Belt famuza hafna fil-Gzejjer Maltin hija Victoria f'Ghawdex.
Ir rabat hija l belt Kapitali t Ghawdex u u hija maghrufa ghac Cittadella medjevali. Li fiha nsibu il Gran Castello, Muzewijiet u L Habs l-Antik. Ir-Rabat jew Città Vittoria hija l-belt kapitali tal-gżira t'Għawdex, gżira tal-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,414 (Novembru 2005), u b'din il-popolazzjoni din il-lokalità hi l-ikbar waħda f'Għawdex.
Rabat (Għawdex) | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Ismijiet oriġinali | Rabat | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°03′N 14°15′E / 36.05°N 14.25°E 14°15′E / 36.05°N 14.25°E | ||
Superfiċjenti | 2.9 kilometru kwadru | ||
Għoli | 90 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 6,901 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Djibouti (en) u Nichelino (en) | ||
victoria.org.mt |
Din il-belt hi msejjħa ukoll bl-isem Victoria li ġie mogħti fl-1887 mill-gvern Brittaniku fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja, minn rikjesta tal-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace. Madanakollu, din il-belt hi xorta magħrufha fost l-Għawdxin bl-isem antik tar-Rabat.
Il-Belt Victoria hi l-akbar lokalità f'Għawdex, u taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-sede tal-kunsill hi l-Banca Giuratale, bini mibni matul il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann. L-ewwel elezzjoni għall-kunsill saret fis-16 ta' April, 1994. Il-kunsill preżenti ġie elett fl-elezzjonijiet ta' Marzu 2013 u hu ffurmat minn:
Fil-Belt Victoria insibu plejgrawnd għar-residenti, kif ukoll ġnien, fost oħrajn. F'din il-belt insibu faċilitajiet sportivi, hekk kif il-belt Victoria għandha fi ħdanha l-akbar numru ta' klabbs sportivi f'Għawdex. Dawn huma:
Dawn kollha jitħarrġu fil-grawnds rispettivi tagħhom.
Il-belt Victoria, bħala l-belt kapitali ta' Għawdex, fiha l-akbar numru ta' binjiet governattivi u amministrattivi ta' Għawdex, fosthom:
F'din il-belt jiġu ċċelebrati żewġ festi prinċipali, dik ta' San Ġorġ, li l-festa liturġika tiegħu taħbat nhar it-23 ta' April, iżda tkun iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju, kif ukoll dik ta' Santa Marija nhar il-15 ta' Awwissu. Dik ta' San Ġorġ toħroġ mill-Bażilika iddedikata lill-istess qaddis, filwaqt li dik ta' Santa Marija toħroġ mill-Katidral ta' Għawdex. Il-festi esterni huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u Leone rispettivament.
Iż-żewġ baned prinċipali huma l-Banda La Stella u l-Banda Leone, li jieħdu ħsieb il-Festi ta' San Ġorġ u Santa Marija rispettivament. Iż-żewġ baned għandhom is-sede tagħhom fiż-żewġ teatri ewlenin tal-Gżira: it-Teatru Astra tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u t-Teatru Aurora tas-Socjetà Filarmonika Leone.
Dawn iż-żewġ baned jorganizzaw ukoll kunċerti varji matul is-sena, kif ukoll, fiż-żewġ teatri jittellgħu l-opri, li ta' kull sena jattiraw mijiet ta' Maltin.
Il-Villa Rundle hu l-ġnien prinċipali tal-belt, kif ukoll tal-gżira. Dan il-ġnien iservi għal attivitajiet reġjonali, fosthom il-wirja tradizzjonali tal-bhejjem li tittella' kull sena għall-festa ta' Santa Marija. Ġo dan il-ġnien wieħed isib bosta monumenti u bustijiet ta' personalitajiet li taw sehem fl-iżvilupp tal-Belt Victoria, u ta' Għawdex.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Rabat (Għawdex), which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.