Mediawiki

MediaWiki huwa softwer ta' magna għall-wiki b'xejn u b'sors miftuħ.

Huwa kien żviluppat għall-użu fuq il-Wikipedija fl-2002, u ngħata l-isem "MediaWiki" fl-2003. Għadu jintuża fuq il-Wikipedija u kważi l-websajts l-oħra kollha tal-Wikimedia, inklużi Wiktionary, Wiki Commons u Wikidata; dawn is-siti jkomplu jiddefinixxu parti kbira mir-rekwiżit stabbilit għal MediaWiki. Oriġinarjament MediaWiki kien żviluppat minn Magnus Manske u mtejjeb minn Lee Daniel Crocker. Eventwalment, l-iżvilupp tiegħu kien ikkoordinat mill-Fondazzjoni Wiki.

MediaWiki huwa miktub bil-lingwa ta' programmazzjoni PHP u jaħżen il-kontenut tat-test kollu f'database. Is-softwer huwa ottimizzat biex jimmaniġġja b'mod effiċjenti proġetti kbar b'kapaċità ta' terabytes ta' kontenut u mijiet ta' eluf ta' hits kull sekonda. Minħabba li l-Wikipedija hija waħda mill-akbar websajts tad-dinja, kien importanti għall-iżviluppaturi li jibnu sistema ta' skalabbiltà permezz ta' għadd ta' saffi ta' caching u r-replikazzjoni tad-database. Aspett ewlieni ieħor tal-MediaWiki huwa l-internazzjonalizzazzjoni tiegħu; l-interface tiegħu huwa disponibbli f'iktar minn 300 lingwa.[11] Is-softwer għandu aktar minn 1,000 settings tal-konfigurazzjoni u aktar minn 1,800 estensjoni disponibbli biex jippermettu li diversi karatteristiċi jiġu miżjuda jew mibdula.

Minbarra l-użu fuq is-siti tal-Wikimedia, MediaWiki jintuża bħala sistema tal-immaniġġjar tal-għarfien u tal-ġestjoni tal-kontenut fuq bosta eluf ta' websajts, pubbliċi u privati, inklużi l-websajts wikiHow u Liquipedia, u installazzjonijiet fuq intranet ewlenin bħal Intellipedia u Diplopedia. F'Malta jintuża ukoll fuq il-wiki tal-M3P.

Referenzi

Tags:

Fondazzjoni WikimediaWikidataWiki CommonsWikipedijaWiktionary

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Pajjiżi tad-dinjaXlendiMawrizjuIngilterraAteniWilliam ShakespeareModenaMużikaĠorġ PisaniSierra LeoneSan MarinoSkarpanPhilippiAngelo SchiavioForti Sant’AnġluOrdni ta' San ĠwannOrtografijaTa' XbiexProbabbiltàAliya MoldagulovaFontana (Għawdex)Ħaż-ŻabbarKnisja Katidrali ta' GħawdexKosta tal-AvorjuPietru CaxaroAmerigo VespucciArsenal FCStati UnitiGeorge WashingtonĠwanni NepomiċenuPoddataEvoluzzjoniMohamed bin Zayed Al NahyanEġittu tal-qedemVeronaKewkba ta' BetlehemJum il-Ħelsien (Malta)TabibLuzzuŻooloġijaUEFAVincent van GoghKapparL-ImsidaFrédéric BartholdiAlexander WolszczanNapliMyriam Spiteri DebonoThe BeatlesOntarioBuskettLiberjaGinea EkwatorjaliQala (Għawdex)Quercus ilexAkkwedott ta' Padre TemblequeDubai (belt)Charles de GaulleMaltinPhilippe Villiers de L'Isle-AdamFreddie Micallef🡆 More