Arsenal Fc

Arsenal Football Club, magħruf aħjar bħala Arsenal, hu klabb tal-futbol Ingliż, li hu bbażat f'Holloway, fit-Tramuntana ta' Londra.

Huma jilgħabu fil-Premier League Ingliż u huma fost l-iktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż. L-Arsenal hu l-aktar tim mill-kapitali Ingliż li rebaħ titli, u t-tielet l-aktar fuq bażi nazzjonali, fejn fost l-oħrajn rebħu tlettax-il titlu tal-Ewwel Diviżjoni u tal-Premier League u għaxar FA Cups.

Arsenal FC
Arsenal Fc
Isem sħiħ Arsenal Football Club
Ismijiet oħra The Gunners
Fundazzjoni 1886
Grawnd Emirates Stadium (en) Translate
Proprjetarju Kroenke Sports & Entertainment (en) Translate
President Stan Kroenke (en) Translate
Chips Keswick (en) Translate
Kowċ Mikel Arteta (en) Translate
Kampjonat Premier League
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
L-ewwel
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
It-tieni
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
Arsenal Fc
It-tielet
Sit uffiċjali

L-Arsenal kien fundat fl-1886, minkejja li l-ewwel trofej maġġuri waslu fis-snin tletin, b'ħames titli tal-kampjonatu tnejn tal-FA Cup. Wara perjodu kemmxejn imdallam fis-snin ta' wara l-gwerra, huma saru t-tieni klabb tas-seklu 20 li rnexxielu jagħmel id-doppjetta fl-istaġun 1970–71, u matul l-għoxrin sena li segwew huma kien wieħed mill-aktar timijiet ta' suċċess fil-futbol Ingliż.

Il-kuluri tal-klabb kienu tradizzjonalment aħmar u abjad, anke jekk dawn evolvew matul l-istorja. Similarment, il-klabb biddel il-lokazzjoni tagħhom maż-żmien; it-tim kien għall-ewwel fundat f'Woolwich, fix-Xlokk ta' Londra, imma fl-1913 huma mxew lejn it-Tramuntana għall-Arsenal Stadium, f'Highbury. Fl-2006, huma ttrasferixxew lejn l-istadju kurrenti tagħhom, dak tal-Emirates Stadium.

L-Arsenal għandhom bażi kbira ta' partitarji, li jżommu rivalità kbira ma' diversi klabbs oħra; l-aktar waħda prominenti hi dik mal-ġirien tat-Tottenham Hotspur, fejn il-partiti bejniethom huma magħrufin bħala d-derby tat-Tramuntana ta' Londra. Arsenal huma wieħed mill-aktar klabbs sinjuri fil-futbol Ingliż (fejn jiswa aktar minn £600 miljun mill-2007).

Storja

L-Arsenal kien fundat bħala Dial Square fl-1886 minn ħaddiema tar-Royal Arsenal f'Woolwich, imma ftit wara kienu ġew imsemmija Royal Arsenal. L-isem reġa' tbiddel għal darb'oħra għal Woolwich Arsenal wara li saru professjonisti fl-1891. Il-klabb ingħaqad mal-Football League fl-1893, fejn bdew fit-Tieni Diviżjoni, u kisbu l-ewwel promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni fl-1904. Madanakollu, il-pożizzjoni iżolata tal-klabb irriżultat f'attendenzi iktar baxxi minn ta' klabbs oħra, biex wassal lill-klabb fi problemi finanzjarji u kważi qrib il-falliment fl-1910, meta l-klabb kien akkwistat minn Henry Norris. Norris prova jmexxi lill-klabb x'imkien ieħor, u fl-1913, ftit wara r-relegazzjoni lura lejn it-Tieni Diviżjoni, l-Arsenal imxew lejn l-Arsenal Stadium il-ġdid ġewwa Highbury, fit-Tramuntana ta' Londra; huma neħħew "Woolwich" mill-isem tat-tim fis-sena ta' wara. Fl-1919, minkejja li spiċċaw biss fil-ħames post, l-Arsenal setgħu jerġgħu jingħaqdu mal-Ewwel Diviżjoni għall-ispejjeż tar-rivali lokali tat-Tottenham Hotspur, b'kawża ta' kontroversji fir-regolament.

Arsenal Fc 
Il-kaptan ta' Arsenal Patrick Vieira jerfgħa t-trofew tal-Premier League 2003–04.
Arsenal Fc 
Il-plejers ta' Arsenal u l-benjamini jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fl-2004.
Arsenal Fc 
Il-plejers tal-Arsenal (bi flokkijiet sofor, xellug) flimkien mal-formazzjoni ta' Barcelona qabel il-bidu tal-finali tal-2005–06.

Fl-1925 l-Arsenal innominaw bħala kowċ lil Herbert Chapman li kien diġà rebaħ il-kampjonat ma' Huddersfield Town fiż-żewġ staġuni preċedenti. Ir-rivoluzzjoni teknika-tattika ta' Chapman flimkien mal-akkwisti ta' plejers ta' fama kbira bħal Alex James u Cliff Bastin, wasslu lill-Arsenal għall-perjodu tal-aktar suċċess u ta' dominju fil-futbol Ingliż tas-snin tletin. Taħt il-gwida tiegħu l-Arsenal rebħu l-ewwel trofej maġġuri – FA Cup fl-1929–30 u żewġ kampjonat fl-1930–31 u fl-1932–33. Barra minn hekk, Chapman kien responsabbli tat-tibdil tal-isem tal-istazzjon sotterran lokali ta' Londra, li minn "Gillespie Road Station" sar "Arsenal tube station", fejn b'hekk sar l-uniku stazzjon sotterran li ismu tbiddel minħabba klabb tal-futbol.

Chapman miet f'daqqa waħda b'kawża ta' polmonite, u postu ħaduh Joe Shaw u George Allison. Taħthom, l-Arsenal rebaħ aktar titli (fl-1933–34, fl-1934–35 u fl-1937–38) u FA Cup fl-1935–36. Madanakollu, il-klabb beda bil-mod bil-mod isir aktar debboli mat-tmiem tad-deċennju, meta b'kawża tat-Tieni Gwerra Dinjija ġew sospiżi l-kompetizzjonijiet professjonistiċi kollha tal-Ingilterra.

Wara l-gwerra, taħt il-gwida ta' Tom Whittaker, is-suċċessur ta' Allison, l-Arsenal għadda mit-tieni perjodu ta' suċċessi fejn rebaħ il-kampjonat fl-1947–48 u fl-1952–53, u l-FA Cup fl-1949–50. Madanakollu, wara li l-fortuni tagħhom naqsu, fejn ma kinux qed jattiraw plejers tal-istess kalibru bħal ma kellhom fis-snin tletin, il-klabb ma kiseb l-ewwel trofew bejn is-snin ħamsin u sittin. Anki l-eks-kaptan tal-Ingilterra Billy Wright ma ġab l-ebda suċċess għall-klabb bħala kowċ, meta kien fid-diriġenza bejn l-1962 u l-1966.

L-Arsenal reġa' beda jirbaħ mill-ġdid permezz tal-inkarigu sorprendenti tal-fiżjoterapista Bertie Mee bħala kowċ fl-1966. Wara li tilfu żewġ finali tal-League Cup, l-iskwadra rebħet it-Tazza tal-Fieri, l-ewwel trofew Ewropew, fl-1969–70. Din ir-rebħa waslet ukoll għall-ewwel doppjetta tal-kampjonat u l-FA Cup, fl-1970–71. Imma wara dan il-perjodu favorevoli, kien hemm mument ta' kollass u fid-deċennju suċċessiv l-iskwadra waslet qrib ir-rebħ ta' diversi titli. L-Arsenal ikklassifikaw fit-tieni post tal-Ewwel Diviżjoni fl-1972–73, tilfu tliet finali tal-FA Cup (fl-1971–72, fl-1977–78 u fl-1979–80) u tilfu t-1979–80 wara l-għoti tal-penalties. L-uniku suċċess miksub, li għadu sal-lum ikkunsidrat bħala wieħed klassifiku, kienet l-1978–79 miksuba fl-aħħar minuta kontra l-Manchester United bl-iskor ta' 3–2.

Fl-1986 kien hemm ir-ritorn tal-eks-plejer George Graham bħala kowċ fejn wassal it-tielet perjodu ta' glorja. L-Arsenal rebaħ l-League Cup fl-1987, fl-ewwel staġun taħt il-gwida ta' Graham. Din ir-rebħa kienet segwita minn dik fil-kampjonat fl-1988–89, mirbuħ fl-aħħar minuta tal-aħħar partita tal-istaġun kontra l-arċi-rivali u sfidanti għat-titlu Liverpool. L-Arsenal ta' Graham rebaħ kampjonat ieħor fl-1990–91 (fejn tilfu biss partita waħda), id-doppjetta tal-FA Cup u l-League fl-1993, u t-tieni trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej, fl-1993–94. Imma r-reputazzjoni ta' Graham kienet tħammġet meta kien ġie żvelat li kien aċċetta pagament illegali mill-aġent Rune Hauge biex jixtri ċerti plejers, u b'hekk spiċċa eżonerat fl-1995. Is-sostitut tiegħu, Bruce Rioch, baqa' biss staġun wieħed, fejn ħalla l-iskwadra wara battibekk mal-bord tad-diretturi.

Is-suċċessi tal-klabb tas-snin disgħin u tal-millenju l-ġdid, huma parti minnhom mertu tal-kowċ Arsène Wenger, li wasal fil-klabb fl-1996. Wenger adotta tattika ġdid, reġim ġdid ta' taħriġ u għamel l-akkwist ta' xi plejers barranin li kkomplemtaw mat-talenti Ingliżi li kienu diġà fit-tim. L-Arsenal għamel it-tieni doppjetta ta' tazez fl-1997–98 u t-tielet waħda fl-2001–02. Barra minn hekk it-tim wasal sal-finali tat-Tazza UEFA 1999–2000 (li tilfuha bl-għoti tal-penalties kontra l-Galatasaray), rebaħ l-FA Cup fl-2002–03 u fl-2004–05, u rebaħ il-Premier League fl-2003–04 mingħajr ma jitlef partita waħda, fejn ingħataw il-laqam bħala l-"Invinċibbli"; b'kollox, il-klabb lagħab 49 logħba fejn baqgħu mingħajr telfa, fejn dan hu rekord nazzjonali.

Minn mindu Wenger hu kowċ tal-Arsenal, fi tmien snin mill-ħdax taħt id-diriġenza tiegħu, dejjem ikklassifika fl-ewwel jew fit-tieni post fil-klassifika. L-iskwadra hi, flimkien ma' Manchester United, Blackburn u Chelsea, waħda mill-erbgħa timijiet li rnexxielhom jirbħu l-Premier League minn mindu sar il-formazzjoni tiegħu fl-1993, minkejja li huma fallew li jerġgħu jakkwistawh fl-istaġun ta' wara kull darba li kienu ċampjins. sal-2005–06 l-Arsenal qatt ma kienet irnexxielha tisspuera l-kwarti tal-finali taċ-Champpions League: f'din l-eddizjoni huma waslu sal-finali, fejn b'hekk saru l-ewwel tim ta' Londra li waslu sa dan l-istadju, imma kienu megħluba 2–1 minn Barcelona. F'Lulju 2006 il-klabb ittrasferixxa għall-Emirates Stadium, fejn biddel b'hekk l-istadju wara 93 sena f'Highbury.

Emblema

Arsenal Fc 
L-ewwel emblema tal-Arsenal mill-1888
Arsenal Fc 
Verżjoni tal-emblema tal-Arsenal użata bejn l-1949 u l-2002

L-ewwel emblema ta' Royal Arsenal, li kienet adottata fl-1888, kienet turi tliet kanuni li jidhru minn fuq u f'pożizzjoni vertikali, simili tal-istemma tal-Borough of Woolwich. Dawn xi kultant jistgħu jkunu mħawda ma' xi ċumniji, imma l-preżenza ta' ras ta' ljun u ta' qampiena fuq kull wieħed minnhom, huma indikazzjoni ċara li huma kanuni. Din l-emblema kienet imneħħiha wara li ttrasferixxew lejn Highbury fl-1913, imma fl-1992, il-klabb adotta l-ewwel emblema b'kanun wieħed, fejn dan kien jipponta lejn il-Lvant, bil-laqam tal-klabb, "The Gunners", miktub fejnu; din l-emblema baqgħet biss sal-1925, meta l-kanun kien imnaqqas fid-daqs u orjentat lejn il-Punent.

Fl-1949 il-klabb inawgura emblema aktar moderna bl-istess stil ta' kanun, bl-isem tat-tim b'karattri gotiċi fuq il-kanun, u roll ta' parċmina fejn fiha nkiteb il-mottu l-ġdid bil-Latin li kien adottat mill-klabb: Victoria Concordia Crescit (ir-rebħa tasal mill-armonija). Għall-ewwel darba, l-emblema kienet bil-kuluri, li varjaw xi ftit matul iż-żmien, fejn finalment saret bl-aħmar, l-aħdar u kulur id-deheb. B'kawża tan-numru ta' reviżjonijiet li saru fuq l-istemma, l-Arsenal ma kienx kapaċi li jagħmlu copyright fuqha. Minkejja li l-klabb irnexxielu jirreġistra l-emblema bħala trejdmark, u ġġieled (u fl-aħħar rebaħ) battalja twila legali ma' kummerċjalist ta' triq lokali li kien ibiegħ prodotti tal-Arsenal li ma kinux uffiċjali, il-klabb staqsa għal protezzjoni legali aktar kompluta. Fl-2002 kienet ġiet introdotta emblema ġdida b'linji kurvi aktar moderni u stil aktar simplifikat, fejn il-kanun kien għal darb'oħra orjentat lejn il-Lvant, l-isem tal-klabb miktub b'karattri topografiċi u l-blu skur kien sostwit mal-aħdar. L-emblema l-ġdida però kkawżat reazzjoni kritika min-naħa tal-partitarji: l-Assoċċazzjoni Indipendenti tal-Benjamini tal-Arsenal akkużaw fil-fatt lill-klabb li injoraw parti kbira tal-istorja u t-tradizzjoni tal-klabb, u li ma kkonsultawx lill-partitarji fuq din il-kwistjoni.

Kuluri soċjali

Arsenal Fc  Arsenal Fc  Arsenal Fc 
Arsenal Fc 
Arsenal Fc 
Il-kuluri oriġinali tal-Arsenal għal-logħob f'darhom. It-tim libes uniformi simili matul l-istaġun 2005–06.

Għal biċċa l-kbir tal-istorja tal-Arsenal, il-kuluri għal-logħob ġewwa darhom kienu flokkijiet ħomor bi kmiem bojod u xorts bojod, minkejja li dawn mhux dejjem kienu hekk. L-għażla tal-aħmar kienet simbolu ta' rikonoxximent għad-donazzjoni tan-Nottingham Forest, ftit wara l-fundazzjoni tal-klabb fl-1886. Tnejn mill-membri fundaturi ta' Dial Square, Fed Beardsley u Morris Bates, kienu plejers tal-Forest, li ttrasferixxew f'Woolwich għax-xogħol. Meta ikkreaw l-ewwel tim f'dik iż-żona, ma kellhom l-ebda forma ta' uniformi, b'hekk Beardsley u Bates kitbu lil familji tagħhom għall-għajnuna, u rċevew uniformi u ballun. Il-flokk kellu sfumatura skura tal-aħmar, u kien milbus ma' xorts bojod u kalzetti blu. Fl-1933 Herbert Chapman ried li l-plejers tiegħu jilbsu aktar distintament u b'hekk immodifika l-uniformi fejn żied kmiem bojod u biddel l-isfumatura tal-aħmar.

Hemm min jgħid li Chapman għamel din l-għażla minħabba li kien inspirat minn partitarju li kien liebes ġersi aħmar mingħajr kmiem fuq flokk abjad; verżjoni oħra tgħid li Chapman kien inspirat minn ħwejjeġ simili milbusin minn Tom Webster, fejn hu kien jilgħab il-golf miegħu. Jekk dawn l-istejjer humiex veri jew le, m'humiex ta' importanza, hekk kif minn dak il-mument l-Arsenal minn dejjem adotta l-flokkijiet ħomor u bojod b'eċċezzjoni ta' żewġ staġuni: fl-1966–67, meta libsu flokkijiet kollha ħomor li milli jidher ma tantx kienu populari mal-partitarji, u fl-2005–06, l-aħħar staġun tal-Arsenal f'Highbury, meta huma rritornaw lejn il-flokkijiet bi sfumatura ħamra, simili ta' dawk milbus fl-1913.

Il-kuluri ta' darhom, inspirat diversi klabbs oħra. Fl-1909, Sparta Prague adottaw uniformi ħamra skura bħal dik milbusa fl-istess epoka mill-Arsenal; fl-1938, Hibernian adottaw id-disinn tal-kmiem tal-Arsenal għall-uniformi ħadra u bajda tagħhom. Fis-snin tletin, il-kowċ ta' Sporting Clube de Braga, wara li kien irritorna minn logħba f'Highbury, iddeċieda li jadotta l-uniformi ħadra tal-iskwadra tiegħu ma' dik tal-"Gunners".

L-Arsenal għadu sal-lum juża' l-istess kuluri. Il-kuluri adottati mill-Arsenal għal-logħob barra minn darhom kienu, tradizzjonalment, l-isfar u l-blu, minkejja li bejn l-1982 u l-1984, kienu ġew milbusa uniformi ta' kulur aħmar u blu skur. Mal-bidu tas-snin disgħin, il-kuluri tal-uniformi għal-logħob barra minn darhom kienu mibdula regolarment. Fost l-aktar sinjifikant hemm: flokk b'żewġ tonalitajiet ta' blu; xi varjanti tal-isfar u l-blu tradizzjonali, pereżempju, l-istrixxi blu skuri fuq deheb mettaliku fl-2001–02; l-isfar u l-griż skur tal-istaġuni 2005–06 e 2006–07.

Stadju

    Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Emirates Stadium u Arsenal Stadium.
Arsenal Fc 
Veduta minn ġewwa tal-Arsenal Stadium, magħruf aħjar bħala Stadju Highbury
Arsenal Fc 
L-Emirates Stadium il-ġdid kif jidher minn barra

Għal parti kbira tal-istorja tal-klabb, l-Arsenal kien jilgħab fix-Xlokk ta' Londra. Lagħab l-ewwel partiti tiegħu f'Manor Ground fi Plumstead, u perjodu ta' tliet snin f'Invicta Ground bejn l-1890 u l-1893. Il-Manor Ground inizzjalment kienet biss għalqa, imma l-klabb installa tribuni u terrazzini fil-ħin biex ikun jista' jilgħab l-ewwel logħba tiegħu fil-Football League f'Settembru 1893. L-istadju kien użat fl-għoxrin sena ta' wara sakemm sar it-trasferiment tal-klabb lejn it-Tramuntana ta' Londra fl-1913. L-istadju suċċessiv tal-Arsenal, l-Arsenal Stadium, magħruf aħjar bħala bħala Highbury, ospita l-logħob intern tal-"Gunners" minn Settembru 1913 sa Mejju 2006.

Il-kostruzzjoni tiegħu kienet fdata f'idejn l-arkitett Archibald Leitch. Kellu disinn komuni ta' ħafna grawnds tal-futbol Brittaniċi, bi tribuna waħda li kienet tgħatti. Fis-snin tletin, l-istadju għadda minn ristruturazzjoni kbira, bil-kostruzzjoni tat-tribuni ġodda tal-Punent u l-Lvant fuq stil art deco u l-bini tas-saqaf tat-terazza tan-North Bank, li aktar tard sofra bumbardament tal-Ewwel Gwerra Dinjija, u ma kienx restawrat qabel l-1956.

Fl-aqwa tiegħu, il-Highbury seta' jospita aktar minn 60,000 spettatur, u kellu kapaċità ta' 57,000 sal-bidu tas-snin disgħin, meta ir-rapport Taylor u r-regolament tal-Premier League kienu nfurzaw lill-klabb biex jikkonverti lil Highbury f'postijiet fejn kulħadd jista' jpoġġi għall-bidu tal-istaġun 1993–94, fejn b'hekk il-kapaċità naqset għal 38,419 spettatur. Din il-kapaċità kellha tonqos iktar matul logħob taċ-Champions League biex jakkomodaw bords pubbliċitarji. B'hekk matul l-istaġuni 1998–99 u 1999–00, Arsenal lagħbu l-logħob interni taċ-Champions League f'Wembley Stadium, li seta' jospita aktar minn 70,000 persuna. Wara li kkunsidraw diversi oppzjonijiet, l-Arsenal iddeċieda fis-sena 2000 li jibni stadju ġdid ta' 60,000 post f'Ashburton Grove, l-Emirates Stadium, madwar 500 metru fil-Lbiċ ta' Highbury.

Għall-bidu l-proġett kien sospiż minħabba spiżi kbar, imma l-kostruzzjoni kienet kompluta f'Lulju 2006, lejn il-bidu tal-istaġun 2006–07. L-istadju jġib l-isem tal-isponsor tiegħu, il-kumpanija tal-ajru Emirates, fejn il-klabb iffirma kuntratt ta' madwar £100 miljun; madanakollu xi partitarji rreferu għall-grawnd bħala Ashburton Grove, jew il-Grove, minħabba li ma aċċettawx l-isem tal-isponsor bħala l-isem tal-istadju wkoll. L-istadju se jkun uffiċċjalment imsejjaħ bħala Emirates Stadium sal-2012 u l-logo tal-kumpanija tal-ajru se jidher fuq il-flokkijiet tal-iskwadri sal-aħħar tal-istaġun 2013–14.

Benjamini

L-Arsenal għandha fost l-ikbar u l-iktar bażi ta' benjamini leali, li ssegwi lit-tim kemm fil-logħob f'darhom u anki barra minn darhom. Fil-fatt, fil-kors tal-istaġun 2007–08, huma rreġistraw it-tieni medja l-aktar għolja ta' spettaturi preżenti fl-istadju għal klabb tal-futbol Ingliż (60,070, ugwali għal 99.5% tal-kapaċità disponibbli fl-istadju) u sal-2006, ir-raba' l-akbar medja ta' kull żmien. Il-benjamini ħafna drabi jsejħu lil xulxin bħala "Gooners", isem li ġej mil-laqam tal-klabb, "The Gunners". Il-lokazzjoni tal-klabb, li tgħaqqad kemm żoni sinjuri bħal Canonbury u Barnsbury, żoni mħalltin bħal Islington, Holloway u Highbury, u żoni industrijali bħal Finsbury Park u Stoke Newington, ifisser li l-benjamini tal-Arsenal huma provenjenti minn klassijiet soċjali diversi. Barra minn hekk, skont rapport tal-2002, il-klabb għandu l-akbar perċentwal (7.7%) ta' partitarji li mhumiex bojod minn kull klabb ieħor tal-futbol Ingliż.

Bħal kull klabb ta' kalibru tal-futbol Ingliż, l-Arsenal għandu numru ta' klabbs subordinati, fosthom il-Klabb Uffiċċjali tal-Benjamini tal-Arsenal, li hu affiljat mal-klabb, u l-Assoċċazzjoni Indipendenti Benjamini Arsenal, li min-naħa l-oħra jżomm linja indipendenti. Hemm ukoll l-Arsenal Supporters' Trust, li tippromovi manifestazzjonijiet bejn il-benjamini. Il-benjamini tal-klabb jippubblikaw ukoll fanzines, jew rivisti, bħal The Gooner, Highbury High, Gunflash u Up The Arse!. Barra mill-korijiet tal-istadju, il-partitarji tal-Arsenal ikantaw "One-Nil to the Arsenal" (fuq ir-ritmu ta' "Go West") u "Boring, Boring Arsenal", li qabel kienet titkanta regolarment minn partitarji avversarji, imma issa saret titkanta ironikament mill-benjamini tal-Arsenal meta t-tim ikun qed jilgħab tajjeb.

Minbarra n-numru kbir ta' benjamini li jinsabu fl-Ingilterra, it-tim Ingliż naqas mid-dipendenza fuq il-ġeografija, hekk kif in-numru ta' benjamini kiber ukoll madwar id-dinja. Il-bażi ta' partitarji kiber internazzjonalment bil-wasla tat-televiżjoni satellitari, u issa hemm ukoll klabbs ta' benjamini barranin subordinati mal-klabb. skont rapport tal-2005 minn Granada Ventures, hu stmat li hemm madwar 27 miljun benjamin tal-Arsenal, li b'hekk jagħmlu t-tielet klabb l-aktar segwit fid-dinja.

L-akbar rivalità profonda u li ilha sejra hi dik kontra l-ġirien tagħhom tat-Tottenham Hotspur. Il-partiti bejn dawn iż-żewġ timijiet huma msejjħin bħala d-derby tat-Tramuntana ta' Londra. Partiti kontra timijiet oħra minn Londra, bħala Chelsea u West Ham United, huma wkoll imħarsa bħala importanti, imma r-rivalità ma' dawn it-timijiet mhix daqshekk kbira kkomparata dik mat-Tottenham. Barra minn hekk, l-Arsenal u l-Manchester United kellhom rivalità kbir li tmur lura lejn l-aħħar tas-snin tmenin, li ntensifikat meta ż-żewġ timijiet kienu jikkompetu għat-titlu tal-Premier League.

L-Arsenal fil-komunità

Fl-1985, l-Arsenal iffundaw proġett għall-komunità, "Arsenal in the Community", li joffri sport, edukazzjoni u proġetti tal-karità. Il-klabb jappoġġja direttament numru ta' kawżi karitabbli u fl-1992 stabilixxa l-grupp "The Arsenal Charitable", li ġabar aktar minn 3 miljun għal każijiet lokali. Barra minn hekk, skwadra eks-professjonistika famuża, mill-1991 bdiet tgħin fil-ġbir ta' fondi għal motivi tajbin.

Arsenal Ladies

    Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Arsenal Ladies LFC.

L-Arsenal Ladies hi l-iskwadra tal-futbol femminili affiljat ma' dik maskili. Fundata fl-1987, il-klabb sar wieħed semi-professjonista fl-2002 taħt il-gwida ta' Vic Akers, li qabel kien ukoll kowċ tal-klabb prinċipali. L-Arsenal Ladies hi l-iskwadra Ingliża bl-ikbar numru ta' suċċessi fil-futbol femminili; hi attwalment iċ-ċampjin kurrenti tal-Premier League femminili u huma l-unika tim Ingliż li rebħu t-Tazza UEFA femminili fl-istaġun 2006–07.

Kowċis

    Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' kowċis ta' Arsenal FC.

Fuq il-bankina tal-Arsenal kien hemm preżenti tmintax-il kowċ u ħamsa oħrajn li kellhom rwol temporanju, minn mindu l-klabb kien appunta lill-ewwel kowċ professjonista, Thomas Mitchell fl-1862. L-aktar li serva għal żmien twil kien George Allison (1934–1947) waqt li l-aktar wieħed li serva fuq terminu ta' logħob hu l-kowċ preżenti Unai Emery (2018–). Wenger hu wkoll l-uniku kowċ tal-Arsenal li ġej minn barra mir-Renju Unit jew l-Irlanda u hu dak bl-aktar suċċessi fejn għandu perċentwal ta' 57.36% ta' rebħiet (sal-11 ta' Mejju 2008), waqt li Leslie Knighton hu l-inqas wieħed ta' suċċess b'perċentwal ta' 34.46%. Żewġ kowċis tal-Arsenal mietu matul il-karriera tagħhom mal-klabb – Herbert Chapman u Tom Whittaker.

Unuri

Kompetizzjonijiet domestiċi

    L-Ewwel Diviżjoni: 7
      1930–31, 1932–33, 1933–34, 1934–35, 1937–38, 1947–48, 1952–53, 1970–71, 1988–89
  • Tazza Ingliża: 11
    1929–30, 1935–36, 1949–50, 1970–71, 1978–79, 1992–93, 1997–98, 2001–02, 2002–03, 2004–05
  • Tazza tal-Kampjonat Ingliż: 2
    1986–1987, 1992–1993
    1930, 1931, 1933, 1934, 1938, 1948, 1953, 1991, 1998, 1999, 2002, 2004

Kompetizzjonijiet internazzjonali

  • Tazza tat-Tazez Ewropej: 1
    1993–94
  • Tazza tal-Fieri: 1
    1969–70

Noti

Referenzi

Ħoloq esterni

This article uses material from the Wikipedia Malti article Arsenal FC, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.

Tags:

Arsenal Fc StorjaArsenal Fc EmblemaArsenal Fc Kuluri soċjaliArsenal Fc StadjuArsenal Fc BenjaminiArsenal Fc L-Arsenal fil-komunitàArsenal Fc Arsenal LadiesArsenal Fc KowċisArsenal Fc UnuriArsenal Fc NotiArsenal Fc ReferenziArsenal Fc Ħoloq esterniArsenal FcIngilterraKlabb tal-futbolL-Ewwel Diviżjoni tal-Football LeagueLondraPremier League

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

IsfarUnjoni EwropeaBorża ta' New YorkBarrieraLiċenzja Creative CommonsBelarussjaTas-SliemaFolklorLingwa SpanjolaSan Ġiljan (lokalità)LingwaLuiz Inácio Lula da SilvaMerkurju (pjaneta)ĠermanjaĦaġar QimJuventus FCArabja SawdijaUEFA Europa LeagueDrittWikiversità2015PortugallMdina Knights FCMajaKannella (kulur)Lingwa FranċiżaMużikaLeonardo da VinciĠiljan l-OspitalierĦadidKylian MbappéIsaac NewtonItaljaĠibutiTestment il-QadimPajjiżi l-BaxxiLeptis MagnaEwropa tal-LvantTirolBangladexxTal-PietàFrancis EbejerOliver FriggieriMożambikTutankhamunDun Karm PsailaCecil SatarianoRenju UnitLibrerija Bolivarjana ta' MéridaDizzjunarjuSão PauloKelmaĠunjuNikosijaOmeruJimmy WalesBoris YeltsinEdirneDaphne Caruana Galizia🡆 More