Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka

It-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi mill-Českomoravský fotbalový svaz.

Repubblika Ċeka
Assoċjazzjoni Českomoravský fotbalový svaz
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Repubblika Ċeka Michal Bílek
Kaptan Tomáš Rosický
Stadju prinċipali AXA Arena
Na Stínadlech
Stadion Eden
Kodiċi tal-FIFA CZE
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
L-ewwel kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
It-tieni kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka
2014

Storja

Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boemja (ir-Repubblika Ċeka tal-lum), meta kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija, huma lagħbu seba' partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra. Il-Boemja lagħbet ukoll partita kontra l-Jugożlavja, Osmark u l-Ġermanja fl-1939, waqt li kienet il-Protettorat tal-Boemja u l-Moravja.

Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976.

Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, it-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka ġie ffurmat, u huma lagħbu l-ewwel logħba barra minn darhom kontra t-Turkija fl-1994, fejn rebħu 4–1. L-ewwel partita ġewwa darhom kienet kontra l-Litwanja f'Ostrava, fejn irreġistraw rebħa ta' 5–3.

L-ewwel partita kompetittiva waslet kontra Malta fejn ġewwa Ostrava rebħu bl-iskor ta' 6–1. Fil-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 1996, ir-Repubblika Ċeka rebħet Grupp 5 quddiem il-favoriti tal-Olanda, b'total ta' sitt rebħiet, tliet pari u telfa imbarazzanti kontra l-Lussemburgu. Fil-fażi finali, li sar ġewwa l-Ingilterra, iċ-Ċeki għaddew mill-fażi tal-gruppi, minkejja telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Ġermanja. Il-forma pożittiva tagħhom kompliet sejra u waslu sal-finali fejn tilfu 2–1 kontra l-Ġermaniżi.

Il-finali tal-1996, poġġiet liċ-Ċeki favoriti li jaqtgħu l-passaġġ għat-Tazza tad-Dinja 1998. Madanakollu, spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom, taħt Spanja u l-Jugożlavja.

Madanakollu, huma mal-ewwel pattew għal dan in-nuqqas billi kkwalifikaw għall-Euro 2000, fejn rebħu l-għaxar partiti tal-grupp. It-tim, madanakollu, falla li juri l-aħjar logħob tiegħu, fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi wara rebħa waħda biss. Għal darb'oħra, iċ-Ċeki naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, din id-darba jispiċċaw it-tieni fil-grupp wara d-Danimarka, u jiġu megħluba 1–0 u 0–1 mill-Belġju fil-partita ta' spareġġ għal post fil-finali.

Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 huma għaddew għar-rawnd finali meta spiċċaw quddiem l-Olanda, u l-uniku punti li tilfu kienu fil-pari ta' 1–1 kontra l-Oranje. Fil-fażi finali, iċ-Ċeki waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba finalment mill-Greċja, li kellha tirbaħ dik l-edizzjoni.

Is-sena 2006 fissret l-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn ikkwalifikaw grazzi għal żewġ rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq in-Norveġja fil-partiti ta' spareġġ. Ġewwa l-Ġermanja, huma kienu mistennija li jgaddu għar-rawnd suċċessiv wara rebħa konvinċenti ta' 3–0 fuq l-Istati Uniti, però telfiet ta' 2–0 kontra l-Gana u l-Italja fissru li l-pjanijiet tagħhom għal passaġġ fir-rawnd li jmiss sfumaw.

Il-kampanja deludenti tat-Tazza tad-Dinja wasslet għal kampanja ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 bl-unuri, fejn spiċċaw l-ewwel fil-grupp, quddiem il-Ġermanja. Iċ-Ċeki fl-ewwel logħba rebħu lill-ospiti tal-kompetizzjoni, l-Iżvizzera, 1–0, qabel ma tilfu 3–1 kontra l-Portugall. L-aħħar logħba kienet waħda deċiżiva kontra t-Turkija hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qed jiġġieldu għal post fil-fażi li jmiss. Iċ-Ċeki bnew vantaġġ ta' 2–0 wara siegħa logħob u meta deher li kienu huma li se jkomplu fil-kompetizzjoni, it-Turkija għamlu rimonta impressjonati fejn fi kwarta skorjaw tliet gowls u rebħu 3–2, biex eliminaw lir-Repubblika Ċeka u temmet l-esperjenza internazzjonali tal-kowċ Karel Brückner.

Wara l-falliment fil-Kampjonati Ewropej, l-attenzjoni reġgħet irritornat fuq it-Tazza tad-Dinja, fejn iċ-Ċeki ttellgħu fi Grupp 3. Huma bdew il-kampjonat b'pari ta' 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq, li kienet segwita minn prestazzjoni deludenti kontra l-Polonja li sarrfet f'telfa ta' 2–1. Il-prestazzjonijiet ftit li xejn tjiebu fejn kellhom jitħabtu biex jegħlbu 1–0 lis-Slovenja, u rebħa oħra sofferta kontra San Marino, u pari ta' mingħajr gowls kontra s-Slovenja. Il-partita segwenti, telfa ta' 2–1 ġewwa darhom kontra l-ġiriena tas-Slovakkja fissret l-aħħar partita ta' Petr Rada man-nazzjonal u poġġiet liċ-Ċeki f'pożizzjoni kritika. Ivan Hašek ħa l-presidenza tal-federazzjoni Ċeka u tat-tim taħt idejh, fejn l-affarijiet tjiebu xi ftit b'pari barra minn darhom kontra s-Slovakkja u reħba kbira ta' 7–0 fuq San Marino. Huma marru għall-partita ta' qabel tal-aħħar bil-ħsieb li jirbħu kontra l-Pollakki, u s-Slovakkja ma titlifx kontra s-Sloveni. Minkejja li huma rnexxielhom jagħmlu dan, is-Slovakki tilfu 2–0, li fissret li San Marino kellhom iżommu lil San Marino sabiex jagħtu ċans liċ-Ċeki għall-play-offs. Ir-Repubblika Ċeka raw il-ħolm tagħhom jisfuma meta spiċċaw 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq u ġew miċħuda miċ-ċans ta' post fil-finali.

Skwadra attwali

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Petr Čech 20 ta' Mejju 1982 (1982-05-20) (41 sena) 72 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Chelsea
16 1G Michal Daněk 6 ta' Lulju 1983 (1983-07-06) (40 sena) 0 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Viktoria Plzeň
23 1G Jan Laštůvka 7 ta' Lulju 1982 (1982-07-07) (41 sena) 0 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  FC Dnipro Dnipropetrovsk
2D Ondřej Mazuch 15 ta' Marzu 1989 (1989-03-15) (35 sena) 1 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  R.S.C. Anderlecht
2 2D Ondřej Kušnír 5 ta' April 1984 (1984-04-05) (40 sena) 3 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Sparta Prague
18 2D David Limberský 6 ta' Ottubru 1983 (1983-10-06) (40 sena) 4 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  FC Viktoria Plzeň
17 2D Tomáš Hübschman 4 ta' Settembru 1981 (1981-09-04) (42 sena) 27 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Shakhtar Donetsk
2D Roman Hubník 6 ta' Ġunju 1984 (1984-06-06) (39 sena) 6 1 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Hertha BSC
6 2D Tomáš Sivok 15 ta' Settembru 1983 (1983-09-15) (40 sena) 11 1 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Beşiktaş
13 3M Jaroslav Plašil 5 ta' Jannar 1982 (1982-01-05) (42 sena) 53 4 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Bordeaux
8 3M Jan Polák 14 ta' Marzu 1981 (1981-03-14) (43 sena) 49 7 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Anderlecht
19 3M Jan Morávek 1 ta' Novembru 1989 (1989-11-01) (34 sena) 2 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Schalke
12 3M Mario Holek 28 ta' Ottubru 1986 (1986-10-28) (37 sena) 3 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Dnipro Dnipropetrovsk
21 3M Jaroslav Černý 26 ta' Ġunju 1979 (1979-06-26) (44 sena) 2 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  SK Slavia Prague
4 3M Milan Černý 16 ta' Marzu 1988 (1988-03-16) (36 sena) 2 1 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  SK Slavia Prague
7 3M Libor Sionko 1 ta' Frar 1977 (1977-02-01) (47 sena) 35 8 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Sparta Prague
11 3M Daniel Pudil 27 ta' Settembru 1985 (1985-09-27) (38 sena) 10 2 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Racing Genk
5 3M Jan Rajnoch 30 ta' Settembru 1981 (1981-09-30) (42 sena) 6 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Ankaragücü
14 3M Rudolf Skácel 17 ta' Lulju 1979 (1979-07-17) (44 sena) 6 1 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Larissa
4A Adam Hloušek 20 ta' Diċembru 1988 (1988-12-20) (35 sena) 3 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Slavia Prague
10 4A Tomáš Pekhart 26 ta' Mejju 1989 (1989-05-26) (34 sena) 1 0 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  FK Baumit Jablonec
20 4A David Lafata 18 ta' Settembru 1981 (1981-09-18) (42 sena) 8 2 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  FK Baumit Jablonec
9 4A Tomáš Necid 13 ta' Awwissu 1989 (1989-08-13) (34 sena) 14 5 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  CSKA Moscow
4A Václav Svěrkoš 1 ta' Novembru 1983 (1983-11-01) (40 sena) 10 3 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Sochaux
15 4A Martin Fenin 16 ta' April 1987 (1987-04-16) (37 sena) 12 2 Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka  Eintracht Frankfurt

Rekord fil-kampjonat il-kbar

Tazza tad-Dinja

Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja

  • 1998 – Ma kkwalifikatx
  • 2002 – Ma kkwalifikatx
  • 2006 – L-ewwel rawnd
  • 2010 – Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej

Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja

  • 1996 – It-tieni post
  • 2000 – L-ewwel rawnd
  • 2004 – It-tielet post
  • 2008 – L-ewwel rawnd

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

  • 1992 – Ma kkwalifikatx
  • 1995 – Ma kkwalifikatx
  • 1997 – It-tielet post
  • 1999 – Ma kkwalifikatx
  • 2001 – Ma kkwalifikatx
  • 2003 – Ma kkwalifikatx
  • 2005 – Ma kkwalifikatx
  • 2009 – Ma kkwalifikatx

Ħoloq esterni

Tags:

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka StorjaTim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka Skwadra attwaliTim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka Rekord fil-kampjonat il-kbarTim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika Ċeka Ħoloq esterniTim Nazzjonali Tal-Futbol Tar-Repubblika ĊekaFutbolRepubblika Ċeka

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

MalarjaEnriku VIII tal-IngilterraJimmy WalesLibanuVallettaPartit Nazzjonalista (Malta)BingĠibiltà2007Alleati tat-Tieni Gwerra DinjijaDrittSandra MondainiReliġjon f'MaltaAssedju ta' Malta (1565)Gżejjer PitcairnTorri EiffelXjenza NaturaliTaġikistanTony CamilleriSannatStati UnitiRenju UnitYouTubeDublinManwel DimechKerċemŻvezjaFC Dinamo MinskĦal GħaxaqGalileo GalileiItaljaAwstraljaLingwa UrduNovialKitba jeratikaSit ta' Wirt DinjiAnnimalKristjaneżmuRaħal ĠdidXewkijaWikispeċiDinosawruWikotbaSan ĠużeppAwwissuBenito MussoliniĠgantijaBotswanaRumaMata HariDun Karm PsailaArġentier (tad-deheb)ĠeorġjaPlutone (mitoloġija)NiġerjaGöbekli TepeBolla postaliOrganizzazzjoni Dinjija tas-SaħħaTitanBaskitbolGiuseppe CalìPornografijaSataniżmuBormlaM.U.S.E.U.M.🡆 More