Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti jirrappreżenta lill-Istati Uniti fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol.

It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Amerikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.

Stati Uniti
Stati Uniti
Psewdonimu The Stars and Stripes, The Yanks
Assoċjazzjoni United States Soccer Federation (USSF)
Konfederazzjoni CONCACAF
Kowċ Gregg Berhalter
Rekord ta' preżenzi Cobi Jones (164)
Rekord ta' gowls Clint Dempsey
Landon Donovan (57)
Kodiċi tal-FIFA USA
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
L-ewwel kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 14 (Ġunju 2022)
L-ogħla 4 (April 2006)
L-inqas 35 (Lulju 2012)
L-ewwel logħba
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti Żvezja 2–3 Stati Uniti Stati Uniti
(Stokkolma, Żvezja; 20 ta' Awwissu 1916)
L-ikbar rebħa
Stati Uniti Stati Uniti 8–0 Barbados Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti
(Carson, Stati Uniti; 15 ta' Ġunju 2008)
L-ikbar telfa
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti Norveġja 11–0 Stati Uniti Stati Uniti
(Oslo, Norveġja; 6 ta' Awwissu 1948)

It-tim ipparteċipa fi ħdax-il Tazza tad-Dinja, inkluż l-ewwel edizzjoni tal-1930 fejn waslu sas-semifinali. Wara l-edizzjoni tal-1950, l-Istati Uniti ma reġgħux ikkwalifikaw sal-1990. L-edizzjoni tal-1994 ġiet ospitata mill-Istati Uniti għall-ewwel darba, f'kompetizzjoni li rathom jinqalgħu barra fir-rawnd tal-aħħar sittax mir-rebbieħa eventawali tal-Brażil.

Minbarra kompetizzjonijiet internazzjonali, l-Istati Uniti tikkompeti wkoll f'kampjonati kontinentali fosthom il-CONCACAF Gold Cup, il-CONCACAF Nations League u l-Copa América. L-Amerikani rebħu seba' edizzjonijiet tal-Gold Cup u l-edizzjoni inawgurali tan-Nations League.

Storja

L-ewwel snin

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti 
Il-formazzjoni tal-Istati Uniti fil-logħba kontra l-Iżvezja fl-1916.

L-ewwel tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti ġie magħżul fl-1885 għal logħba kontra l-Kanada, fl-ewwel logħba internazzjonali li qatt intlagħbet barra r-Renju Unit; il-Kanada rebħu 1–0 lill-Istati Uniti. L-ewwel logħba uffiċjali waslet fl-20 ta' Awwissu 1916 kontra l-Iżvezja, li l-Amerikani rebħu 3–2.

L-Istati Uniti ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-Urugwaj. Huma bdew b'rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju u wara rebħa oħra identika kontra l-Paragwaj, b'Bert Patenaude jiskorja l-ewwel tripletta fl-istorja tal-kompetizzjoni. Fis-semifinali, l-Amerikani tilfu kontra l-Arġentina 6–1. Minkejja li ma kienx hemm logħba għat-tielet post, il-FIFA tat lill-Istati Uniti t-tielet post minħabba differenza ta' gowls aħjar mill-Jugożlavja. Dan jibqa' l-aqwa riżultat qatt miksub mill-Istati Uniti, u l-aqwa wieħed għal tim nazzjonali barra l-Amerika t'Isfel u l-Ewropa.

Fl-edizzjoni tal-1950 li saret fil-Brażil, l-Istati Uniti tilfu l-ewwel logħba 3–1 kontra Spanja, però b'sorpriża rebħu lill-Ingilterra b'gowl ta' Joe Gaetjens. Din ir-rebħa ta' 1–0 għadha kkunsidrata bħala fost l-ikbar diżappunti fl-istorja tal-kompetizzjoni. Eventwalment ġew eliminati miċ-Ċili. Din il-parteċipazzjoni kellha tkun l-aħħar waħda fit-Tazza tad-Dinja għal erba' deċennji.

Is-snin disgħin

It-tim nazzjonali fl-aħħar nofs tas-seklu 20 ftit li xejn kellu rilevanza fuq livell internazzjonali. Il-federazzjoni Amerikana wkoll sofriet minn problemi finanzjarji bit-tim nazzjonali jilgħab biss żewġ logħbiet bejn l-1981 u l-1983. L-unika xaqq ta' dawl kienet il-prestazzjoni fl-Olimpjadi tal-1984, fejn għalkemm ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, huma tilfu logħba waħda minn tlieta kontra l-favoriti tal-Italja.

Fl-1988, il-FIFA għażlet lill-Istati Uniti sabiex jospitaw l-edizzjoni tal-1994 tat-Tazza tad-Dinja. Din qajment kritiika minħabba d-dgħjufija pperċepita tat-tim nazzjonali. Madanakollu, l-Istati Uniti rnexxielhom jagħmluha għat-Tazza tad-Dinja tal-1990 b'rebħa ta' 1–0 kontra t-Trinidad u Tobago. Fl-ewwel dehra tagħhom wara erbgħin sena, l-Istati Uniti tilfu t-tliet logħbiet kontra ċ-Ċekoslovakkja, l-Italja u l-Awstrija. Għat-Tazza tad-Dinja tal-1994, li kkwalifikaw għaliha bħala l-ospiti, l-Istati Uniti ħarġu mill-grupp għall-ewwel darba mill-1930 wara rebħa kontra l-Kolombja, dro kontra l-Iżvizzera u telfa kontra r-Rumanija. Fil-fażi tal-aħħar sittax, l-Istati Uniti tilfu 1–0 kontra r-rebbieħa eventwali tal-Brażil.

Fl-1995, it-tim Amerikan ġie mistieden għall-Copa América. Huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu liċ-Ċili u l-Arġentina biex għaddew għall-kwarti tal-finali. F'din il-fażi huma rebħu lill-Messiku bil-penalties sakemm tilfu 1–0 fis-semifinali kontra l-Brażil. Eventwalment huma kklassifikaw fir-raba' post wara li tilfu l-ispareġġ kontra l-Kolombja.

Is-seklu 21

Fit-Tazza tad-Dinja tal-2002, taħt il-gwida ta' Bruce Arena, l-Istati Uniti laħqu l-kwarti tal-finali, li kienet l-ogħla pożizzjoni mill-edizzjoni tal-1930. Huma bdew b'rebħa sorpriża ta' 3–2 kontra l-Portugall, u wara ġabu dro kontra l-ospiti tal-Korea t'Isfel u telfa kontra l-Polonja. Huma spiċċaw it-tieni fil-grupp u fill-fażi tal-aħħar sittax iltaqgħu mal-qraba tal-Messiku, l-ewwel konfront bejniethom fit-Tazza tad-Dinja. L-Amerikani rebħu 2–0 biex affaċċjaw lill-Ġermanja fil-kwarti tal-finali, b'dawn tal-aħħar jirbħu b'gowl solitarju.

Taħt il-gwida tal-kowċ il-ġdid Bob Bradley, l-Istati Uniti ħadu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-2009. Għall-ewwel darba huma waslu sal-finali ta' kompetizzjoni tal-irġiel tal-FIFA meta fis-semifinali għelbu lil Spanja 2–0, li dak iż-żmien kienet l-ewwel fil-klassifika tal-FIFA u kienet għadha ġejja minn 35 logħba mingħajr telfa. Fil-finali, minkejja li marru 2–0 minn fuq wara l-ewwel taqsima, il-Brażil għamlu rimonta biex rebħu t-titlu bi skor ta' 3–2.

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti 
Landon Donovan fit-Tazza tad-Dinja tal-2010

Għat-Tazza tad-Dinja tal-2010, l-Amerikani ġew imniżżla fi Grupp Ċ flimkien mal-Ingilterra, is-Slovenja u l-Alġerija. Wara żewġ dros kontra l-avversarji Ewropej, l-Istati Uniti ggarantixxu post fil-fażi ta' wara grazzi għar-rebħa ta' 1–0 kontra l-Alġerija, b'gowl fil-ħin miżjud ta' Landon Donovan. Bl-ewwel post fil-grupp, għall-ewwel darba mill-ewwel edizzjoni tal-1930, l-Istati Uniti ltaqgħu mal-Gana però ġew eliminati wara telfa ta' 2–1. Fl-edizzjoni tal-2014, taħt il-gwida tal-kowċ Ġermaniż Jürgen Klinsmann, l-Istati Uniti spiċċaw fi grupp magħmul mill-Ġermanja, il-Gana u l-Portugall. Ir-rebħa kontra l-Gana u d-dro kontra l-Portugall kienu biżżejjed sabiex jagħmluha għar-rawnd li jmiss. Din kienet l-ewwel darba li kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja f'żewġ edizzjonijiet konsekuttivi. Fir-rawnd tal-aħħar sittax huma sfaw megħluba mill-Belġju wara l-ħin barrani.

Rekord kompetittiv

Tazza tad-Dinja

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1930 Semifinali 3 3 2 0 1 7 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1934 L-aħħar sittax 16 1 0 0 1 1 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1938 Irtiraw
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1950 Fażi tal-gruppi 10 3 1 0 2 4 8
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1954 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1958
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1962
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1966
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1970
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1974
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1978
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1982
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1986
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1990 Fażi tal-gruppi 23 3 0 0 3 2 8
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1994 L-aħħar sittax 14 4 1 1 2 3 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1998 Fażi tal-gruppi 32 3 0 0 3 1 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2002 Kwarti tal-finali 8 5 2 1 2 7 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2006 Fażi tal-gruppi 25 3 0 1 2 2 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2010 L-aħħar sittax 12 4 1 2 1 5 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2014 15 4 1 1 2 5 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2018 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2022 Ikkwalifikaw
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2026 Ikkwalifikaw bħala ospitu
Totali Semifinali 11/22 33 8 6 9 37 62

CONCACAF Gold Cup

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1963 Ma daħlux
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1965
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1967
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1969 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1971 Ma daħlux
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1973 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1977
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1981
1985 Fażi tal-gruppi 6 4 2 1 1 4 3
1989 Finalisti telliefa 2 8 4 3 1 6 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1991 Rebbieħa 1 5 4 1 0 10 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1993 Finalisti telliefa 2 5 4 0 1 5 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1996 It-tielet post 3 4 3 0 1 8 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  1998 Finalisti telliefa 2 4 3 0 1 6 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2000 Kwarti tal-finali 5 3 2 1 0 6 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2002 Rebbieħa 1 5 4 1 0 9 1
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2003 It-tielet post 3 5 4 0 1 13 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2005 Rebbieħa 1 6 4 2 0 11 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2007 1 6 6 0 0 13 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2009 Finalisti telliefa 2 6 4 1 1 12 8
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2011 2 6 4 0 2 9 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2013 Rebbieħa 1 6 6 0 0 20 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2015 Ir-raba' post 4 6 3 2 1 12 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2017 Rebbieħa 1 6 5 1 0 13 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2019 Finalisti telliefa 2 6 5 0 1 15 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti  2021 Rebbieħa 1 6 6 0 0 11 1
Totali 7 titli 18/26 9 73 13 11 183 62

Noti

Referenzi

Ħoloq esterni

This article uses material from the Wikipedia Malti article Tim nazzjonali tal-futbol tal-Istati Uniti, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.

Tags:

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti StorjaTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti Rekord kompetittivTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti NotiTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti ReferenziTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati Uniti Ħoloq esterniTim Nazzjonali Tal-Futbol Tal-Istati UnitiCONCACAFFIFAFutbolStati Uniti

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

FC Dinamo Minskob384Park Nazzjonali tal-Lagi ta’ PlitviceSnajja MaltinPapa Benedittu XVIBloggPierre de CoubertinBrunejBelġjuEileen MontesinSpanjaArġentier (tad-deheb)Għaxar KmandamentiRumaLingwa UrduMoldovaCommonwealth tan-NazzjonijietGħasfurBeyoncéBolivjaEbrajkWikotbaArġentinaSannatXagħraL-ArtiSomaljaBirguSantu WistinTorri EiffelSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaLiċenzja Creative CommonsSerie A 2013–14President ta' MaltaSanta MarijaAbjadĊessIt-Tieni Gwerra DinjijaSan ĠużeppIndoneżjaKitba jeratikaMunxarĦaż-ŻabbarAlleati tat-Tieni Gwerra DinjijaTim nazzjonali tal-futbol tat-TuneżijaFK NevėžisItaljaPlutone (mitoloġija)ĠeorġjaAnnimalSimone InguanezUgandaJannarLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-RussjaMaltaMarokkDaniel BernoulliDublinJohn F. MarksArkanġlu MikielRobert AbelaIrħula ta' MaltaVladimir PutinXjenza NaturaliParroċċi ta' MaltaIpoġew ta' Ħal SaflieniIl-Qorti tal-Belt VallettaGiuseppe CalìWikipedija🡆 More