
Imperfett: niekol, tiekol, jiekol, tiekol, jieklu, tieklu, jieklu.
Perfett: kilt, kilt, kiel, kielet. kilna, kiltu, kiltu.
Imperattiv: kul, kulu.
Partiċipju Passat: mikul, mikula, mikulin
Pronomi Pronomi Magħżulin huma dawn - Jiena, inti, hija, huwa, ahna, intom, huma. pronomi Mehmużin
This article uses material from the Wikipedia Malti article Grammatika Maltija, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.