Fabrizio Faniello (Furjana, 27 ta' April 1981) huwa kantant Malti.
Hu rrapreżenta lil Malta fil-Festival tal-Eurovision darbtejn, fl-2001 u fl-2006. Minkejja s-suq żgħir tal-mużika f'Malta, hu rnexxielu jagħmel ismu barra minn pajjiżu, fejn ta wirjiet flimkien ma' diversi kantanti prominenti bħal Jim O'Rourke, Fennesz, Ryuichi Sakamoto, Richard D. James u Masami Akita.
Fabrizio Faniello | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 27 April 1981 (42 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kantant |
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Għandu oħtu, Claudia Faniello, li hi wkoll kantanta.
Faniello skopra il-mużika f'età tenera. L-għalliema tiegħu taghtu parir biex jattendi lezzjonijiet vokali. Madankollu, Faniello kellu interess ukoll fil-futbol. Fl-1997 hu lagħab għal sena f'Turin.
Meta kellu sittax-il sena, għażel li jagħmel il-mużika l-professjoni tiegħu u rritorna Malta. F'dawk is-snin ħareġ 3 albums ta' suċċess kbir u diversi kanzunetti. Minkejja li l-aktar suċċess sar fil-gżejjer Maltin, il-kanzunetti tiegħu ħarġu wkoll f'pajjiżi Ewropej. Hu rnexxielu jasal fl-Aqwa 10 b'"The Whistel Hit" fl-Iżvezja, flimkien ukoll ma' "Bye Baby Bye Bye" fl-istess pajjiż fl-2005.
Ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision fl-2001 u wasal sad-disa' post. Hu pparteċipa diversi drabi fis-selezzjoni għall-Eurovision. Fl-2006, hu reġa' kiseb id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, imma din id-darba ma tantx kienet avventura ta' suċċess għaliex Malta spiċċat l-aħħar b'punt wieħed biss.
Ix-xogħol fuq il-kanzunetti tiegħu isir il-biċċa l-kbira fil-Ġermanja u ħafna mill-kanzunetti kienu miktuba minn liriċisti Ġermaniżi.
Predeċessur Claudette Pace | Malta fil-Festival tal-Eurovision 2001 | Suċċessur |
Predeċessur Chiara Siracusa | Malta fil-Festival tal-Eurovision 2006 | Suċċessur |
This article uses material from the Wikipedia Malti article Fabrizio Faniello, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.