George Vella: Politiku Malti u President tar-Repubblika ta' Malta

It-Tabib George Vella (Żejtun, 24 ta' April 1942) huwa l-għaxar President ta' Malta.

Qabel huwa kien darbtejn Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta. Kien ukoll Deputat Priministru ta' Malta. Kien Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Ambjent mill-1996 sal-1998, u Ministru tal-Affarijiet Barranin mill-2013 sal-2017. Kien ukoll Deputat Mexxej tal-Partit Laburista mill-1992 sal-2003.

George Vella
George Vella: Mediċina, Politika, Unuri
President ta' Malta

4 April 2019 - 4 April 2024
Marie Louise Coleiro Preca - Myriam Spiteri Debono
Ministru għall-Affarijiet Barranin

13 Marzu 2013 - 7 Ġunju 2017
Francis Zammit Dimech (en) Translate - Carmelo Abela (en) Translate
Membru tal-Parlament Ewropew

1 Mejju 2004 - 19 Lulju 2004
District: Malta
7. Ministru għall-Affarijiet Barranin

29 Ottubru 1996 - 6 Settembru 1998
Guido de Marco - Guido de Marco
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1995 - 1996
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

17 Settembru 1986 - 26 Jannar 1987
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

26 April 1982 - 25 April 1983
Ħajja
Twelid Żejtun, 24 April 1942 (81 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell
Premjijiet
List
  • Ordni Nazzjonali tal-Meritu Ordni Nazzjonali tal-Meritu
    Order of the Tribute to the Republic Order of the Tribute to the Republic
    Knight Commander of the Order of St Michael and St George Knight Commander of the Order of St Michael and St George
    Knight Grand Cross of the Order of Merit Knight Grand Cross of the Order of Merit
    Grand Commander of the Order of Honour Grand Commander of the Order of Honour
    Grand Cross with Collar of the Order of the Three Stars Grand Cross with Collar of the Order of the Three Stars
Sħubija Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

Nhar il-5 ta' Marzu 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Kabinett kien għadu kif approva b’mod unanimu proposta tal-Prim Ministru biex Vella jkun innominat għall-Presidenza. Il-Gvern qal li f’laqgħa li saret immedjatament wara, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ukoll appoġġja din in-nomina b’mod unanimu.

Mediċina

Studja fil-Kulleġġ De La Salle u iggradwa mill-Università Rjali ta’ Malta bħala Tabib tal-Mediċina u Kirurġija. Bejn l-1966 u l-1973 huwa kien l-Uffiċjal Mediku tal-Malta Drydocks. Mill-1966 sal-1975 kien ukoll Demonstrator tal-Fiżjoloġija u tal-Bijokimika fl-Iskola Medika. Bejn l-1964 u l-2013 Vella kien konsulent fil-Mediċina tal-Avjazzjoni, speċjalista fil-Mediċina tal-Familja u wkoll tabib tal-familja.

Politika

Beda jieħu sehem attiv fil-politika sa mill-1976. Kien elett Membru Parlamentari fl-1978 sa 1987, u minn 1992 sal-lum. Matul il-karriera politika, kien anke nominat għal Mexxej tal-Partit Laburista fl-1992 mill-Mexxej Karmenu Mifsud Bonnici iżda huwa ma aċċettax.

Kien wieħed mill-ewwel Osservaturi Maltin fil-Parlament Ewropew u anke Membru Parlamentari Ewropew għal żmien qasir fl-2004. Esperjenza vasta u fit-tul fil-Kunsill tal-Ewropa, u fil-Parlament Ewropew, u f’konferenzi tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Kien Membru tal-Parlament Ewro-Mediterranju, u tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, Delegat tal-Partit Laburista fil-Konvenzjoni biex titfassal Kostituzzjoni għall-Unjoni Ewropea (2003), u Rappreżentant tal-Partit Laburista fil-Presidenza tal-Partiti Socjalisti tal-Ewropa.

Ħa sehem attiv f’numru kbir ta’ konferenzi politiċi madwar id-dinja, u kellu laqgħat ma’ numru kbir ta’ politiċi importanti fil-qasam politiku dinji. Interessat partikolarment fil-politika tal-Mediterran u tal-Lvant Nofsani.

Kien Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament.

Deputat Prim Ministru

Huwa nħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista fl-1992 u dam sal-2003. Kien Deputat Prim Ministru u Ministru Affarijiet Barranin u tal-Ambjent 1996-1998. Mill-1998 sal-2013 kien il-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Fl-2008, huwa mbotta l-kandidatura ta' Joseph Muscat bħala Mexxej ġdid tal-Partit Laburista.

Nhar it-13 ta' Marzu 2013 huwa nħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel. Fl-2017, ma kkontestax l-elezzjoni. Wara l-elezzjoni, huwa sar kritiku tal-Gvern Laburista rigward l-emendi fil-liġi tal-IVF. Vella huwa kontra l-abort.

President tar-Repubblika

Nhar il-5 ta' Marzu 2019, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Kabinett kien għadu kif approva b’mod unanimu proposta tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex Vella, fl-età ta' 76 sena, ikun innominat għall-Presidenza. Il-Gvern qal li f’laqgħa li saret immedjatament wara, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern ukoll appoġġja din in-nomina b’mod unanimu.

Unuri

Fit-13 ta' Diċembru 2017, huwa sar Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika ta' Malta.

Ħoloq esterni

Predeċessur
Joe Brincat
Deputat Mexxej tal-Partit Laburista
1992–2003

Suċċessur
Charles Mangion

Predeċessur
Guido De Marco
Viċi-Prim Ministru ta' Malta
1996–1998

Suċċessur
Guido De Marco

Predeċessur
Francis Zammit Dimech
Ministru tal-Affarijiet Barranin
2013-2017

Suċċessur
Carmelo Abela

Predeċessur
Marie Louise Coleiro Preca
President ta' Malta
2019 – preżent

Suċċessur
Kariga attwali

Tags:

George Vella MediċinaGeorge Vella PolitikaGeorge Vella UnuriGeorge Vella Ħoloq esterniGeorge VellaPartit Laburista

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Tupaia nicobaricaInvażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022Lingwa MaltijaSimurq PFCLudmila ChristesevaZeca PagodinhoGħerq kwadruNapuljun III ta' FranzaAfganistanPjanetaRonald ReaganSpanjaXewkijaIt-Tieni Gwerra DinjijaAstronomijaIbn BattutaMużikaMdinaPapa Piju XIIImperu AlmoravidŻvezjaArlesSan ĠużeppPanamaSistema SolariJohanna von PuttkamerĦal Kirkop2016Santa MarijaLingwa IngliżaLitwanjaTeorija ta' kolloxWikidataTestment il-ĠdidKenjaKorea ta' FuqĠeografijaTrojjaGineaGħar DalamRepubblika RumanaXagħra United F.C.LandierXagħra United FCAlbanijaIl-Merkant ta’ VenezjaInkwiżizzjoni SpanjolaModaAlbert II ta’ MonakoFestival tal-Eurovision 2021Ugo GrozjuLuiz Inácio Lula da SilvaAntonio SciortinoProbabbiltàSannat Lions FCEklissi solariBrażilInnijiet ta' Dun Karm PsailaTaġikistanRiżerva Naturali Stretta tal-Muntanja ta' NimbaSan Bastjan🡆 More