Wikotba

Wikibooks (għall-bidu imsejjaħ bħala Wiki Free Text Project u Wiki Textbooks) huwa wiki tal-Fondazzjoni Wiki għall-ħolqien ta' kontenut bla ħlas ta' kotba testwali u manwali.

Wikibooks
Logo ta' Wiki Commons
Screenshot ta' Wiki Commons
URL www.wikibooks.org
Kummerċjali? Le
Tip ta' sit Wiki għal kotba testwali
Reġistrazzjoni Opzjonali
Lingwi disponibbli Multilingwi
Proprjetarju Fondazzjoni Wiki
Maħluqa minn Karl Wick u l-komunità Wiki
Pubblikata 19 ta' Lulju, 2003
Pożizzjoni fuq Alexa 3,137
Stat attwali Attiva

Storja

Wikibooks beda fl-10 ta' Lulju, 2003, bħala tweġiba għal rikjesta li saret mill-kontributur tal-Wikipedija Karl Wick għal proġett li jkun jista' jospita u jibni ġo fih kotba testwali b'xejn fuq suġġetti bħall-kimika organika u l-fiżika. Żewġ sottoproġetti kbar huma l-Wikijunior u l-Wikiversità li ġew ikkreati fi ħdan il-Wikitbiet qabel ma l-politika uffiċjali tal-Wikibooks ġiet aktar tard mibdula, li proġetti b'tip ta' inkubatur għandhom jibdew skont il-politika l-ġdida tal-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia.

Wikijunior

Wikijunior huwa sottoproġett tal-Wikitbiet li jispeċalizza fuq kotba għat-tfal. Il-proġett jikkonsisti fuq kemm rivista u anki websajt, u attwalment qed jiġi żviluppat bl-Ingliż, id-Daniż, l-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Ġappuniż u l-Ispanjol. Dan il-proġett huwa finanzjat minn Beck Foundation.

Kontenut

Wikotba 
Il-kobor tal-ikbar tmien siti tal-Wikitbiet (skont il-lingwa), Lulju 2003 – Jannar 2008

Waqt li xi kotba huma oriġinali, oħrajn bdew bħala testi ikkupjati minn fonti oħra ta' kotba testwali ta' kontenut ħieles fuq l-internet. Il-kontenut kollu tas-sit huwa kopert mil-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa. Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibgqgħu taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzja copyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riprodott b'xejn.

Il-Wikitbiet huwa differenti mill-funzjoni tal-Wikisors, fejn il-kontenut tal-Wikitbiet ikun mistenni li jiġi mibdul mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom t-test oriġinali bħala sors, bħad-drammi Xejksperjani huma minflok ospitati fuq Wikisors.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Wikotba StorjaWikotba KontenutWikotba ReferenziWikotba Ħoloq esterniWikotbaFondazzjoni WikimediaWikib:WB:WIW

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

SportArġentierAuguste RodinDanimarkaMartin Luther King Jr.IżlamPietru Pawl SaydonGowler (futbol)BangladexxMammiferuĦondurasStorja ta' MaltaAntonio ValenciaInternazzjonali SoċjalistaFrank DrakeRuġġieru I ta' SqallijaDavid AloisioEllis Park StadiumDom MintoffPremier League Malti 2011–12GNU/LinuxFederico García LorcaGħaxar KmandamentiStefania TurkewichRed Bull SalzburgInnijiet ta' Dun Karm PsailaCarcassonneKanzunetta Maltija għall-EwropaWikizzjunarjuPremju NobelĠwann Battista de La SalleGħoljiet Sagri ta' Piemonte u ta' LombardiaMark A. SammutBenedicta BoccoliImperium EuropaOpossum ta' denbu sufi2016ŻodjakuFK LeotarTim nazzjonali tal-futbol tal-EstonjaDemografija ta' MaltaFinlandjaPastizzNapliLingwa MaltijaTim nazzjonali tal-futbol ta' SpanjaLista ta' timijiet nazzjonali tal-futbol tal-irġielBernd LenoKon-Katidral ta' San ĠwannŻona Protetta ta' Jungfrau-AletschJuan Carlos GarridoBitcoinDrittPalazz ta’ SchönbrunnErin Serracino InglottCharlie WattsFábio Pereira da SilvaUnitajiet ta' kejl MaltinDun Mikiel XerriGżira ta' JejuĠudaiżmuSamir HandanovičMiley CyrusSan ĠużeppEdwin van der SarBallon d'OrWilliam BoeingArkitettEugenio MontaleLogħob folkloristiku Malti🡆 More