Uefa

L-Unjoni tal-Assoċjazzjoniet tal-Futbol Ewropew (bl-Ingliż: The Union of European Football Associations), hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol Ewropew.

Ħafna drabi tiġi riferuta bl-akronimu tagħa UEFA (pronunzjata /juˈeɪ̪fə/).

Union of European Football Associations
Uefa
Uefa
Membri tal-UEFA huma kkuluriti bluni
Formazzjoni 15 ta' Ġunju, 1954
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali Żvizzera Nyon, Żvizzera
Sħubija 53 assoċjazzjoni membru
Lingwi uffiċjali Ingliż, Franċiż u Ġermaniż
President Michel Platini
Sit elettroniku www.uefa.com

Il-UEFA tirrapreżenta l-assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol tal-Ewropa, fejn tieħu ħsieb il-kompetizzjonijiet fuq bażi nazzjonali u dawk tal-klabbs madwar l-Ewropa kollha u tieħu ħsieb il-flus regalati, ir-regoli u d-drittijiet tal-istampa ta' dawn il-kompetizzjoniet. Diversi assoċjazzjoniet nazzjonali tal-futbol li ġeografikament jagħmlu mal-Asja huma msieħba mal-UEFA minflok fiż-Żona Ażjatika. Dawn jinkludu l-Armenja, il-Ġeorġja, il-Każakistan, it-Turkija, l-Iżrael, Ċipru, ir-Russja u l-Ażerbajġan (l-Iżrael u l-Każakistan kienu qabel membri tal-AFC). Ċipru għażlu li jkunu meqjusa bħala nazzjon tal-futbol Ewropew — dan kellu l-għażla tal-Ewropa, l-Asja jew l-Afrika.

Din l-assoċjazzjoni hi waħda mill-ikbar konfederazzjonijiet tal-futbol tal-FIFA. Mill-konfederazzjonijiet kollha, din l-assoċjazzjoni hi l-aktar b'saħħitha f'dak li jirrigwarda rikkezza u influwenza fuq il-logħba. Virtwalment kważi kull plejer ta' klassi jinsab jilgħab fl-aqwa kampjonati tal-Ewropa u dan minħabba tal-paga tajba li jingħataw mill-aktar klabbs tal-futbol sinjuri, partikularment fl-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja. Ħafna mit-timijiet nazzjonali l-aktar b'saħħithom fid-dinja jinsabu fil-UEFA. Mit-32 tim li daħal għat-Tazza tad-Dinja 2006, erbatax kienu allokati għat-timijiet tal-UEFA, u s'issa fl-ewwel għoxrin post tal-klassifika mondjali tal-FIFA insibu erbatax-il tim Ewropew.

Il-UEFA ġiet imwaqqfa fil-15 ta' Ġunju 1954 ġewwa Bażel, l-Iżvizzera wara diskussjoni bejn l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Franċiża, Taljana u Belġjana. Il-kwartieri ġenerali kienu jinstabu f'Pariġi sal-1959 meta l-organizzazzjoni mxiet lejn Bern. L-ewwel Segretarju Ġenerali kien Henri Delaunay u Ebbe Schwarts kien l-ewwel president. Iċ-ċentru amministrattiv ilu miftuħ sa mill-1995 u jinsab f'Nyon, l-Iżvizzera. Fil-bidu kienet magħmula minn 25 assoċjazzjoni nazzjonali, iżda illum insibu fiha 53 assoċjazzjoni.

Il-president kurrenti tal-UEFA hu Michel Platini.

Segretarji Ġenerali tal-UEFA

  • Uefa  Henri Delaunay (1954–1955)
  • Uefa  Pierre Delaunay (1955–1960)
  • Uefa  Hans Bangerter (1960–1989)
  • Uefa  Gerhard Aigner (1989–2003)
  • Uefa  Lars–Christer Olsson (2003–2007)
  • Uefa  Gianni Infantino (2007)
  • Uefa  David Taylor (2007– )

Presidenti tal-UEFA

  • Uefa  Ebbe Schwartz (1954–1962)
  • Uefa  Gustav Wiederkehr (1962–1972)
  • Uefa  Artemio Franchi (1972–1983)
  • Uefa  Jacques Georges (1983–1990)
  • Uefa  Lennart Johansson (1990–2007)
  • Uefa  Michel Platini (2007– )

Timijiet nazzjonali

Bħalissa l-UEFA għandha f'idejha 53 pajjiż, li parti minnhom inqasmu minn pajjiżi oħra jew ingħaqdu ma' din il-konfederazzjoni:

1: L-Iżrael kien jagħmel parti mill-AFC bejn l-1972 u l-1994. Fl-1994 ingħaqad mal-UEFA
2: Il-Każakistan kien jagħmel parti mill-AFC. Fl-2002 ingħaqad mal-UEFA

Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja

17-il darba

13-il darba

11-il darba

9 darbiet

 

8 darbiet

7 darbiet

4 darbiet

  • Uefa  Portugall

3 darbiet

 

darbtejn

darba

1: Ir-rekords tal-Ġermanja jinkludu 10 apparenzi taħt Uefa  il-Ġermanja tal-Punent
2: Ir-rekords tas-Serbja jinkludu 9 apparenzi taħt Uefa  il-RFS tal-Jugożlavja, 9 taħt Uefa  ir-RF tal-Jugożlavja, u 1 taħt Uefa  is-Serbja u Montenegro
3: Ir-rekords tar-Repubblika Ċeka jinkludu 8 apparenzi taħt Uefa  iċ-Ċekoslovakkja
4: Ir-rekords tar-Russja jinkludu 7 apparenzi taħt Uefa  l-Unjoni Sovjetika
5: L-Iżrael għamel apparenza taħt iż-Żona Ażjatika

  • Nota: Il-FIFA ikkunsidrat lill-Ġermanja bħala l-eredi tar-rekords tal-Ġermanja tal-Punent. L-istess kien għas-Serbja (Serbja u Montenegro, u Jugożlavja); għar-Repubblika Ċeka (Ċekoslovakkja); u għar-Russja (Unjoni Sovjetika).
  • Il-Montenegro applikat biex tingħaqad mal-UEFA u l-FIFA fit-30 ta' Ġunju 2006. Ingħaqdet mal-UEFA fis-26 ta' Jannar 2007, u mal-FIFA fil-31 ta' Mejju 2007.

Ara wkoll

Ħoloq esterni

Tags:

Uefa Segretarji Ġenerali tal-UEFAUefa Presidenti tal-UEFAUefa Timijiet nazzjonaliUefa Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-DinjaUefa Ara wkollUefa Ħoloq esterniUefaEwropaFutbolLingwa Ingliża

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

San GejtanuArabja SawdijaMalażjaKlara ta' AssisiMahathir MohamadGrammaFariżejGanaAwstrijaSan Franġisk t'AssisiAssedju ta' MaltaEl SalvadorIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemPrinċep Philip, Duka ta' EdinburguLumijaFurnarUnjoni EwropeaĦadidMontenegroNeymarĠermanjaNiġerjaŻvizzeraCarmel G. CauchiH. G. WellsRussjaBakuWilliam ShakespearePariġiWikiL-ImsidaAssurSevero OchoaL-Imdina2024 fil-mużika ta' MaltaMemorial DayKimikaĠnus MagħqudaOrdni ta' San ĠwannL-Amerika ta' FuqKorea ta' FuqXjenzi soċjaliSingaporĠuvniWied WirdienJuan Antonio VillacañasJohn DalliTransnistrijaNew ZealandBenito MussoliniAbout-urlIr-Rabat (Malta)ĠinevraKnisja tal-Madonna ta' HodegitriaMġarrĦġieġGrammatika MaltijaLibjaVjennaKultura🡆 More