Astronomija

Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, (liġi tal-istilel) hija x-xjenza ta' l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' x'jiġri lil hinn mill-Art (Dinja) u barra l-atmosfera.

Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-sema (u li huma barra mill-atmosfera). Fi ftit kliem, l-Astronomija hija l-investigazzjoni ta' dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-eqdem xjenzi għax nibtet malli n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema u wkoll hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jieħdu sehem, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġ ta’ fenomeni transitorji. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huwa marbut mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema. Għalkemm iż-żewġ oqsma jgawdu oriġini komuni, huma totalment differenti għax waqt li f'l-astronomija jintuża metodi xjentifiċi, l-astroloġija m'għandhiex bażi xjentifika.

Astronomija
Nubi tal-gass madwar stilla varjabbli

Storja

Fil-bidu ta' l-istorja tagħha, l-astronomija ħadet biss ħsieb l-osservazzjoni u l-previżjoni tal-mixi tal-oġġetti ċelesti (tas-sema) li setgħu jiġu osservati mingħajr l-użu ta' apparat partikolari ħlief l-għajn għera. L-ewwel astronomi kienu qassisin ta' ċertu kult reliġjuż, li kienu kapaċi jaqdu lis-socjetà bil-ħolqien ta' l-ewwel kalendarji, indispensabbli għall-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali u agrikola.

Astronomija 
Universum - C. Flammarion, Holzschnitt, Paris 1888, Kolorit : Heikenwaelder Hugo, Wien 1998
Astronomija 
Gallileo Gallilei

Il-Griegi kienu l-iktar nies li taw kontribut lill-astronomija, speċjalment Ipparku u Ewdossju; li laħqu l-milja tagħhom bix-xogħol ta' Klawdju Tolemew (Klaudios Ptolemaios ċa. 85-ċa. 165). Fiż-Żminijiet tan-Nofs, id-dinja tal-Punent rat staġnar fl-iżvilupp ta' dix-xjenza, imma li xi astronomi Għarab komplew bl-istudju tal-korpi ċelesti.

Matul ir-Rinaxximent, Nikola Koperniku ħadem ħafna biex jippromwovi l-idea tiegħu ta' "sistema eljoċentrika" (għalkemm ta' min jgħid li ma kienx l-ewwel wieħed li ħareġ bl-ipoteżi ta' sistema bix-Xemx fin-nofs, imma żgur l-ewwel wieħed li argumenta b'mod xjentifiku it-teorija tiegħu). Ħidmietu serviet ta' bażi soda għax-xogħol ta' Galileo Galilei u Kepler. Dan ta' l-aħħar kien l-ewwel astronomu li kiteb liġijiet li jispjegaw korretament id-dettalji kollha taċ-ċaqliq tal-pjaneti madwar ix-Xemx. Iżda hu ma tax raġunijiet fiżiċi għas-sejbiet tieghu; dan kellu jkun ix-xogħol ta' Isaac Newton li elabora l-prinċipji tal-mekkaniżmu ċelesti u l-liġi tal-gravità universali.

Suddiviżjonijiet

L-astronomija hija maqsuma f'ħafna sezzjonijiet, dan minħabba l-għadd kbir ta' kategoriji li jaqgħu taħtha.

Metodi użati biex tinġabar l-informazjoni

Fl-astronomija, il metodu ewlieni biex tinkiseb informazjoni tirrikjedi ir-rilevazjoni u l-analiżi ta' Radjazzjoni elettromanjetika. Tradizzjonalment l-astronomija tinqasam f'd-diviżjonijiet li jikkorrespondu mar-reġjuni differenti ta' l- ispettru elettromanjetiku osservati:

  • Astronomija ottika - tirriferi għat-tekiċi użati għal rilevar u analiżar ta' dawl li jista'jkun perċepit mill-għajn tal-bniedem (minn 400 - 800 nm ċirka). L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju.
  • Astronomija ta' l-infra-aħmar - tibbaża fuq r-rilevament tar-radjazzjoni infra-ħamra. L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju ottimiżat għal dawn l-iskopijiet. It-teleskopji mqegħda fl-orbita huma użati biex jiġi evitat il-"ħoss" tal- interferenzi elettromanjetiċi ikkawżati mill-atmosfera.
  • Radjuastronomija - tuża strumenti kompletament differenti biex taqbgħad ir-radjazzjonijiet b'tul ta' mewġa bejn xi millimetru u ċentimetru. Ir-riċevituri jixbħu ħafna l-istrumenti wżati għat-trasmissjoni ta' sinjali televiżivi u radjufoniċi.

Għall-oġġetti ta' studju

Astronomija 
Galassja żbarrata NGC1300 fotografata mit- teleskopju Hubble

L-astronomi jistudjaw oġġetti bħal pjaneti, kwiekeb, novi, galassji, nebulosi, eċċ. imma l-ebda astronomu ma josserva kull tip ta' oġġett. Suddivisione differenti tista' tkun magħmula għal regjuni tal-ispazju u tematiċi relatati:

  • Astronomija galattika
  • Astronomija ekstragalattika
  • Formazzjoni u evoluzjoni tal-galassji
  • Formazzjoni stellari
  • Evoluzzjoni stellari
  • Astronomija stellari
  • Astrometrija: l-istudju tal-pożizzjoni tal-oġġetti fuq l-isfera ċelesti u taċ-ċaqliq tagħhom. L-astrometrija tieħu ħsieb ukoll tad-definizzjoni tas-sistema ta' riferiment u taċ-ċinematika tal-oġġetti appartenenti lil galassja tagħna.
  • kosmoloġija: l-istudio tal-Univers kollu kemm hu, mit-tweliedsal-evoluzzjoni.
  • Esobioloġija jewAstrobioloġija: l-istudju tal-formazzjoni ta' ħajja bioloġika lil hinn mill-pjaneta tagħna.
  • Planetoloġija: l-istudju tal-pjaneti tas-Sistema Solari u l-ipotesijiet fuq il-pjaneti ekstrasolari.

Kunċetti bażiċi

Astronomija 
L-imħalla tat-Tawr
  • Astronomy News - Daily Astronomy tipprovdi aħbarjiet kurrenti u informazzjoni relatata ma' kull taqsima ta' l-astronomija.

Organizzazzjonijiet

Referenzi: formulu u kostanti

Oħrajn

Tags:

Astronomija StorjaAstronomija SuddiviżjonijietAstronomija Kunċetti bażiċiAstronomija Links esterniAstronomijaArtAstroloġijaAtmosferaEvoluzzjoniFiżikaKimikaXjenza

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Karl Ferdinand BraunBaskitbolMiriam Spiteri DebonoMichael MifsudXjenzi soċjaliSan Ġwann FCKulturaPortugallEvoluzzjoniSnajja MaltinImperu BrittanikuXiao HongRwandaNovialIra LoscoCarmelo Borg PisaniĦelsien (rumanz)UEFA Champions League 2013–14RigaReliġjonUnitajiet ta' kejl MaltinXewkija Tigers FCPolitikuĠonna Botaniċi Rjali ta' KewMedjugoriAvukatEnċiklopedijaĠużè Ellul MercerGerry ZammitBibbjaRepubblika tal-Irlanda2016Lingwa KatalanaBrażilGżejjer CookLena Meyer-LandrutVjetnamLingwaPakistanEdward Caruana DingliProklosXama' tax-xagħarMaħresKappellaŻebbuġ Rovers FCIgor' StravinskijIraqAwstraljaTrevor ŻahraIndoneżjaMary MeilakEkwazzjoni differenzjaliEwġenju BorgBaħrejnLingwa uffiċjaliMumbaiStorja tal-lingwa MaltijaKnisja Ortodossa RussaRaġelBrabant FjammingRelazzjoni sesswaliPapaMain Page🡆 More