Kampjonati Ewropej Tal-Futbol

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol hija l-kompetizzjoni prinċipali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali li huma mmexxija mill-UEFA.

Din il-kompetizzjoni, li għandha l-istess bażi tat-Tazza tad-Dinja, ilha sejra mill-1960 u ssir kull erba' snin, eżattament bejn it-Tazza tad-Dinja. L-isem oriġinali kien it-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej, imma fl-1968 tbiddel u sar l-isem bħala mhu illum. Il-kampjonat hu kkunsidrat bħala t-tieni l-aktar avveniment importanti għat-timijiet nazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja, alavolja dan il-kampjonat ma jolqotx pajjiżi barra mill-Ewropa. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jingħataw l-opportunità li jikkompetu fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, imma mhumiex obbligati.

Kampjonati Ewropej tal-Futbol
Sport Futbol
Fundazzjoni 1960
Nru. ta' timijiet 52 (Kwalifiki)
16 (Finali)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali Kampjonati Ewropej Tal-Futbol Spanja (3 titli)
L-aktar rebħiet Kampjonati Ewropej Tal-Futbol Ġermanja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol Spanja
(3 titli kull wieħed)
Sit elettroniku Sit Uffiċjali

Storja

L-idea ta' kampjonat tal-futbol Ewropew kienet għall-ewwel propost minn Henri Delaunay mill-federazzjoni tal-futbol Franċiża fl-1927, imma din l-idea ġiet fis-seħħ fl-1958. Bħala tfikira għal Delaunay, it-trofew li jingħata liċ-ċampjins hu msemmi għal warajh. L-edizzjoni tal-1960 li saret fi Franza, kellha 4 timijiet jikkompetu fil-fażi finali minn total ta' sbatax-il tim li daħlu fil-kompetizzjoni. Din kienet mirbuħa mill-Unjoni Sovjetika 2-1 fuq l-Jugożlavja, f'finali intensa f'Pariġi. Spanja irtirat mill-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Unjoni Sovjetika minħabba raġunijiet politiċi. Mis-sbatax-il tim li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, fost l-iktar timijiet prominenti li kienu assenti kienu l-Ġermanja tal-Punent u l-Italja. Spanja organizzat l-edizzjoni ta' wara tal-1964, li ra żieda ta' parteċipanti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'numru ta' 29 nazzjon; madanakollu, il-Greċja rtirat minħabba li kellha tilgħab kontra l-Albanija, u dawn kienu għadhom fi gwerra kontra xulxin. L-ospiti rnexxielhom jegħlbu lid-detenturi tat-tazza, l-Unjoni Sovjetika, 2-1 fis-Santiago Bernabéu ta' Madrid.

Il-format tal-kampjonat baqa' l-istess għall-edizzjoni tal-1968. L-Italja kienu l-ospiti tal-edizzjoni kif ukoll iċ-ċampjins. Għall-ewwel u l-aħħar darba partita kienet deċiża permezz tat-tfigħ tal-munita (is-semi-finali kontra l-Unjoni Sovjetika) u l-finali marret f'replay, wara li l-partita kontra l-Jugożlavja spiċċat 1-1. Italy rebħu r-replay 2-0. Aktar timijiet daħlu fil-kampjonat (31), li kien juri l-popularità li bdiet tgawdi din il-kompetizzjoni. Il-Belġu ospitaw l-edizzjoni tal-1972, fejn il-Ġermanja tal-Punent rebħu lill-Unjoni Sovjetika 3-0 fil-finali fi Brussell. It-tim Ġermaniż kien karaterizzat mill-plejers li sussegwentament rebħu t-Tazza tad-Dinja 1974. Il-kampjonat tal-1976 kien l-aħħar wieħed fejn erba' timijiet biss kienu jikkwalifikaw għall-fażi finali, u l-aħħar wieħed fejn l-ospiti kienu jikkwalifikaw awtomatikament; fil-finali ċ-Ċekoslovakkja rebħu lill-Ġermanja tal-Punent permezz tal-għoti tal-penalties.

Tmien timijiet ħadu sehem fl-edizzjoni ta' wara ospitata mill-Italja. Dan kien jinvolvi fażi tal-gruppi, bir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għall-finali, u t-timijiet fit-tieni post jikkwalifikaw għall-partita tat-tielet post. Il-Ġermanja tal-Punent rebħu t-tieni titlu tagħhom billi rebħu 2-1 lill-Belġju fi Stadio Olimpico ta' Ruma. Franza rebħu l-edizzjoni tal-1984, bil-kaptan tagħhom Michel Platini jiskorja 9 gowls f'5 partiti biss, fosthom il-gowl tal-ftuħ fil-finali, fejn rebħu lil Spanja 2-0. Il-format tbiddel ukoll, bl-aqwa żewġ timijiet f'kull grupp jikkwalifikaw għall-fażi tas-semi-finali, minflok li r-rebbieħ jikkwalifika direttament għall-finali. Il-partita għat-tielet post kienet ġiet abolita.

Fl-Euro 1988, li saret fil-Ġermanja tal-Punent, l-Olanda rebħu lill-ospiti — u rivali tradizzjonali — 2-1 fis-semi-finali. L-Olanda komplew fil-kompetizzjoni sakemm rebħuha, meta għelbu lill-Unjoni Sovjetika 2-0 fi Stadju Olimpiku, fejn din il-finali tibqa' waħda mill-iktar imfakkra hekk kif Marco van Basten skorja wieħed mill-iżjed gowls memorabbli fl-istorja tal-futbol, meta skorja l-gowl permezz ta' xutt bid-dawra fin-naħa leminija tal-kaxxa. Il-Kampjonati Ewropej 1992 saru fl-Iżvezja, u kienet mirbuħa mid-Danimarka — sorpriża kbira meta wieħed għandu jkun jaf li d-Danimarka daħlu fil-kampjonat bħala s-sostitut tal-Jugożlavja li rtiraw minħabba l-gwerer Jugożlavi. Madanakollu, huma wettqu sorpriża, meta rebħu liċ-ċampjins tad-dinja tal-Ġermanja 2-0, wara li kienu għadhom kemm rebħu lid-detenturi tat-trofew, l-Olanda, permezz tal-penalties fis-semi-finali. Din kienet l-ewwel darba li il-Ġermanja lagħbet bħala nazzjon unifikat u kif ukoll l-ewwel darba li kampjonat maġġuri kellu l-ismijiet tal-plejers imniżżlin fuq id-dahar tal-flokkijiet tal-istess plejers.

L-Euro 1996, li sar fl-Ingilterra, ra n-numru ta' timijiet jirdoppjaw għal 16. L-ospiti sfaw eliminati mill-Ġermanja bil-penalties, wara li kienu tilfu fit-Tazza tad-Dinja 1990 kontra l-istess Ġermanja. Dan tal-aħħar kompla fil-kompetizzjoni biex rebaħ 2-1 kontra r-Repubblika Ċeka, grazzi għall-ewwel gowl tad-deheb li sar f'kampjonat maġġuri, skurjat minn Oliver Bierhoff. Dan kien l-ewwel titlu tal-Ġermanja bħala nazzjon wieħed. L-edizzjoni tas-sena 2000 kien l-ewwel kampjonat li sar f'żewġ pajjiżi, l-Olanda u l-Belġju. Iċ-ċampjins tad-dinja ta' Franza kienu favoriti li jirbħu, u rnexxielhom jagħmlu dan meta rebħu lill-Italja 2-1 wara l-ħin supplementari, wara li kienu minn taħt 1-0: Sylvain Wiltord kiseb il-pari fl-aħħar minuta tal-partita u David Trezegeut skorja l-gowl tar-rebħa. Bħal fl-1992, l-Euro 2004 ġab diżappunt hekk kif il-Greċja, li qabel kienu kkwalifikaw biss għal edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja (1994) u edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej (1980), rebħu lill-ospiti tal-Portugall 1-0 f'finali drammatika (wara li kienu rebħulhom ukoll fil-partita tal-ftuħ) biex rebħu l-kampjonat b'sorpriża kbira. Fit-triq għall-finali huma rnexxielhom jirbħu lid-detenturi tat-tazza, Franza, kif ukoll lir-Repubblika Ċeka b'gowl tal-fidda, regola li ħadet post il-gowl tad-deheb fl-2003, qabel ma kienet abolita ftit wara l-kampjonat.

L-edizzjoni tal-2008, ospitata mill-Awstrija u l-Isvizzera hi t-tieni darba li żewġ nazzjonijiet ospitaw edizzjoni waħda. Din bdiet fis-7 ta' Ġunju u spiċċat fid-29 ta' Ġunju. Il-finali saret bejn il-Ġermanja u Spanja fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, u l-Ispanjoli ttrijonfaw għat-tieni darba f'din il-kompetizzjoni b'rebħa ta' 1-0.

Trofew

It-Trofew Henri Delaunay, li hu mogħti lit-tim rebbieħ tal-Kampjonat Ewropew, huwa taħt l-isem ta' Henri Delaunay li kien l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-UEFA u li ħareġ bl-idea tal-Kampjonat Ewropew, imma laħaq miet ħames snin qabel l-ewwel edizzjoni. It-tifel tiegħu Pierre Delaunay kien il-persuna li ħa ħsieb biex jagħmel it-trofew. Mill-ewwel kampjonat it-trofew kien ġie mogħti lit-tim rebbieħ biex iżommu sal-kampjonat ta' wara.

Għall-kampjonat tal-2008, it-trofew kien daqxejn mibdul, hekk kif issa sar ikbar. It-trofew, li hu magħmula mill-fidda sterlina, issa jiżen 8 kilogrammi u hu twil 60 ċm. Il-figura żgħira li kienet tidher fuq wara tat-trofew oriġinali ġiet imneħħija. Il-bażi tat-trofew kellu jiġi mkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa nkitbu fin-naħa ta' wara tat-trofew.

Format

Il-kompetizzjoni

Qabel l-1980, erba' timijiet biss setgħu jikkwalifikaw għall-kampjonat. Mill-1980 in-numru kiber għal tmienja waqt li fl-1996 il-kampjonat espanda biex minn dak iż-żmien sa issa, jilqa' sittax-il pajjiż. It-timijiet li jikkwalifikaw jiġu magħżula minn serje ta' logħob ta' kwalifikazzjoni: fl-1960 u fl-1964 permezz ta' play-off li tintlagħab ġewwa u barra il-pajjiż tat-timijiet; fl-1968 kemm permezz ta' play-offs u gruppi ta' kwalifikazzjoni.

Wara l-espansjoni tal-kampjonat finali mill-1980, il-pajjiż (jew pajjiżi) li jintagħżlu biex jospitaw il-kompetizzjoni kienu jikkwalifikaw awtomatikament. Iċ-ċampjin qatt ma kien ingħata post awtomatiku fil-fażi finali.

Il-futur

Edizzjonijiet futuri

Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Mappa tan-numru ta' apparenzi tal-pajjiżi

Nhar it-18 ta' April 2007, il-Polonja u l-Ukrajna ġew magħżula bħala l-ospiti tal-kompetizzjoni tas-sena 2012. Huma għelbu l-kompetizzjoni tal-favorita l-Italja, u l-Kroazja u l-Ungerija li ngħaqdu flimkien. Fl-2010, il-UEFA tiddeċiedi liema pajjiż se jospita l-Kampjonati Ewropej 2016. L-Iżvezja u n-Norveġja qed jippjanaw li jingħaqdu flimkien biex jospitaw flimkien il-kompetizzjoni, kif ukoll il-Galles, l-Irlanda u l-Iskozja. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-2008.

Kemm il-Bulgarija u r-Rumanija u r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja qed jikkonsidraw jospitawx l-edizzjoni tal-2020.

Espansjoni għal 24 tim

Hemm diskussjoni dwar jekk n-numru ta' pajjiżi li jikkwalifikaw għall-fażi finali jikber minn sittax għal erbgħa u għoxrin, minħabba n-numru ta' pajjiżi li ħarġu wara l-firda taċ-Ċekoslovakkja, il-Jugożlavja u l-Unjoni Sovjetika. Il-president attwali Michel Platini qabel mal-idea imma l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA formalment ċaħad l-idea ta' espansjoni fl-2012.[1]

Riżultati

Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1960
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Unjoni Sovjetika
2–1
ħs
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Jugożlavja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ċekoslovakkja
2–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Franza
1964
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Spanja Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Spanja
2–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Unjoni Sovjetika
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ungerija
3–1
ħs
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Danimarka
1968
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Italja
1–1 ħs
2–0 replay
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Jugożlavja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ingilterra
2–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Unjoni Sovjetika
1972
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja tal-Punent
3–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Unjoni Sovjetika
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Belġju
2–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ungerija
1976
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jugożlavja Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ċekoslovakkja
2–2 ħs
(5–3) pen
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja tal-Punent
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Netherlands
3–2
ħs
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Jugożlavja
1980
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja tal-Punent
2–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Belġju
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ċekoslovakkja
1–1
(9–8) pen
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Italja
Sena Ospitu Finali Semifinalisti telliefa (1)
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief
1984
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Franza
2–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Spanja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Danimarka u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall
1988
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja tal-Punent Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Netherlands
2–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Unjoni Sovjetika
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja tal-Punent
1992
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvezja Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Danimarka
2–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvezja
1996
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ingilterra Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja
2–1
gd
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Repubblika Ċeka
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ingilterra u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza
2000
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju u
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Pajjiżi l-Baxxi
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Franza
2–1
gd
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Italja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall
2004
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Greċja
1–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Portugall
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Repubblika Ċeka u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands
2008
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Awstrija u
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvizzera
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Spanja
1–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Ġermanja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Russja u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Turkija
2012
Dettalji
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Polonja u
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ukrajna
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Spanja
4–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Italja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja u Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall
1 L-ebda partita ma ntlagħbet għat-tielet post sal-1980; semifinalist telliefa huma mniżżla f'ordni alfabetiku.

Statistika

Rebbieħa u finalisti

Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Mappa tal-pajjiżi rebbieħa
Tim Titli Finalista telliefa
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja^ 3 (1972, 1980, 1996) 3 (1976, 1992, 2008)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Spanja 3 (1964*, 2008, 2012) 1 (1984)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza 2 (1984*, 2000) -
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Russja 1 (1960) 3 (1964, 1972, 1988)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Repubblika Ċeka 1 (1976) 1 (1996)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja 1 (1968*) 2 (2000, 2012)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands 1 (1988) -
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Danimarka 1 (1992) -
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Greċja 1 (2004) -
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jugożlavja - 2 (1960, 1968)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju - 1 (1980)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall - 1 (2004*)

Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti

Sena Nazzjon ospitu Fażi
1960 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza Raba' post
1964 [[Stampa:{{{flag alias-1939}}}|22x20px|border |ħolqa=]] Spanja Rebbieħa
1968 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja Rebbieħa
1972 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju Tielet post
1976 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jugożlavja Raba' post
1980 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja Raba' post
1984 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza Rebbieħa
1988 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja tal-Punent Semifinali
1992 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvezja Semifinali
1996 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ingilterra Semifinali
2000 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju
Semifinali
Fażi tal-gruppi
2004 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall Finalista tellief
2008 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Awstrija
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvizzera
Fażi tal-gruppi
Fażi tal-gruppi
2012 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Polonja
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ukrajna
Fażi tal-gruppi
Fażi tal-gruppi

L-aqwa skorers (ta' kull żmien)

Plejer Gowls
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Michel Platini 9
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Alan Shearer 7
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Thierry Henry
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Patrick Kluivert
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ruud van Nistelrooy
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Nuno Gomes
6
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Zinédine Zidane
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jürgen Klinsmann
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Milan Baroš
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Marco van Basten
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Savo Milošević
5

L-aqwa skorers (ta' kull edizzjoni)

Sena Plejer Gowls
1960 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  François Heutte
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Valentin Ivanov
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Viktor Ponedelnik
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Milan Galić
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Dražan Jerković
2
1964 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jesús María Pereda
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ferenc Bene
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Dezső Novák
2
1968 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Dragan Džajić 2
1972 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Gerd Müller 4
1976 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Dieter Müller 4
1980 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Klaus Allofs 3
1984 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Michel Platini 9
1988 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Marco van Basten 5
1992 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Henrik Larsen
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Karlheinz Riedle
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Dennis Bergkamp
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Tomas Brolin
3
1996 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Alan Shearer 5
2000 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Patrick Kluivert
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Savo Milošević
5
2004 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Milan Baroš 5
2008 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  David Villa 4
2012 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Mario Mandžukić
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Mario Gómez
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Mario Balotelli
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Cristiano Ronaldo
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Alan Dzagoev
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Fernando Torres
3

Tripletti

Tripletta issir meta plejer jiskorja tliet gowls jew aktar f'partita waħda. Imniżżla f'ordni kronoloġiku.

Plejer Riżultat Gowls Edizzjoni
Dieter Müller Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  4–2 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  82', 115', 119' 1976
Klaus Allofs Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  3–2 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  20', 60', 65' 1980
Michel Platini Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  5–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  4', 74', 89' 1984
Michel Platini Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  3–2 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  59', 62', 77' 1984
Marco van Basten Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  3–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  44', 71', 75' 1988
Sérgio Conceição Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  3–0 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  35', 54', 71' 2000
Patrick Kluivert Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  6–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  24', 38', 54' 2000
David Villa Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  4–1 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  20', 44', 75' 2008

L-aktar edizzjonijiet parteċipanti

App. Plejer Edizzjonijiet
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Lothar Matthäus 1980, 1984, 1988, 2000
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Peter Schmeichel 1988, 1992, 1996, 2000
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Aron Winter 1988, 1992, 1996, 2000
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Lilian Thuram 1996, 2000, 2004, 2008
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Edwin van der Sar 1996, 2000, 2004, 2008
4 Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Alessandro Del Piero 1996, 2000, 2004, 2008

Nazzjonijiet parteċipanti

Kampjonati Ewropej Tal-Futbol 
Mappa tan-numru ta' parteċipazzjonijiet tal-pajjiż

10 darbiet

9 darbiet

8 darbiet

7 darbiet

5 darbiet

4 darbiet

 

3 darbiet

darbtejn

darba

 

1:Tinkludi 5 apparenzi bħal Ġermanja tal-Punent

2:Tinkludi 6 apparenzi bħala l-Unjoni Sovjetika u 1 bħala l-Komunità tal-Istati Indipendenti

3:Tinkludi 3 apparenzi bħala ċ-Ċekoslovakkja

Statisika ġenerali

Tim L R P T GF GK DG
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja tal-Punent (1960-1988)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ġermanja (mill-1992)
38 19 10 9 55 39 +16
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Netherlands 32 17 8 7 55 32 +23
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Franza 28 14 7 7 46 34 +12
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Spanja 30 13 9 8 38 31 +7
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Portugall 23 12 4 7 34 22 +12
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Italja 27 11 12 4 27 18 +9
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ċekoslovakkja (1960-1980)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Repubblika Ċeka (mill-1996)
25 11 5 9 36 32 +4
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Unjoni Sovjetika (1960-1988)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  CIS (1992)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Russja (mill-1996)
27 11 5 11 31 36 −5
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ingilterra 23 7 7 9 31 28 +3
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Danimarka 24 6 6 12 26 38 −12
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Kroazja 11 5 3 3 14 13 +1
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvezja 14 4 5 5 19 16 +3
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Greċja 12 4 2 6 9 13 −4
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Belġju 12 4 2 6 13 20 −7
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Turkija 12 3 2 7 11 18 −7
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jugożlavja (1960-1984)
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Jugożlavja (2000)
14 3 2 9 22 39 −17
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Skozja 6 2 1 3 4 5 −1
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Rumanija 13 1 4 8 8 17 −9
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Żvizzera 9 1 2 6 5 13 −8
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Irlanda 3 1 1 1 2 2 0
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Norveġja 3 1 1 1 1 1 0
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Bulgarija 6 1 1 4 4 13 −9
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Ungerija 4 1 0 3 5 6 −1
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Slovenja 3 0 2 1 4 5 −1
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Polonja 3 0 1 2 1 4 −3
Kampjonati Ewropej Tal-Futbol  Latvja 3 0 1 2 1 5 −4

L-aħħar aġġornament: 20 ta' Mejju 2013‎.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Kampjonati Ewropej Tal-Futbol StorjaKampjonati Ewropej Tal-Futbol TrofewKampjonati Ewropej Tal-Futbol FormatKampjonati Ewropej Tal-Futbol Il-futurKampjonati Ewropej Tal-Futbol RiżultatiKampjonati Ewropej Tal-Futbol StatistikaKampjonati Ewropej Tal-Futbol Nazzjonijiet parteċipantiKampjonati Ewropej Tal-Futbol Statisika ġeneraliKampjonati Ewropej Tal-Futbol ReferenziKampjonati Ewropej Tal-Futbol Ħoloq esterniKampjonati Ewropej Tal-FutbolEwropaFutbolLista tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġielTazza tad-Dinja tal-FutbolTazza tal-KonfederazzjonijietUEFA

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Inkwiżizzjoni SpanjolaLibanuLe HavreĠeometrijaPrinċep Philip, Duka ta' EdinburguDeżert ta' LutMalawiDivorzjuVjetnamGiovanni Paolo LascarisOrdni ta' San ĠwannMahathir MohamadPanamaL-IslaVirġiljuFrarFelix MendelssohnArabja SawdijaKorea ta' FuqĠan Anton VassalloStorja ta' MaltaBaha'iTanżanijaNapuljun I ta' FranzaOtto von BismarckItaljaDrittGuglielmo MarconiIż-ŻurrieqIkħalVladimir PutinIżraelAbout-urlMiriam Spiteri DebonoClaude Joseph Rouget de LisleMostaAwstrijaIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemBibbjaSydneyJum il-Ħelsien (Malta)Torri tad-DwejraMontenegroSierra LeoneBelt kapitaliMalala YousafzaiBarbadosWilliam ShakespeareGħidMediaWikisj2gqMaltinLista ta' baned f'MaltaLeninTurkmenistan🡆 More