Galway, imsejjħa Gallimh bil-gejliku, hija t-tielet l-akbar belt fir-Repubblika ta' l-Irlanda.
Hija tinsab tħares fuq il-Baħar Atlantiku u tgħodd 73 elf ruħ. Hija l-aktar belt li qed tikber b'rata mgħaġġla fil-pajjiż minħabba l-kundizzjoniet tajba ta' xogħol li qed toffri. Fost dawn hemm dak fl-industrija tal-kompjuters. Ir-rata ta' kriminalita' hija baxxa ħafna.
Galway | ||
---|---|---|
Irlanda | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Irlanda | |
Province of Ireland | Connacht (en) | |
County of Ireland | County Galway (en) | |
Isem uffiċjali | Galway Gaillimh | |
Ismijiet oriġinali | Galway Gaillimh | |
Kodiċi postali | H91 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 53°16′22″N 9°02′30″W / 53.2729°N 9.0418°W 9°02′30″W / 53.2729°N 9.0418°W | |
Superfiċjenti | 53.43 kilometru kwadru | |
Għoli | 25 m | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 83,456 abitanti (2022) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1124 | |
Kodiċi tat-telefon | 091 | |
Żona tal-Ħin | UTC±0u UTC+1 | |
bliet ġemellati | Bradford, Amasya (en) , Seattle, Chicago, St. Louis, Lorient, Aalborg, Milwaukee (en) , Waitakere City (en) , Moncton (en) , Brockton (en) , Auckland (en) u Aalborg Municipality (en) | |
galwaycity.ie |
Il-qalba tal-belt hija Eyre Square, fejn hemm għal wiri għadd ta' kanuni miġjuba bħala trofej mill-Gwerra tal-Krimea (1854-56). Wieħed mill-aqwa spettakli kulturali fl-Irlanda jseħħ hawnhekk kull sajf, meta jittella' l-festival teatrali Macnas [1].
Fl-2007 feġġ il-parassit Cryptosporidium, li niġġes l-Għadira Corrib, Lough Corrib, li hija l-akbar waħda fir-Repubblika ta' l-Irlanda, b'daqs ta' 200 kilometru kwadru. Din tati l-ilma li jinxorob f' Galway. Dan il-parassit naffar ħafna dilettanti tas-sajd li jiġu hawn biex jistadu f'din l-għadira.
Il-belt ta' Galway
This article uses material from the Wikipedia Malti article Galway, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.