Indoewropew

L-Indoewropew hija kostruzzjoni xjentifika ta', dik li tissejjaħ protolingwa: lingwa prototipika komuni, li minnha nissoponu li tnisslu d-diversi lingwi tal-familja Indoewropea.

Illum huwa meqjus aktar preċiż li nitkellmu fuq il-Proto-Indoewropew għaliex rikostruzzjoni, fis-sens ta' lingwa li tista' tintuża għall-komunikazzjoni, mhijiex possibli. Rikostruzzjonijiet ta' l-Indoewropew iwasslu biss għall-għerq ta' kliem, fenomeni fonoloġiċi u strutturi sintattiċi bażiċi.

Indoewropew
Lingwi Indo-Ewropej

Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom relazzjoni ġenetika (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli fonetici tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci jestrapolaw u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.

Sprachbund vs. Relazzjoni Ġenetika

Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ Sprachbund u r-Relazzjoni Ġenetika. Sprachbund hija kelma Ġermaniża li tfisser "unjoni/għaqda lingwistika" u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala Sprahchbund nifhmu grupp ta' Lingwi li x-xebh ta' bejniethom hu bbażat fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċertu punt ta' l-evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistgħux ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbiegħda ħafna. Dan huwa dak li jagħżel Sprachbund minn Familja Lingwistika, li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. L-Indoewropew ma ġiex iffurmat fi Sprachbund iżda tnissel minn familja waħda. Sprachbund tingħaraf mill-fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix xebh fil-vokabularju biss iżda xebh fl-istruttura wkoll.

Fi kliem aktar ġenerali, nistgħu ngħidu li lingwi ta' l-ewwel tip għandhom l-istess omm, l-oħrajn kienu ġirien għal żmien twil.

Tags:

Fonoloġija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

FacebookUgandaIdroġenuAteniOttubruIsfarMuħammedModenaLingwa IngliżaSit elettronikuKirurguKylian MbappéEmma WatsonBelt ta' New YorkLeonardo da VinciPapa Benedittu XVIPapa Ġwanni Pawlu IIIndjaIl-Paġna prinċipaliSan MarinoTajlandjaSan Franġisk t'AssisiMarjanu VellaRadju fir-Renju UnitEugenio MontaleWikikwotaGuglielmo MarconiRamadanLuiz Inácio Lula da SilvaAlġerijaLingwa BaskaĊinaAlberobelloŻooloġijaRoundaboutBibbjaMaltaReliġjon NisranijaKilwaMoskaRelazzjoni sesswaliFestival tal-Eurovision 1956AżerbajġanAlternattiva DemokratikaGħawdexMaltiL-ImdinaSanta VeneraSan Ġiljan (lokalità)Miriam Spiteri DebonoIsaac NewtonQattusBotanikaEwropa tal-LvantPalazz ta' BettinaWikiversitàĠordanKrak des ChevaliersAladdin MeierJum ir-Repubblika (Malta)KorfùArkitetturaMużikaIndoneżjaCecil SatarianoBolivja🡆 More