Kerċem, jew Ta' Kerċem hi lokalita Għawdxija b'popolazzjoni ta' madwar 1,665 ruħ, u tinkludi fiha bosta postijiet naturali fosthom il-wied tal-Lunzjata, l-għoljiet Tal-Mixta, Għar Ilma, kif ukoll l-Għadira ta' San Raflu li tibqa' twassal sal-irdum tax-Xlendi.
Kerċem | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Isem uffiċjali | Kerċem | ||
Ismijiet oriġinali | Kerċem | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°02′26″N 14°13′47″E / 36.0406°N 14.2297°E 14°13′47″E / 36.0406°N 14.2297°E | ||
Superfiċjenti | 5.5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 131 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,938 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Orvieto | ||
kercem.gozo.com |
Studjużi u Arkeologi jsostnu li l-post fejn illum hemm dan ir-raħal kien abitat saħansitra mill-fażi ta' Għar Dalam (5000-4500 QK) Sejbiet arkeoloġiċi f'dan ir-raħal jikkonsistu ukoll f'ċimiterju Nisrani antik, imsejjaħ "iċ-Ċimiterju ta' Għar Gerduf", imsemmi ukoll fil-Ktieb ta' Ġan Piet Agius De Soldanis. Riċentament instabu oqbra maħsuba li huma mill-Fażi Tarxien(3000-2500 QK), u li għadhom fil-fażi ta' skavar
Ir-raħal beda jespandi u jiżviluppa f'komunita' fil-Perjodu tal-Medju Evu, madwar kappella ddedikata lil Papa San Girgor il-Kbir, li hu wieħed mill-Patruni tar-raħal flimkien mal-Madonna tas-Sokkors. Fl-1885, ir-raħal ta' Kerċem sar uffiċċjalment parroċċa mill-Isqof Pietru Pace.
Ir-raħal ta' Kerċem għandu ukoll is-subborg tiegħu imsejjaħ "Santa Luċija" mibni ukoll madwar knisja żgħira iddedikata lill-qaddisa Santa Luċija Verġni u Martri. Dan il-post hu kkaratteriżżat mill-paċi u s-serenita' li wieħed għadu jista' jsib sal-lum.
Fost in-nies l-aktar importanti mir-raħal ta' Kerċem hemm Madre Margerita Debrincat (fundatriċi tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù), l-Avukat Anton Calleja (Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva), u l-Kavallier Peter Paul Grech (Ghalliem u Assistent Direttur tal-Edukazzjoni)
Il-Lokal ta' Kerċem jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali Kerċem. Il-kunsill preżenti ġie ffurmat fl-2015 u hu magħmul minn:
Ta' Kerċem igawdi minn bosta faċilitajiet komunali fosthom ġnien pjuttost kbir imsemmi għal Ċensu Sciberras, inawgurat fl-okkażjoni tal-Millenju il-Kbir.
Ir-raħal għandu ukoll tim tal-futbol, bl-isem ta' Kerċem Ajax FC, liema tim jittrenja fi grawnd b'terf artifiċjali li jinsab fl-istess raħal.
Fir-Rahal ta'Kercem insibu ukoll l-Ghaqda Muzikali San Girgor www.bandasangirgor.org.
Il-Parroċċa ta' Kerċem hi l-unika parroċċa Għawdxija li għandha kopatronaġġ, jiġifieri għandha żewġ patruni prinċipali. Sal-1885, San Girgor kien il-patrun prinċipali tar-raħal sakemm nahar is-17 ta' Awwissu 1885, il-knisja ġiet ko-iddedikata lill-Verġni Marija tas-Sokkors. Għalkemm ir-raħal jiċċelebra żewġ festi bl-istess importanza (dik ta' San Girgor nahar it-12 ta' Marzu, kif ukoll dik tal-Madonna tas-Sokkors kull tieni Ħadd ta' Lulju), dik tas-Sokkors hi meqjusa il-aktar prinċipali f'terminu ta' popolarita'. L-armar tal-festa qieghed f'idejn l-Ghaqda ta l-Armar Madonna tas-Sokkors ta Kercem. www.festakercem.com
This article uses material from the Wikipedia Malti article Kerċem, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.