Franz Kafka jew František Kafka (twieled fit-3 ta' Lulju 1883 – miet fit-3 ta' Ġunju 1924) kien rumanzier u kittieb tal-istejjer qosra mill-Boemja li jitkellem il-Ġermaniż li kien ibbażat fi Praga, u jitqies b'mod mifrux bħala wieħed mill-figuri ewlenin tal-letteratura tas-seklu 20.
Ix-xogħol tiegħu fih fużjoni ta' elementi ta' realiżmu u fantastiċi. Tipikament tinkludi protagonisti iżolati li jiffaċċjaw diffikultajiet strambi jew surreali u setgħat soċjoburokratiċi mhux komprensibbli. Ix-xogħol tiegħu ġie interpretat bħala wieħed li jesplora t-temi tal-aljenazzjoni, l-ansjetà eżistenzjali, il-ħtija u l-assurdità. L-iżjed xogħlijiet magħrufa tiegħu jinkludu n-novella Il-Metamorfosi u r-rumanzi Il-Proċess u Il-Kastell. It-terminu Kafkesk jew Kafkjan daħal fil-Malti biex jiddeskrivi sitwazzjonijiet assurdi bħal dawk deskritti fil-kitba tiegħu.
Franz Kafka | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Franz Kafka |
Twelid | Praga, 3 Lulju 1883 |
Nazzjonalità | Ċislejtanja Ċekoslovakkja |
Residenza | Praga |
Grupp etniku | il-Lhud |
L-ewwel lingwa | Ġermaniż Ċek |
Mewt | Kafka Sterbehaus (en) u Kierling (en) , 3 Ġunju 1924 |
Post tad-dfin | New Jewish Cemetery (en) qabar ta' Franz Kafka |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (tuberkolosi larinġjali starvation (en) ) |
Familja | |
Missier | Hermann Kafka |
Omm | Julie Kafka |
Konjuga/i | Not married |
Koppja/i | Dora Diamantová (en) |
Ulied | uri
|
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Faculty of Law, German University in Prague (en) College of Philosophy of the Prague German University (en) Università Charles ta' Praga German University in Prague (en) (1901 - 1906) Dottorat fil-Liġi : liġi |
Lingwi | Ġermaniż Ċek |
Għalliema | Friedrich Thieberger (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | rumanzier kittieb tal-ħrejjef novellist aforist djarist traduttur avukat xeneġġatur poeta ġurist skrivan tal-assigurazzjoni prożatur kittieb |
Impjegaturi | Assicurazioni Generali (en) Allgemeine Unfallversicherungsanstalt (en) |
Xogħlijiet importanti | The Metamorphosis (en) The Trial (en) The Castle (en) Before the Law (en) Lost in America (en) |
Influwenzat minn | Heinrich von Kleist (en) Gustave Flaubert Robert Walser (en) |
Moviment | Moderniżmu eżistenzjaliżmu |
Moviment artistiku | moderniżmu letteratura Belletristika novella pritcha rumanz fizzjoni veloċi |
Kafka twieled f'familja Lhudija Ċeka ta' klassi medja li titkellem il-Ġermaniż f'Praga, il-belt kapitali tar-Renju tal-Boemja, imbagħad parti mill-Imperu Awstrijakk-Ungeriż (illum il-belt kapitali tar-Repubblika Ċeka). Huwa tħarreġ bħala avukat, u wara li temm l-edukazzjoni ġuridika tiegħu ġie impjegat full-time minn kumpanija tal-assigurazzjoni. B'hekk kien obbligat jirrelega l-kitba fil-ħin liberu tiegħu. Matul ħajtu, Kafka kiteb mijiet ta' ittri lill-familja u lill-qrabat, inkluż lil missieru, li miegħu kellu relazzjoni diffikultuża u formali. Huwa tgħarras ma' diversi nisa iżda qatt ma żżewweġ. Huwa miet bit-tuberkolożi fl-1924 meta kellu 40 sena.
Kafka kien kittieb prolifiku u kien iqatta' l-biċċa l-kbira tal-ħin liberu tiegħu jikteb, spiss tard billejl. Huwa stmat li ħaraq 90 fil-mija tax-xogħol tiegħu stess minħabba li persistentement kien jissielet mad-dubji li kienu jinbtu minnu nnifsu. Ħafna mill-10 fil-mija l-oħra tax-xogħol, intilef jew inkella ma ġiex ippubblikat. Ftit mix-xogħlijiet ta' Kafka ġew ippubblikati matul ħajtu: il-ġabra ta' stejjer Kontemplazzjoni u Tabib tal-Kampanja, u l-istejjer individwali (bħan-novella tiegħu Il-Metamorfosi) ġew ippubblikati f'rivisti letterarji iżda ma tantx ingħataw attenzjoni pubblika.
Fit-testment tiegħu, Kafka ta struzzjonijiet lill-ħabib qarib u l-eżekutur letterarju tiegħu Max Brod biex jeqred ix-xogħlijiet mhux kompluti tiegħu, inkluż ir-rumanzi tiegħu Il-Proċess, Il-Kastell u Amerika, iżda Brod injora dawn l-istruzzjonijiet u ppubblika l-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' sieħbu. Il-kitbiet ta' Kafka saru famużi fil-pajjiżi li fihom jiġi mitkellem il-Ġermaniż wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u influwenzaw il-letteratura tagħhom. L-influwenza tax-xogħol tiegħu nfirxet fi bnadi oħra fid-dinja fis-snin 60 tas-seklu 20. Influwenza wkoll lil diversi artisti, kompożituri u filosfi.
Dawn li ġejjin huma eżempji ta' xogħlijiet b'firxa ta' ġeneri drammatiċi, letterarji u mużikali li juru l-influwenza kulturali ta' Kafka:
Titlu | Sena | Mezz | Rimarki | Ref |
---|---|---|---|---|
Ein Landarzt | 1951 | opra | Ta' Hans Werner Henze, ibbażata fuq il-ġrajja ta' Kafka | |
"Ħabib ta' Kafka" | 1962 | storja qasira | Tar-rebbieħ tal-Premju Nobel Isaac Bashevis Singer, dwar attur Jiddix imsejjaħ Jacques Kohn li qal li kien jaf lil Franz Kafka; f'din l-istorja, skont Jacques Kohn, Kafka kien jemmen fil-Golem, ħlejqa leġġendarja mill-folklor Lhudi | |
The Trial (Il-Proċess) | 1962 | film | Ir-reġista tal-film, Orson Welles, qal, "Għidu li tridu, imma Il-Proċess huwa l-aqwa xogħol tiegħi, saħansitra aħjar minn Citizen Kane" | |
Watermelon Man (Ir-Raġel tad-Dulliegħ) | 1970 | film | Parzjalment ispirat minn Il-Metamorfosi, fejn bigott ta' karnaġjon bajda iqum u jinduna li sar għandu karnaġjon sewda | |
Kafka-Fragmente, Op. 24 | 1985 | mużika | Tal-kompożitur Ungeriż György Kurtág għas-soprani u l-vjolin, li uża frammenti tad-djarju u tal-ittri ta' Kafka | |
A Letter to Elise | 1992 | mużika | Mill-grupp mużikali rock Ingliż The Cure, influwenzata ferm mill-Ittri lil Felice ta' Kafka | |
Kafka's Dick | 1986 | dramm | Ta' Alan Bennett, fejn il-fatati ta' Kafka, missieru Hermann u Brod jaslu fid-dar ta' skrivan tal-assigurazzjoni Ingliż (li jħobb ħafna lil Kafka) u ta' martu | |
Better Morphosis | 1991 | storja qasira | Storja qasira u parodija ta' Brian W. Aldiss, fejn wurdiena tqum filgħodu u tinduna li saret Franz Kafka | |
Kafka | 1991 | film | Bil-protagonista Jeremy Irons bħala l-awtur Kafka; bil-kitba ta' Lem Dobbs u r-reġija ta' Steven Soderbergh, il-film iħallat xeni mill-ħajja ta' Kafka ma' xeni ta' fizzjoni u jipprovdi preżentazzjoni semibijografika tal-ħajja u tax-xogħlijiet ta' Kafka; Kafka jinvestiga l-għebien ta' wieħed mill-kollegi tiegħu, u Kafka jifli bosta mix-xogħlijiet tiegħu stess, l-iktar Il-Kastell u Il-Proċess | |
Das Schloß | 1992 | opra | Opra bil-Ġermaniż ta' Aribert Reimann li kiteb il-librett tiegħu stess abbażi tar-rumanz ta' Kafka u d-drammatizzazzjoni tiegħu ta' Max Brod, li fit-2 ta' Settembru 1992, fid-Deutsche Oper Berlin, ittellgħet minn Willy Decker bit-tmexxija tas-surmast Michael Boder | |
Franz Kafka's It's a Wonderful Life | 1993 | film | Kummiedja qasira magħmula għal BBC Scotland, li rebħet Oscar, inkitbet u ġiet diretta minn Peter Capaldi, bil-protagonista Richard E. Grant bħala Kafka | |
Bad Mojo | 1996 | logħba tal-kompjuter | Kemxejn ibbażata fuq Il-Metamorfosi, b'karattri msemmija Franz u Roger Samms, b'allużjoni għal Gregor Samsa | |
In the Penal Colony | 2000 | opra | Ta' Philip Glass, għal librett ta' Rudy Wurlitzer | |
Kafka on the Shore | 2002 | rumanz | Tal-kittieb Ġappuniż Haruki Murakami, fost l-Aqwa 10 Kotba tal-2005 skont The New York Times, rebbieħ tal-Premju Dinji għall-Fantasija | |
Statue of Franz Kafka | 2003 | skultura | Skultura fil-beraħ fi Triq Vězeňská fil-Kwartier Lhudi ta' Praga, magħmula mill-artist Jaroslav Róna | |
Kafka's Trial | 2005 | opra | Tal-kompożitur Daniż Poul Ruders, abbażi tar-rumanz u partijiet mill-ħajja ta' Kafka; ittellgħet għall-ewwel darba fl-2005, u maħruġa fuq CD | |
Kafka's Soup | 2005 | ktieb | Ta' Mark Crick, forma letterarja f'għamla ta' ktieb tat-tisjir, b'riċetti miktuba bl-istil tal-awtur famuż | |
Kafka the Musical | 2011 | dramm tar-radju | Ta' BBC Radio 3, prodott bħala parti mill-programm tagħhom Play of the Week. Il-parti ta' Franz Kafka nħadmet minn David Tennant | |
Sound Interpretations – Dedication To Franz Kafka | 2012 | mużika | HAZE Netlabel ħarġet il-kompilazzjoni mużikali Sound Interpretations – Dedication To Franz Kafka. F'dan ix-xogħol il-mużiċisti jfakkru l-wirt letterarju ta' Kafka | |
Google Doodle | 2013 | kultura tal-internet | Google kellha doodle ta' wurdiena b'kappell tiftaħ bieb, biex jitfakkru l-130 sena minn għeluq snin Kafka | |
The Metamorphosis | 2013 | żfin | Produzzjoni tar-Royal Ballet ta' Il-Metamorfosi b'Edward Watson | |
Café Kafka | 2014 | opra | Tal-kompożitur Spanjol Francisco Coll abbażi ta' test ta' Meredith Oakes, mibnija minn testi u frammenti ta' Franz Kafka; ikkummissjonat minn Aldeburgh Music, Opera North u Royal Opera Covent Garden | |
Head of Franz Kafka | 2014 | skultura | Skultura fil-beraħ fi Praga, magħmula minn David Černý | |
VRwandlung | 2018 | realtà virtwali | Esperjenza tar-realtà virtwali tal-ewwel parti ta' Il-Metamorfosi, bir-reġija ta' Mika Johnson |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Franz Kafka, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.