Avukat: Professjoni ġuridika li tgħin lill-klijenti fil-qasam ġuridiku u li tirrappreżentahom f'qorti jew f'tribunal

Avukat huwa persuna li tipprattika d-dritt b'diversi rwoli bħal pereżempju avukat tad-difiża, avukat tal-akkuża, avukat prokuratur jew prokuratur legali, avukat kanonku, nutar tad-dritt ċivili, avukat konsulent, aġent eżekuttiv legali, jew uffiċjal pubbliku li jħejji, jinterpreta u japplika d-dritt, iżda mhux bħala uffiċjal paralegali jew segretarju eżekuttiv.

Ix-xogħol ta' avukat jinvolvi l-applikazzjoni prattika ta' teoriji ġuridiċi u għarfien ġuridiku astratti biex jiġu solvuti problemi speċifiċi individwalizzati, jew biex javvanza l-interessi ta' dawk li jqabbdu lill-avukat jaħdem għalihom biex iwettaq servizzi ġuridiċi. Ir-rwol tal-avukat ivarja ħafna bejn il-ġurisdizzjonijiet legali differenti.

Avukat: Terminoloġija, Responsabbiltajiet, Referenzi
Avukat

Terminoloġija

Fil-prattika, il-ġurisdizzjonijiet legali jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jiddeterminaw min ikun rikonoxxut bħala avukat. B’hekk, it-tifsira tat-terminu "avukat" jaf tvarja minn post għall-ieħor. Xi ġurisdizzjonijiet għandhom żewġ tipi ta' avukati, avukat difensur jew tad-difiża (bl-Ingliż: barrister) u avukat prokuratur jew prokuratur legali (bl-Ingliż: solicitor), filwaqt li oħrajn jgħaqqduhom flimkien. Avukat tad-difiża huwa avukat li jispeċjalizza biex jidher quddiem qrati superjuri. Avukat prokuratur jew prokuratur legali huwa avukat li jiġi mħarreġ biex iħejji l-każijiet u jagħti pariri dwar suġġetti ġuridiċi, u jista' jirrappreżenta lill-klijenti fil-qrati inferjuri. Iż-żewġ tipi ta' avukati (meta dawn ikunu distinti) ikunu attendew skola tad-dritt u temmew it-taħriġ prattiku meħtieġ. Madankollu, fil-ġurisdizzjonijiet fejn dawn il-professjonijiet u maqsumin fi tnejn, l-avukati tad-difiża biss jitħallew jissieħbu bħala membri tal-assoċjazzjonijiet rispettivi tal-avukati tad-difiża.

Responsabbiltajiet

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, b'mod partikolari dawk bil-liġi komuni (bl-Ingliż: common law), it-tradizzjoni kienet li jingħataw bosta kompiti ġuridiċi lil varjetà ta' nutara u skrivana tad-dritt ċivili. Dawn il-pajjiżi ma jkollhomx avukati bit-tifsira Amerikana, ladarba t-terminu "avukat" jintuża għal tip wieħed ta' fornitur ta' servizzi ġuridiċi bi skop ġenerali; minflok, il-professjonijiet legali tagħhom jikkonsistu minn għadd kbir ta' tipi differenti ta' persuni mħarrġa fid-dritt, magħrufa bħala ġuristi, li wħud minnhom ikunu avukati bil-liċenzja (fil-kuntest ta' Malta l-"liċenzja" normalment tissejjaħ "warrant") li jipprattikaw fil-qrati. Huwa diffiċli li jitfasslu ġeneralizzazzjonijiet preċiżi li jkopru l-pajjiżi kollha b'diversi professjonijiet legali peress li kull pajjiż tradizzjonalment ikollu l-metodu partikolari tiegħu ta' kif jaqsam ix-xogħol ġuridiku fost it-tipi differenti kollha ta' professjonisti ġuridiċi.

Pereżempju, l-Ingilterra, li tħaddan il-liġi komuni, ħarġet mill-Medju Evu bl-istess kumplessitajiet fil-professjonijiet legali tagħha, iżda mbagħad evolviet sas-seklu 19 b'diviżjoni unika bejn l-avukati tad-difiża u l-prokuraturi legali. Diviżjoni ekwivalenti żviluppat bejn l-avukati u l-prokuraturi f'xi pajjiżi oħra li jħaddnu l-liġi komuni; dawn iż-żewġ tipi ta' avukati mhux dejjem kien ikollhom monopolju tal-prattika tal-liġi, għaliex kienu jeżistu flimkien man-nutara tad-dritt ċivili li wkoll kienu jwettqu dawn il-kompiti.

Diversi pajjiżi li oriġinarjament kellhom żewġ professjonijiet legali jew iktar, minn dak iż-żmien 'l hawn għaqdu l-professjonijiet f'tip uniku ta' avukat. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi f'din il-kategorija huma pajjiżi li jħaddnu l-liġi komuni, għalkemm Franza, pajjiż li jħaddan il-liġi ċivili, wettqet fużjoni tal-ġuristi tagħha fl-1990 u fl-1991 b'rispons għall-kompetizzjoni Anglo-Amerikana. Fil-pajjiżi bi professjonijiet fużi, avukat is-soltu jitħalla jwettaq ir-responsabbiltajiet kollha jew kważi kollha li huma elenkati hawn taħt.

Argumentazzjoni bil-fomm fil-qrati

L-argumentazzjoni ta' każ ta' klijent quddiem imħallef jew ġurija f'qorti hija kompitu tradizzjonali tal-avukat tad-difiża fl-Ingilterra u fl-Awstralja, u tal-avukati f'xi ġurisdizzjonijiet tal-liġi ċivili. Madankollu, il-konfini bejn l-avukati tad-difiża u l-avukati prokuraturi evolvew. Attwalment fl-Ingilterra, il-monopolji tal-avukat tad-difiża jkopri biss il-qrati tal-appell, u l-avukati tad-difiża jridu jikkompetu direttament mal-avukati prokuraturi f'ħafna qrati tal-proċessi. F'pajjiżi bħall-Istati Uniti, bi professjonijiet legali fużi, hemm avukati tal-proċessi li jispeċjalizzaw fil-proċessi fil-qorti, iżda dawn ma għandhomx monopolju ġuridiku bħall-avukati tad-difiża. F'xi pajjiżi, il-partijiet fil-kawża għandhom l-għażla li jargumentaw pro se, jew f'isimhom stess. Huwa komuni għall-partijiet fil-kawża li jidhru mingħajr rappreżentanza quddiem ċerti qrati bħall-qrati ta' tilwim żgħir, pereżempju t-tribunal tal-paċi; tabilħaqq, ħafna qrati bħal dawn ma jippermettux lill-avukati jitkellmu f'isem il-klijenti tagħhom, sabiex jiffrankaw il-flus il-parteċipanti kollha ta' kawża żgħira. F'pajjiżi oħra bħall-Venezwela, ħadd ma jista' jidher quddiem imħallef jekk ma jkunx rappreżentat minn avukat. Il-vantaġġ ta' dan ir-reġim tal-aħħar hu li l-avukati jkunu midħla tad-drawwiet u tal-proċeduri tal-qorti, u b'hekk is-sistema ġuridika tkun iktar effiċjenti għal dawk kollha li jkunu involuti. Il-partijiet li ma jkunux rappreżentati spiss iħassru l-kredibbiltà tagħhom stess jew idewmu l-qorti minħabba li ma jkollhomx esperjenza fil-qorti.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Avukat TerminoloġijaAvukat ResponsabbiltajietAvukat ReferenziAvukat Ħoloq esterniAvukatDrittNutar

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

DanimarkaAlġerijaTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930BarbadosMalala YousafzaiPresident ta' MaltaMystrasLeninMiliedEfesuWikiBotswanaWorldCatBormlaOssiġenuGħaxar KmandamentiCarmel AttardTurkijaBenito MussoliniKnisja tal-Madonna ta' HodegitriaNiġerTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006KarbonjuŻona tal-ħinAntonio SciortinoMartin de RedinKlara ta' AssisiEmma WatsonKomuniżmuTebe (Eġittu)MalawiPremier LeagueMikiel SpiteriĠeneru (tassonomija)BirkirkaraBelt kapitaliRivoluzzjoni IndustrijaliKurgan (belt)UkrajnaEkonomija ta' Malta2016Dom MintoffLingwa uffiċjaliL-ImdinaCuraçaoLista tal-għasafar ta' MaltaCarmel G. CauchiLingwi SlaviLingwa SpanjolaNapuljun I ta' FranzaISO 3166-1ĊekjaĦaż-ŻabbarSan ĠużeppBloggHenry FordWikidataHugo ChetcutiPopolazzjoniMarie AntoinetteArmenjaVanwatuMao Zedong🡆 More