Myriam Spiteri Debono: President tar-Republika ta' Malta

Myriam Spiteri Debono jew Miriam Spiteri Debono (imwielda fil-25 ta' Ottubru 1952) hija l-President attwali ta' Malta .

Hija l-ewwel mara Għawdxija li ġiet eletta fil-kariga. Kienet ukoll l- Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta mill-1996 sal-1998, u l-ewwel mara li okkupat dik il-kariga.

Myriam Spiteri Debono
Myriam Spiteri Debono: Edukazzjoni u karriera bikrija, Presidenza, Ħajja privata
President ta' Malta

4 April 2024 -
George Vella
Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

Settembru 1996 - Ottubru 1998
Lawrence Gonzi - Anton Tabone
Ħajja
Twelid Rabat, 25 Ottubru 1952 (71 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni nutar
politiku

F'Jannar 2023, hija ġiet proposta għall-irwol ta' Kummissarju tal-Istandards mill- Partit Nazzjonalista, madankollu, hija rrifjutat li tiġi kkunsidrata formalment għar-rwol billi sostniet li ma kinitx adattata għalih u lanqas ma kienet interessata li tieħu l-kariga.

Edukazzjoni u karriera bikrija

Spiteri Debono twieldet bħala Miriam Zammit fir-Rabat, Għawdex, lil Pawlu Zammit u martu. Hija rċeviet l-edukazzjoni formali tat-tfulija tagħha f’Għawdex u wara attendiet l- Università ta’ Malta, fejn studjat il-Letteratura u l-Lingwistika Ingliża, u gradwat fl-1973. Studjat ukoll il-liġi u gradwat bħala Nutar fl-1980.

L-ewwel ħatriet tagħha fil-kariga pubblika kienu jinkludu dik ta’ president tal-Bord tal-Koperattivi, u membru fundatur tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

Kienet kandidata għall-Malta Labour Party f’ħames elezzjonijiet ġenerali (1981, 1987, 1992, 1996, 2003), iżda qatt ma ġiet eletta. Madankollu, hija ġiet eletta fl-eżekuttiv nazzjonali tal-partit fl-1982.

Spiteri Debono serviet bħala president tas-sezzjoni tan-nisa tal -Partit Laburista bejn l-1993 u l-1996.

F'Settembru 1996 inħatret Speaker tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta mill-Prim Ministru Alfred Sant. Kienet l-ewwel mara li serviet f’dan l-irwol f’Malta, warajha daħal fil-kariga ta' speaker Anton Tabone f’Ottubru 1998.

Presidenza

Fil-21 ta’ Marzu 2024, kienet irrapurtata li kienet l-ippreferuta biexbiex tinħatar president tar-Repubblika ta’ Malta. Il-ġimgħa ta’ wara, dan kien ikkonfermat fi stqarrija konġunta maħruġa mill-uffiċji tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kamra tad-Deputati ivvutat unanimament biex teleġġi lil Spiteri Debono bħala l-11-il President ta’ Malta fis-27 ta’ Marzu 2024. B'hekk saret l-ewwel president li ġie elett bl-użu tar-riforma kostituzzjonali l-ġodda tal-2020 li tindkudi ir-rekwiżit il-ġdid ta’ żewġ terzi tal-approvazzjoni tal-parlament għan-nominat presidenzjali.

Spiteri Debono hija t-tielet mara li qed isservi bħala President ta’ Malta, wara Agatha Barbara u Marie Louise Coleiro Preca. Hija wkoll it-tielet persuna minn Għawdex li ġiet appuntata f'din il-kariga, wara Anton Buttigieg u Ċensu Tabone.

Hija ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 2024.

L-għada li nħatret ammettiet li ma tużax email jew kompjuter, tippreferi tiddetta l-korrispondenza tagħha u tħalli l-emails f'idejn żewġha.

Ħajja privata

Spiteri Debono għexet ħafna mill-ħajja adulta tagħha f'Birkirkara, Malta. Hija miżżewġa lin-nutar Anthony Spiteri Debono u għandhom tlett itfal, Elena, George and Maria Kristina. Hi u żewġha huma wkoll nanniet ta' erba' neputijiet: Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.

Referenzi

Tags:

Myriam Spiteri Debono Edukazzjoni u karriera bikrijaMyriam Spiteri Debono PresidenzaMyriam Spiteri Debono Ħajja privataMyriam Spiteri Debono ReferenziMyriam Spiteri DebonoGħawdexPresident ta' MaltaSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Dun Ġorġ PrecaMicrosoft WindowsSarah BonniciTestment il-ĠdidĦondurasVjetnamMużew ta' TrojjaRepubblika tal-IrlandaStorja tal-KristjaneżmuPartit Laburista (Malta)Irħula ta' MaltaBitNeymarProfessjoniFinlandjaSilvio BerlusconiFgura United FCŻvezjaDerryBurmaMediaWikiĠużè BonniciReliġjon NisranijaSão Tomé u PríncipeLavaKirurguSiviljaIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemISO 3166-1Beggazzina tan-NordĠebla ta' RosettaInnijiet ta' Dun Karm PsailaĠudaiżmuWikipedijaFerenc PuskásRużar BriffaMoldovaWiki CommonsBelt kapitaliRaġelRené DescartesWikiversitàAstronomuEkoloġijaFranz KafkaFK QarabağPajjiżi BaxxiNiġerTupaia palawanensisĦal QormiPietà Hotspurs FCLiberjaL-Imdina🡆 More