Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja irrapreżenta lill-Jugożlavja fil-futbol internazzjonali bejn l-1920 u l-1992, inkluż bejn l-1920 u l-1929 meta l-isem uffiċjali tal-pajjiż kien ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni.

Jugożlavja
Jugożlavja
Psewdonimu Plavi (Il-Koħol)
Assoċjazzjoni Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Jugożlavja
Rekord ta' preżenzi Dragan Džajić (85)
Rekord ta' gowls Stjepan Bobek (38)
Stadju prinċipali Rajko Mitić Stadium
Kodiċi tal-FIFA YUG
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
L-ewwel kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
It-tieni kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
It-tielet kulur
L-ewwel logħba
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Ċekoslovakkja 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni Renju tal-Jugożlavja
(Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920)
L-aħħar logħba
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Netherlands 2–0 Jugożlavja Jugożlavja
(Amsterdam, Netherlands; 25 ta' Marzu 1992)
L-ikbar rebħa
Jugożlavja Jugożlavja 10–0 Veneżwela Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja
(Curitiba, Brażil; 14 ta' Ġunju 1972)
L-ikbar telfa
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Ċekoslovakkja 7–1 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni Renju tal-Jugożlavja
(Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920)
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Urugwaj 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni Renju tal-Jugożlavja
(Pariġi, Franza; 26 ta' Mejju 1924)
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Ċekoslovakkja 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni Renju tal-Jugożlavja
(Praga, Ċekoslovakkja; 28 ta' Ottubru 1925)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 8 (l-ewwel fl-1930)
L-aqwa riżultat Ir-raba' post (1930, 1962)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 4 (l-ewwel fl-1960)
L-aqwa riżultat Finalisti telliefa (1960, 1968)

Minkejja qatt ma rebħu titlu uffiċjali, il-Jugożlavja kisbet riżultati pożittivi, fosthom darbtejn it-tieni fil-Kampjonati Ewropej, darbtejn ir-raba' fit-Tazza tad-Dinja u darba finalista fit-turnew Olimpiku. Fl-aħħar sena li kienet attiva, fl-1992, minkejja li kienet kisbet kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' dik is-sena, il-Jugożlavja ġiet eskluża wara deċiżjoni meħuda mill-FIFA u l-UEFA minħabba s-sanzjonijiet attwali imposti mill-Ġnus Magħquda.

It-tim nazzjonali tas-Serbja ħa post il-Jugożlavja fil-FIFA u l-UEFA, u huwa kkunsidrat bħala s-suċċessur tal-Jugożlavja (u s-Serbja u Montenegro) miż-żewġ organizzazzjonijiet.

Storja

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja 
Selezzjoni ta' plejers Jugożlavi li ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1930.

Il-Jugożlavja lagħbet l-ewwel logħba fit-28 ta' Awwissu 1920 fil-Belġju, f'telfa ta' 7–0 kontra ċ-Ċekoslovakkja. Ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bit-tim ikun l-iżgħar fost il-parteċipanti kollha b'età medja ta' 22 sena. Fil-fażi tal-gruppi huma għelbu lill-Brażil u 'l-Bolivja sabiex iffissaw il-konfront fis-semifinali kontra l-Urugwaj. Madanakollu, l-Urugwaj urew is-saħħa tagħhom u ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 6–1 u eventwalment rebħu l-kompetizzjoni. Il-FIFA poġġiet lill-Jugożlavja fir-raba' post minkejja li ma kienx hemm logħba ta' spareġġ għat-tielet post kontra l-Istati Uniti minħabba li l-Amerikani kellhom differenza ta' gowls aħjar.

Fl-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, fl-1960, il-Jugożlavja eliminat fis-semifinali lil Franza bi skor ta' 5–4. Fil-finali kontra l-Unjoni Sovjetika, il-Jugożlavja marret fil-vantaġġ b'gowl ta' Milan Galić qabel tmiem l-ewwel taqsima, però s-Sovjetiċi sabu żewġ gowls mingħand Slava Metreveli u Viktor Ponedelnik biex kisbu dan it-trofew. Fl-istess sena, it-tim nazzjonali ħa sehem fl-Olimpjadi ta' Ruma. Wara d-diżappunt fit-tliet edizzjonijiet preċedenti, fejn kienu dejjem spiċċaw finalisti telliefa, din id-darba huma kisbu l-midalja ta-deheb b'rebħa ta' 3–1 fuq id-Danimarka.

Fil-Kampjonati Ewropej tal-1968, il-Jugożlavja reġgħet waslet qrib li tikseb it-trijonf mixtieq. Wara l-eliminazzjoni tal-Ġermanja tal-Punent u Franza, fis-semifinali l-Jugożlavi għelbu lill-Ingilterra 1–0, b'gowl deċiżiv ta' Dragan Džajić. Fil-finali tat-8 ta' Ġunju huma affrontaw lill-Italja, mingħajr il-preżenza ta' Ivica Osim li kien it-tmun tat-tim, minħabba li kien weġġa' fis-semifinali. Džajić poġġa fil-vantaġġ lill-Jugożlavi, imma t-Taljani ġabu l-gowl tad-dro minn Angelo Domenghini. Wara li l-ħin barrani żamm l-iskor indaqs, logħba oħra kellha tintlagħab. Din id-darba t-Taljani kienu aktar deċiżivi u żewġ gowls minn Gigi Riva u Pietro Anastasi taw l-ewwel titlu Ewropew lill-Italja.

Wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja tal-1974 kontra l-Ġermanja tal-Punent, il-Jugożlavja ospitat il-fażi finali tal-Euro 1976 u kisbet ir-raba' post. Fis-semifinali kontra l-Ġermaniżi wara dro ta' 2–2 fil-ħin normali, huma sofrew żewġ gowls fl-aħħar minuti minn Dieter Müller biex tilfu 4–2. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, in-Netherlands rebħu l-logħba 3–2.

Is-snin tmenin u disgħin kienu snin diffiċli għall-Jugożlavja. Bejn l-1978 u l-1992 ħadu sehem biss f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u waħda tal-Kampjonati Ewropej, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fit-Tazza tad-Dinja tal-1990. Wara telfa fl-ewwel logħba kontra l-Ġermanja tal-Punent, huma ġabu żewġ rebħiet kontra l-Kolombja u l-Emirati Għarab Magħquda u spiċċaw fit-tieni post. Fir-rawnd tal-aħħar sittax eliminaw fil-ħin barrani lil Spanja b'doppjetta ta' Dragan Stojković. Fil-kwarti tal-finali ltaqgħu mal-Arġentina. Il-Jugożlavja soffriet it-tkeċċija ta' Refik Šabanadžović wara nofs siegħa logħob, però rnexxielha żżomm sal-għoti tal-penalties fejn is-Sud-Amerikani ħarġu rebbieħa 3–2.

Minkejja li kienet ikkwalifikat għall-Kampjonati Ewropej tal-1992, fir-rebbiegħa qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, il-Jugożlavja ġiet eskluża mill-kompetizzjonijiet kollha internazzjonali organizzati mill-FIFA u l-UEFA kawża tal-gwerra li faqqgħet wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tar-repubbliki tas-Slovenja, il-Kroazja, il-Maċedonja u l-Bożnija u Ħerżegovina. Post il-Jugożlavja fil-Kampjonatii Ewropej ħaditu d-Danimarka li rnexxielha tirbaħ it-titlu. L-aħħar logħba taħt il-bandiera Jugożlava saret fil-25 ta' Marzu 1992 kontra n-Netherlands f'telfa ta' 2–0.

Suċċessuri

Bħala riżultat tal-qasma tal-Jugożlavja fl-1992, twieldu t-timijiet suċċessivi:

  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Bosnja-Ħerzegovina (1996–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Kosovo (2016–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Kroazja (1992–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Maċedonja ta' Fuq (1994–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Montenegro (2007–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Serbja (1992–preżent)
  • Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  Slovenja (1992–preżent)

Rekord kompetittiv

Tazza tad-Dinja

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1930 Ir-raba' post 4 3 2 0 1 7 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1934 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1938
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1950 Fażi tal-gruppi 5 3 2 0 1 7 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1954 Kwarti tal-finali 7 3 1 1 1 2 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1958 Kwarti tal-finali 5 4 1 2 1 7 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1962 Ir-raba' post 4 6 3 0 3 10 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1966 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1970
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1974 It-tieni fażi tal-gruppi 7 6 1 2 3 12 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1978 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1982 Fażi tal-gruppi 16 3 1 1 1 2 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1986 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1990 Kwarti tal-finali 5 5 3 1 1 8 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1994 Ipprojbiti
Total Ir-raba' post 8/15 33 14 7 12 55 42

Kampjonati Ewropej

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1960 Finalisti telliefa 2 2 1 0 1 6 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1964 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1968 Finalisti telliefa 2 3 1 1 1 2 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1972 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1976 Ir-raba' post 4 2 0 0 2 4 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1980 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1984 Fażi tal-gruppi 8 3 0 0 3 2 10
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1988 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja  1992 Ipprojbiti
Total Finalisti telliefa 4/9 10 2 1 7 14 26

Noti

Referenzi

Ħoloq esterni

This article uses material from the Wikipedia Malti article Tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.

Tags:

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja StorjaTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja SuċċessuriTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Rekord kompetittivTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja NotiTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja ReferenziTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Jugożlavja Ħoloq esterniTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-JugożlavjaFutbol

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Ġnus MagħqudaFestival tal-Eurovision 2020Haley BugejaLeonardo da VinciSit ta' Wirt DinjiĦal TarxienLingwa IngliżaIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemArabja SawdijaLumijaCharles DarwinPremier League Malti 1914–15MewtMalala YousafzaiEwroMahatma GandhiIndoewropewĠuvniPalazz tal-Gran MastruPapa Ġwanni Pawlu IIFacebookEfesuFlora ta' MaltaSan GejtanuFrarArmenjaLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-LitwanjaPapa FranġiskuRużar BriffaSengħaSão Tomé u PríncipeRafahMoskaŻona tal-ħinPajjiżi tad-dinjaArnold CassolaLingwa FranċiżaĦamrun Spartans FCTaġikistanBaqra tal-baħarSanta MarijaCuraçaoTuneżijaBibbjaKelbAsjaNovembruNepalEdukazzjoniCarmel G. CauchiNitroġenuJum l-Indipendenza (Malta)ĊipruFilippiniKristjaneżmuStorja ta' MaltaYouTubeWiki CommonsTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexRomantiċiżmuĦong KongMarsiljaŻvizzeraBurgenlandPiero AngelaAssur🡆 More