Logħob Folkloristiku Malti

Il-Logħob folkloristiku Malti huma logħob favoriti tal-Maltin fosthom hemm il-passju,l-bocci,in-noli,t-tiġieġa l-għamja,l-ħabel u ħafna aktar.

Ftit minn dawn il-logħob illum il-ġurnata għadhom jintlagħbu eżempju l-passju,l-boċċi, noli u l-ħabel. Ħafna mit-tfal fl-iskejjel jilagħbu l-passju u ftit mis-subien jilagħbu bil-boċċi. Anki l-logħob bil-lastiku kienu jilagħbu fl-antik. Il-ġuġarelli ta' dak iż-żmien kienu l-pupa tad-drapp, il-karozza tal-injam il-ħabel, iż-żibeg u ħafna iktar.

Il-Passju

Il-passju kien wiehed mill-iktar logħob preferuti ta' missirijietna. Qabel ma kienet tintlab il-logħba xi ħadt kellu jpinġi kaxxa u ġo fiha kien ikollha disgħa kaxxi zgħar. Il-logħba tikonsisti li minn imissu iwaddab ġebla imbagħad jaqbwż fuq sieq waħda san-numru disgħa mingħajr ma jirfes il-linji.

Il-Ħabel

Il-ħabel kien wieħed mill-aktar logħob preferuti tal-bniet. Dan kien jintlab billi minn jaqbez il-ħabel l-iktar darbiet jirbaħ. Hija logħba vera diffiċli iżda,meta tara lill xi tifla taqbeż il-ħabel taħseb li mhiex daqshekk diffiċli.

Iż-Żibeg

Iż-żibeg huwa wieħed mill-aktar logħob antiki f'Malta. Dawn kienu jintlagħbu l-iktar mill-bniet. Il-bniet kienu jagħmlu kullani bihom kienu jpartuhom u kienu jilghabu t-toqba bihom u jimmiraw u jwaddbu iż-żibga ġot-toqba.

Il-pupa tad-drapp u l-karozza tal-injam

Il-pupa tad-drapp dejjem kienet magħmula mid-drapp. Il-bniet kienu jraqduha magħhom jew jilgħabu biha. Il-karozza tal-injam kienet dejjem magħmula minn injam u l-mastrudaxxa kien jbiha prezz żghir ghas-subien. Is-subien kien jilgħabu biha wkoll.

Pizzi Pizzi Kanna

Din il-logħba tintlagħab bejn żewġt itfal jew iktar. Niftħu s-swaba’ kollha ta’ jdejna waqt li xi ħadd jgħid din it-taqbila 'Pizzi pizzi kanna dolores ta' Sant Anna' u ma’ kull sillaba jimxi minn fuq seba’ għal ieħor ta’ kull min ikun qed jilgħab. Malli tispiċċa t-taqbila, inneħħu dak is-seba’ li jkun waqaf fuqu dak li jkun qed jgħid din it-taqbila. Min jispiċċa bis-swaba’ kollha mdaħħlin ‘il ġewwa l-ewwel ikun it-tellief.

Iż-żunzana iddur iddur

Din il-logħba tintlagħab bejn grupp ta’ tfal ta’ iktar minn tlieta. Kulħadd ipoġġi f’ċirku waqt li titkanta din it-taqbila. Xi ħadd mill-grupp ikun qed jiġri madwar dan iċ-ċirku b’ġebla żgħira f’idu donnu żunżana. Malli tispiċċa ttaqbila, dak li jkun qed jiġri (iż-żunżana) ipoġġi l-ġebla wara dahar it-tifel li jkun wasal warajh. Dak li jkollu lġebla warajh imbagħad irid iqum jiġri wara ż-żunżana u jipprova jaqbadha.

Jekk jaqbadha, iż-żunżana jkollha tpoġġi f’nofs iċ-ċirku u ma tilgħabx iżjed. Iżda jekk jirnexxilha ddur iċ-ċirku sħiħ u tpoġġi flok dak li jkun qed jiġri warajha tirbaħ l-post u b’hekk it-tifel li jkun qed jiġri jispiċċa hu ż-żunżana u llogħba tibqa’ sejra hekk sakemm kulħadd jispiċċa bilqiegħda f’nofs iċ-ċirku.

Tags:

Malta

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Klara ta' AssisiAfganistanJohann Christian BachWikisorsFreddie MicallefMdina (kwartier)BloggKelbSevero OchoaAwstrijaIntelliġenza artifiċjaliLista ta' baned f'MaltaWied WirdienKosta RikaDivorzjuTestment il-QadimTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexFabrizio FanielloImperium EuropaWilliam ShakespeareBaħamasXemxDaphne Caruana GaliziaSan GejtanuSoċjetà tad-Duttrina NisranijaBaalbekDanimarkaLaosAvukatArnold CassolaMikiel Anton VassalliSophia LorenKnisja tal-Madonna ta' Hodegitria2024 fil-mużika ta' MaltaĦal TarxienAssedju ta' MaltaPreistorjaSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaĠeometrijaSierra LeoneTurkmenistanItaljaMonasteru ta' San Ġwann it-TeologuCharles de FoucauldRużar BriffaAssedju ta' Malta (1798–1800)Ewġenju BorgUnitajiet ta' kejl MaltinWikipedijaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006TongaWikizzjunarjuMemorial DayOċeanjaIrħula ta' MaltaOrdni ta' San ĠwannAbout-urlBaqra tal-baħar🡆 More