Il-Bnedmin (Umani) huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; 'Raġel għaref'), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae.
L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss). Dan, flimkien ma' ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta' għodod.
Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta' natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien. Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta' kommunikazjoni. Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta' individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma' xulxin. Id-daqs ta' dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b'miljuni ta' nies. It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta' kbira ta' tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Bniedem, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.