Lokalità San Ġiljan

San Ġiljan hija belt fir-Reġjun Ċentrali ta’ Malta.

Fl-2020, in-numru rreġistrat ta’ abitanti kien ta’ 13,792. Din il-belt tinsab tul il-kosta, fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-pajjiż, il-Belt Valletta. San Ġiljan huwa magħruf għal negozji orjentati lejn it-turiżmu, bħal lukandi, ristoranti u diskoteki li huma ċċentrati l-aktar f’żona magħrufa bħala Paceville.

San Ġiljan
Lokalità San Ġiljan Malta
Lokalità San Ġiljan
Lokalità San Ġiljan Lokalità San Ġiljan
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaEastern Region (Lvant) (en) Translate
Isem uffiċjali San Ġiljan
Ismijiet oriġinali San Ġiljan
Ġeografija
Koordinati 35°55′07″N 14°29′24″E / 35.9186°N 14.49°E / 35.9186; 14.49 14°29′24″E / 35.9186°N 14.49°E / 35.9186; 14.49
San Ġiljan (lokalità) is located in Malta
San Ġiljan (lokalità)
San Ġiljan (lokalità)
San Ġiljan (lokalità) (Malta)
Lokalità San Ġiljan
Superfiċjenti 1.6 kilometru kwadru
Għoli 0 m
Demografija
Popolazzjoni 10,232 abitanti (31 Marzu 2014)
lc.gov.mt…
Lokalità San Ġiljan
Il-Knisja ta' San Giljan fil-Balluta

Festi u Tradizzjonijiet

Il-belt hija msemmija għall-qaddis patrun tagħha; San Ġiljan li hu magħruf bħala Giljan l-Ospetalier u Ġiljan tal-Foqra fejn hu wkoll l-Patrun tal-kaċċaturi. Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin, il-festa ta San Ġiljan kienet tigi ċċelebrata fis-27 ta Jannar. Illum il-ġurnata tiġi ċċelebrata fit-12 ta’ Frar, għalkemm f’Malta tiġi ċċelebrata festa oħra, fl-ispirtu tal-ħafna festi tas-sajf madwar il-gżira, fl-aħħar Ħadd ta’ Awwissu.

Kompetizzjoni partikolari ħafna konnessa mal-festa tar-raħal hija magħrufa bħala il-Ġostra. Din it tradizzjoni kompetittiva tinvolvi li l-parteċipanti jitilgħu u jimxu kemm jista’ jkun tul arblu mimli xaħam imżerżaq li jiġi sospiż fuq il-baħar. Ir-rebbieħ huwa l-persuna li jaħtaf waħda mit-tliet bandieri mit-tarf ta' l-arblu. Kull bandiera tirrappreżenta premijiet diversi.

Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ din il-lokalità hija l-Musketterija. Sa mill-1982, Kaċċaturi zammew it-tradizzjoni billi jisparaw kartocci vojta mimlija bil-trab iswed mil-bejt tal-knisja parrokkjali hekk kif l-istatwa tal-qaddis patrun toħroġ mill-knisja. Ħafna jgħidu li din it-tradizzjoni hija konformi ma' l-istorja tal-lokalità li kienet tkun isservi bhala post tal-kaċċa għall-Kavallieri ta’ Malta.

Żoni Mportanti

Il-belt hija maqsuma f’diversi zoni li huma Paceville, Ta’ Ġiorni, Tal-Għoqod u St. Andrews. Hemm ukoll zoni li jiehdu isimhom mill-bajjiet li ghandhom bhal Bajja ta’ San Ġorġ, il-Bajja ta’ Spinola, il-Bajja ta’ Balluta u l-Qaliet. San Ġiljan huwa mfittex hafna mit-turisti speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Huwa wkoll wkoll post poloari mal-Maltin.

Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-Palazz Spinola u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. Il-bajja ta’ Spinola kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom kif ukoll bdiewa li kienu jahdmu l-ghelieqi tal-post. Din il-belt rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma jaqaw biex jinbnew blokki ta’ appartamenti.

Fl-2020 gew organizzati protesti minn abitanti tal-lokalita, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jwaqqfu l-izvilupp ta' pont ghad-Dghajjes tat-turisti fil-Bajja ta’ Balluta.

Lokalità San Ġiljan 
It-Torri ta' Portomaso u il-Bajja ta' Spinola bil-Luzzi tas-Sajjieda

It-Torri ta' Portomaso, huwa l-ghola bini ta’ Malta b’għoli ta’ 97.54 metru u jinsab f’San Ġiljan.

Storja

Knejjes

L-aktar evidenza bikrija tal-Knisja ta' San Giljan hija dokumentata fiż-żjara pastorali tal-Isqof Tommaso Gargallo fl-1601, li jgħid li nbniet fl-1580 u kienet iddedikata lil San Ġiljan. Fl-1736, meta Monsinjur Alpheran de Bussan reġa’ żar San Ġiljan, huwa nnota li l-lokalità kienet diġà magħrufa bħala Portus Sancti Juliani, jiġifieri wara l-qaddis patrun. Fl-1854, il-600 resident ta San Ġiljan appellaw lill-awtorità tal-knisja, sabiex issir parroċċa. Il-kapitolu f’Birkirkara pprotesta b’mod qawwi kontra din l-applikazzjoni u din ġiet miċħuda. L-applikazzjoni giet accettata fl-1891 u Dun Guzepp Scerri sar l-ewwel kappillan tal-parroċċa.

Il-knisja parrokkjali preżenti kienet iddisinjata mill-arkitett Malti Arturo Zammit u l-ewwel ġebla tqeghdet fl-1961. Il-Knisja ntużat għall-ewwel darba fl-1968 meta kienet għadha ma nbnietx kompletament. Il-Knisja laqgħet lill-Papa San Ġwann Pawlu II fl-ewwel żjara tiegħu f’Malta fis-27 ta’ Mejju, 1990.

Il-Kappella maghrufa bhala Millenium Chapel giet mfassla mill-perit Malti Richard England u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ Paceville. Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn Fr Hilary Tagliaferro, din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.

Lokalità San Ġiljan 
Millenium Chapel f' Paceville

Postijiet Importanti

Il-Palazz ta' Spinola

Minħabba l-biża’ ta’ attakki mill-Musulmani, iż-żona Kostali tat-Tramuntana giet zviluppata wara l-1565. Il-bini tal-Palazz Spinola, fl-1688, jista' jitqies bħala l-ewwel l-pass fir-restawr ta’ San Ġiljan. Il-palazz, flimkien mal-ġonna tal-madwar inbnewt minn Fra Paola Raffaele Spinola għall-divertiment pubbliku kif iddikjarat fl-iskrizzjoni li wieħed isib fuq l-entratura. Il-palazz kien imkabbar fl-1733 permezz ta’ Fra Giovanni Battista Spinola, suċċessur taz-ziju tiegħu bħala rettur u Kuratur tal-Abbazia. Matul l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798, San Ġiljan kien l-ewwel belt f’Malta li ntrebah minn truppi Franċiżi. Fil-fatt kien Ġeneral Claude Henri Vaubois li mexxa l-forzi Franċiżi fis-bajja Spinola.

Il-Batterija ta' Spinola

Waħda minn -batteriji nbniet fid-daħla tal-Bajja ta' San Ġiljan u ssemmiet Spinola Battery . Din inbniet fi żmien il-Gvernatur Smyth fis-sena 1890. Kienet ġiet tiswa s-somma ta' 5000 lira. Il-Gvern Kolonjali Ingliz kien ħaseb biex din il-batterija tkun difiża minn erba' kanuni. Dawn kollha kienu jħarsu lejn il-baħar u bejniethom kellhom il-ħarsien tal-medda baħar faċċata tal-Bajja ta' San Ġiljan. Meta t-theddida t' invażjoni fuq Malta ma baqgħetx biss minn fuq il-baħar u saret iktar theddida mill-ajru, din il-batterija kienet modifikata biex inbidlet f'anti-aircraft battery. Din kienet waħda mir-raġunijiet li din il-batterija kienet attakkata ta' sikwit matul it-Tieni Gwerra Dinjija u għalhekk kienet ġarrbet ħsarat kbar.

Meta l-iżvilupp fl-inħawi ta' San Ġiljan u Paceville beda jikber ġmielu, viċin tal-Batterija ta' Spinola kienet inbniet lukanda. Maż-żmien, din il-lukanda twaqqgħet biex minflokha nbena ċentru turistiku lussuż ħafna magħruf bħala Portomaso. Il-fdalijiet li kien fadal minn din il-batterija ġew inkorporati f' dan il-kumpless turistiku bħala attrazzjoni.

Bajjiet

  • il-Bajja tal-Balluta
  • il-Bajja ta' Spinola
  • il-Bajja ta' San Gorg
  • il-Bajja ta' San Giljan
Lokalità San Ġiljan 
Spinola
Lokalità San Ġiljan 
Paceville

Bini u Zoni ta' Importanza

  • Balluta Builidings
  • Dragonara Point
  • Il-Qaliet
  • Paceville
  • Portomaso
  • Ta' Giorni
  • Villa Rosa
  • Wied Ħarq Ħamiem
  • Wied tal-Balluta
  • Monument Love ta' Richard England
  • Villa Leoni
  • Villa Priuli
  • Villa Blanche
  • Villa Cassar Torreggiani
  • It-Torri tal-Bajja ta' San Gorg
  • Monument ta' Ċensu Tabone

Monumenti u Knejjes

  • Statwa ta' San Giljan fi Triq il-Kbira
  • Statwa tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu fix-Xatt ta' Spinola
  • Knisja ta' l-Immakulata Koncessjoni fi Triq San Gorg
  • Statwa ta' Santa Marija fi Triq Lapsi
  • Nicca ta' L-Immakulata Koncezzjoni fit-Telgha ta' Birkirkara
  • Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill fi Triq il-Knisja
  • Knisja ta' Santa Rita
  • Millenium Chapel
  • Monasteru tal-Kleru
  • Kunvent tal-Karmelitani
  • Skola tal-Kunvent tal-Qalb Imqaddsa ta' Gesu

Kunsill Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-present jikkonsisti minn:

Albert Buttigieg (Sindku)

Clayton Luke Mula (Vici-Sindku)

John Agius

Patricia Camilleri

Guido Dalli

Rita Dimech Portelli

Adrian Dominic Ellul

Sean Gauci

Martin John Sultan

Paul Spiteri (Segretarju Ezekuttiv)

Sport

It-tim tal-futbol li jassocja mieghu San Ġiljan hu Melita F.C. L-ghola unur li hadu fil-futbol Malti kienet r-rebħa tagħhom fuq il-ġirien tas-Sliema Wanderers fil-finali tat-Tazza Maltija fl-1939. F’dawn l-aħħar snin, Melita F.C ikkompetew ukoll fil-Premier League u llum jikkompetu fit-tieni divizzjoni tal-futbol Malti.

Waterpolo huwa l-isport li jigbed l-aktar nies lejn din il-belt. Neptunes WPSC, it-tim lokali ta’ Waterpolo ilu fil-quċċata tal-Waterpolo league Malti minn mindu twaqqaf fl-1929. Huma rebhu il-League tal-Waterpolo ghal 25 darba fost hafna titli ohra. Il-klabb igawdi faċilitajiet ta’ taħriġ mgħammra b'mod professjonali li jinsabu fuq quddiem tax-xtajta. Fil-qrib insibu wkoll lil San Giljan A.S.C, team iehor b'sahhtu tal-Waterpolo lokali li gawda minn rebhiet konsekuttivi ta’ titlu kif ukoll rebbieħa tal-kampjonat fl-2015.

Squash huwa wkoll sport komuni li jilagħbu f’San Ġiljan.

Lokalità San Ġiljan 
Neptunes Waterpolo club

Ara wkoll

Neptunes Waterpolo Club

San Giljan Waterpolo Club

St Julians Local Council website

Referenzi

Tags:

Lokalità San Ġiljan Festi u TradizzjonijietLokalità San Ġiljan Żoni MportantiLokalità San Ġiljan StorjaLokalità San Ġiljan Postijiet ImportantiLokalità San Ġiljan Kunsill LokaliLokalità San Ġiljan SportLokalità San Ġiljan Ara wkollLokalità San Ġiljan ReferenziLokalità San Ġiljan

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

FK ŽalgirisAħdarBir id-DehebUgandaAngolaIl-Qorti tal-Belt VallettaKarlu IIITutankhamunFK NevėžisRumaTurinKitba jeratikaGħanaWikiversitàRamadanEileen MontesinSit ta' Wirt DinjiSan ĠużeppSistema SolariGżejjer PitcairnXagħraPeléRishi SunakMassimiljanu KolbeKubaPark Nazzjonali tal-Lagi ta’ PlitviceMġarrPartit Laburista (Malta)Sit elettronikuRobert AbelaMadagaskarPariġiSikhote-AlinIrħula ta' MaltaBurmaKavallier ta’ San ĠakbuDonato BramanteAfganistanBaħar Eġew2016VjetnamLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-EwropaJemenSantu WistinBorobudurNepalSemitikuTraduzzjoniMetro ta' AteniXewkijaMicrosoft WindowsWiki CommonsGiuseppe CalìTim nazzjonali tal-futbol tat-TuneżijaPierre de CoubertinTimes of MaltaFelix MendelssohnLingwa RussaSzczecinMahatma GandhiMongolja🡆 More