Barriera

F’kull pajjiz, il-bini jsir bil-materjali l-aktar faċli li jinsab fuq il-post.

F’xi artijiet jibnu bċejjeċ tal-ġebel bit-tajn, orħajn juzaw il-qasab, injam, silġ, dejjem skond il-post u l-klima. Fil-ġzejjer tagħna, għandna x-xorti li nsibu ġebel tajjeb u faċli jinħadem għall bini.

l-aktar li nużaw huwa l-ġebel li jissejaħ “tal-franka”, u għal xogħol li jinħtieġ ġebel aktar iebes insibu l-blat “tal-qawwi” jew “taż-żonqor”. Qabel isir il-bini, irid jinqata’ l-materjal, li għalina huwa l-ġebel, mill-barrieri. Fiż-żmienijiet ta’ llum hemm makkinarju li jaqta’ l-gebel malajr, iżda ta’ qabilna kellhom jaqtgħu l-ġebel bl-għodda ta’ l-idejn. Il-ġebel kien irid jinqata’ tajjeb biex jintuza bhala ċnagen jew katuni biex jinbnew il-ħitan, kif ukoll bħala xorok ċatti u twal għas-soqfa. Fil-barriera kienu jużaw l-aktar il-baqqun. Bqaqen kien hemm diversi għamliet, skond il-fond ta’ gandotti jew trinek li kien hemm bżonn isiru. Biex jaqtgħu l-blat, dejjem kien hemm bżonn li isir trikna madwar il-blokki li kellhom jaqtgħu. Aktar kemm Kinet tkun fonda t-trikna, aktar il-manku tal-baqqun kien ikun twil, u aktar ix-xogħol irid isir bl-attenżżjoni biex tinżamm linja dritta l-isfel. Xi bqaqen kellhom manku twil erba’ piedi jew aktar.

Fix-xogħol tal-barriera jkun hemm bosta xogħol iehor, bħal tlugħ u nżul, bis-slielem, t-tarjoli, grabji ta’ ġebel fuq karretuni kbar miġbudin mill-bgħula. Biex il-karrettun jinżel fil-barriera kienu jħallu rampa għan-niżla. Biex il-karrettun ma jimbutax il-bħala l-isfel f’din in-niżla, mhux biss kienu jagħlqulu l-krikk (Jew brake), imma kienu jorbtu xi kantuni wara l-karrettun, biex dawn ikaxkarhom warajħ, b’hek bit-toqol tagħhom ma jiħux rankatura għal isfel.

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

GreċjaGiovanni Paolo Lascaris2 ta' JannarGżira ManoelRivoluzzjoni IndustrijaliLe HavreĊipruMystrasSingaporJuan Antonio VillacañasSevero OchoaKelbMahathir MohamadLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-TurkijaMediterranGuglielmo MarconiOtto von BismarckVoltaireMostaWikiWilliam ShakespeareKurgan (belt)Pablo NerudaBirkirkaraTrevor TemplemanIntelliġenza artifiċjali2016Adrian GrimaStorjaLista ta' baned f'MaltaTogoImperu RumanFabrizio FanielloIstanbulPjanura ta’ Stari GradWinnipegArkanġlu MikielTorri EiffelBaha'iBirżebbuġaJoseph MuscatSit elettronikuKolombjaLingwa SpanjolaKjotoNepalH. G. WellsOrdni ta' San ĠwannStorja ta' MaltaJohann Christian BachGanaIra LoscoBulgarijaNew ZealandFilippiniPolonjaAleksandar MadzarIżlamXemxNawruSoċjetà tad-Duttrina Nisranija🡆 More