Napli: Belt kapitali tar-reġjun ta’ Campania fin-Nofsinhar tal-Italja

Napli ( bit-Taljan: Napoli; bin-Naplitan: Napule ; bil-Grieg Antik: Νεάπολις, b'ittri Rumani Neápolis) hija l-belt kapitali reġjonali ta' Campania u t-tielet l-ikbar belt tal-Italja, wara Ruma u Milan, b'popolazzjoni ta' 967,069 ruħ fi ħdan il-limiti amministrattivi tal-belt fl-2017.

Il-muniċipalità tagħha fil-livell ta' provinċja hija t-tielet l-iktar belt metropolitana popolata fl-Italja b'popolazzjoni ta' 3,115,320 resident, u ż-żona metropolitana tagħha (li tmur lil hinn mill-konfini tal-Belt Metropolitana ta' Napli) hija t-tieni l-iktar żona metropolitana popolata fl-Italja u s-seba' l-iktar żona urbana popolata fl-Unjoni Ewropea.

Napli
Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi Italja
Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi
Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi
Amministrazzjoni
Stat sovranItalja
Region of ItalyCampania
Metropolitan city of ItalyBelt Metropolitana ta' Napli
Kap tal-Gvern Gaetano Manfredi (en) Translate
Isem uffiċjali Napoli
Ismijiet oriġinali Napoli
Kodiċi postali 80121, 80122, 80123, 80124, 80125, 80126, 80127, 80128, 80129, 80131, 80132, 80133, 80134, 80135, 80136, 80137, 80138, 80139, 80141, 80142, 80143, 80144, 80145, 80146u 80147
Ġeografija
Koordinati 40°50′09″N 14°14′55″E / 40.8358°N 14.2486°E / 40.8358; 14.2486 14°14′55″E / 40.8358°N 14.2486°E / 40.8358; 14.2486
Napli is located in Italy
Napli
Napli
Napli (Italy)
Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi
Superfiċjenti 119.02 kilometru kwadru
Għoli 17 m
Fruntieri ma' Arzano (en) Translate, Casavatore (en) Translate, Casoria (en) Translate, Marano di Napoli (en) Translate, Melito di Napoli (en) Translate, Mugnano di Napoli (en) Translate, Pozzuoli (en) Translate, Quarto (en) Translate, San Giorgio a Cremano (en) Translate, San Sebastiano al Vesuvio (en) Translate, Volla (en) Translate, Casandrino (en) Translate, Portici (en) Translateu Cercola (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 913,462 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 081
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Gafsa (en) Translate, Palma de Mallorca, Sighetu Marmației (en) Translate, Călărași (en) Translate, Kragujevac (en) Translate, Budapest, Ateni, Santiago de Cuba, Nosy Be (en) Translate, Nablus, Benevento, Naples (en) Translate, San Francisco, Toronto, Milan, Kagoshima (en) Translate, Praga, Buenos Aires, Baku, Sarajevo, Marsilja, Zhengzhou (en) Translate, Córdoba, Valencia (en) Translate, Grottammare (en) Translate, Formia (en) Translate, Mysłowice (en) Translate, Jeddah, Kontea ta' Honolulu, Wenzhou, Ramallahu Rio de Janeiro
comune.napoli.it

Napli ġiet insedjata għall-ewwel darba mill-Griegi fl-ewwel millenju Q.K., u hija waħda mill-eqdem żoni urbani kontinwament abitati fid-dinja. Fid-9 seklu Q.K., kolonja magħrufa bħala Partenope jew Παρθενόπη ġiet stabbilita fuq il-gżira ta' Megaride. Fis-seklu 6 Q.K., ġiet stabbilita mill-ġdid bħala Neápolis. Il-belt kienet parti importanti tal-Magna Graecia, qdiet rwol importanti fil-fużjoni tas-soċjetajiet Griegi u Rumani, u kienet ċentru kulturali sinifikanti taħt ir-Rumani.

Il-belt kienet ukoll il-belt kapitali tad-Dukat ta' Napli (661-1139), imbagħad tar-Renju ta' Napli (1282-1816), u finalment taż-Żewġ Sqallijiet sal-unifikazzjoni tal-Italja fl-1861. Napli titqies ukoll bħala l-kapitali tal-Barokk, mill-bidu tal-karriera artistika ta' Caravaggio fis-seklu 17, u r-rivoluzzjoni artistika li huwa ispira. Kienet ukoll ċentru importanti tal-Umaniżmu u tal-Illuminiżmu. Il-belt ilha punt ta' riferiment globali għall-mużika klassika u l-opri permezz tal-Iskola Naplitana. Bejn l-1925 u l-1936, Napli ġiet estiża u mmodernizzata mill-gvern ta' Benito Mussolini. Matul l-aħħar snin tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-belt ġarrbet ħsara estensiva mill-ibbumbardjar tal-Alleati li invadew il-peniżola. Il-belt sarilha xogħol estensiv ta' rikostruzzjoni wara l-1945.

Mill-aħħar tas-seklu 20, Napli kellha tkabbir ekonomiku sinifikanti, bis-saħħa tal-kostruzzjoni tad-distrett tan-negozju msejjaħ Centro Direzionale u network avvanzat tat-trasport, li jinkludi l-kollegament ferrovjarju ta' veloċità għolja ma' Ruma u Salerno u network estiż tat-tramm ta' taħt l-art. Napli hija t-tielet l-ikbar ekonomija urbana fl-Italja, wara Milan u Ruma. Il-Port ta' Napli huwa wieħed mill-iktar importanti fl-Ewropa. Minbarra attivitajiet kummerċjali, jospita fih il-Kmand ta' Napli tal-Forzi Konġunti Alleati, il-korp tan-NATO li jissorvelja t-Tramuntana tal-Afrika, is-Saħel u l-Lvant Nofsani.

Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Napli huwa l-ikbar ċentru storiku fl-Ewropa u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995. Hemm firxa wiesgħa ta' siti kulturali u storiċi sinifikanti qrib il-belt, fosthom żewġ Siti ta' Wirt Dinji oħra li huma l-Palazz ta' Caserta u l-fdalijiet Rumani ta' Pompej u Ercolano. Napli hija magħrufa wkoll għall-ġmiel naturali tagħha, b'postijiet bħal Posillipo, l-Għelieqi Flegrej (vulkan kbir), Nisida, u l-Vesuvju. It-tisjir Naplitan huwa magħruf l-iktar għall-assoċjazzjoni tiegħu mal-pizza, li oriġinat fil-belt, kif ukoll għal diversi ikliet lokali oħra. Ir-ristoranti ta' Napli ngħataw l-ikbar ammont ta' stilel mill-Gwida Michelin meta mqabbel ma' kwalunkwe belt Taljana oħra. Il-panorama urbana ta' Napli fiċ-Centro Direzionale kienet l-ewwel waħda tat-tip tagħha fl-Italja. Inbena fl-1994 u għal 15-il sena kienet l-unika binja ta' dak it-tip sal-2009. L-iktar tim sportiv magħruf f'Napli huwa l-klabb tal-futbol tas-Serie A msejjaħ S.S.C. Napoli, li rebaħ il-kampjonat Taljan tal-futbol darbtejn u li jilgħab fil-grawnd fil-Lbiċ tal-belt, li fl-2020 issejjaħ għall-iktar plejer famuż tal-klabb (li miet dik is-sena), Diego Armando Maradona, fil-kwartier Fuorigrotta.

Storja

Griegi u Rumani

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Monte Echia, il-post fejn ġiet stabbilita Partenope

Napli ġiet abitata għall-ewwel darba fi Żmien in-Neolitiċi. L-iktar insedjamenti Griegi bikrin ġew stabbiliti fiż-żona ta' Napli fl-ewwel millenju Q.K. Baħħara mill-gżira Griega ta' Rodi stabbilew port kummerċjali żgħir imsejjaħ Partenope (Παρθενόπη, li tfisser "Għajnejn Puri", u Sirena fil-mitoloġija Griega) fil-gżira ta' Megaride fis-seklu 9 Q.K. Sas-seklu 8 Q.K., l-insedjament kien kiber u sar jinkludi wkoll lil Monte Echia. Fis-seklu 6 Q.K., il-belt ġiet stabbilita mill-ġdid bħala Neápolis (Νεάπολις), u eventwalment saret waħda mill-ewwel bliet tal-Magna Graecia.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Xena bis-sirena Partenope, il-fundatur mitoloġiku ta' Napli

Il-belt kibret minħabba l-influwenza u s-setgħa tal-belt-stat ta' Siracusa, u saret alleat tar-Repubblika Rumana kontra Kartaġni. Matul il-Gwerer tas-Samniti, il-belt, li dak iż-żmien kienet saret ċentru kummerċjali importanti ferm, inħakmet mis-Samniti; madankollu, ir-Rumani ma tantx damu wisq biex jaħkmu l-belt u għamluha kolonja Rumana. Matul il-Gwerer Puniċi, is-swar b'saħħithom mad-dawra ta' Neápolis irreżistew u kkuntrabbattew il-forzi invażuri tal-Ġeneral Kartaġiniż Annibale.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-kolonni tat-Tempju ta' Dioskuri inkorporati fil-faċċata ta' tal-Knisja ta' San Paolo Maggiore

Napli kienet irrispettata ferm mir-Rumani bħala paragun tal-kultura Ellenistika. Matul l-Era Rumana, in-nies ta' Napli komplew jikkomunikaw bil-lingwa Griega u żammew id-drawwiet Griegi tagħhom, filwaqt li l-belt ġiet estiża b'vilel Rumani eleganti, b'akwedotti, u b'banjijiet pubbliċi. Inbnew binjiet ikoniċi bħat-Tempju ta' Dioskuri, u bosta imperaturi kienu jagħżlu li jqattgħu xi vaganza fil-belt, fosthom Klawdju u Tiberju. Virgilio, l-awtur tal-epika nazzjonali ta' Ruma, l-Eneide, ingħata parti mill-edukazzjoni tiegħu fil-belt, u iktar 'il quddiem għex qrib il-belt.

Matul dan il-perjodu, wasal għall-ewwel darba l-Kristjaneżmu f'Napli; jingħad li l-appostli Pietru u Pawlu pprietkaw fil-belt. Ġennaro, li mbagħad sar il-qaddis patrun ta' Napli, miet martri fil-belt fis-seklu 4 W.K. L-aħħar imperatur tal-Imperu Ruman tal-Punent, Romolu Awgustu, ġie eżiljat f'Napli mir-re Ġermaniku Odoacer fis-seklu 5 W.K.

Dukat ta' Napli

Wara d-deklin tal-Imperu Ruman tal-Punent, Napli nħakmet mill-Ostrogoti, poplu Ġermaniku, u ġiet inkorporata fir-Renju tal-Ostrogoti. Madankollu, Belisarju tal-Imperu Biżantin ħakem il-belt ta' Napli fis-sena 536, wara li rnexxielu jidħol fil-belt minn akwedott.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Pittura ta' Alexander Zick tal-Battalja tal-Vesuvju

Fis-sena 543, matul il-Gwerer Gotiċi, Totila għal żmien qasir ħakem il-belt għall-Ostrogoti, iżda l-Biżantini ħadu l-kontroll taż-żona wara l-Battalja tal-Vesuvju. Napli kienet mistennija tibqa' f'kuntatt mal-Esarkat ta' Ravenna, li kien iċ-ċentru tal-poter Biżantin fil-Peniżola Taljana.

Wara l-waqgħa tal-esarkat, inħoloq id-Dukat ta' Napli. Għalkemm il-kultura Greco-Rumana ta' Napli baqgħet qawwija fil-belt, eventwalment bidlet l-alleanza tagħha minn Kostantinopli għal Ruma taħt id-Duka Stiefnu II, u ġiet taħt is-sovranità Papali għall-ħabta tas-sena 763.

Is-snin bejn it-818 u t-832 ġabu magħhom taqlib fir-rigward tar-relazzjonijiet ta' Napli mal-Imperatur Biżantin, b'diversi pretendenti lokali joħolqu fewdi biex jippruvaw jaslu għat-tron dukali. Teoktistu nħatar mingħajr l-approvazzjoni imperjali; iktar 'il quddiem il-ħatra tiegħu ġie rrevokatqa u Teodoru II ħadlu postu. Madankollu, l-għadab tal-popolazzjoni ġenerali wassal għat-tkeċċija tiegħu mill-belt, u minfloku ġie elett Stiefnu III, raġel li zzekka l-muniti bl-inizjali tiegħu stess, minflok dawk tal-Imperatur Biżantin. Napli kisbet l-indipendenza totali fil-bidu tas-seklu 9. Il-belt bniet alleanza mal-Musulmani Saraċeni fis-sena 836, u talbet għall-appoġġ tagħhom fl-assedju kontra t-truppi Lombardi li kienu ġejjin mid-Dukat ta' Benevento fil-qrib. Madankollu, matul is-snin 50 tas-seklu 9, Muhammad I Abu 'l-Abbas mexxa l-ħakma Għarbija-Musulmana tal-belt, u rnexxielu jisraq ħafna rikkezzi minnha.

Id-dukat kien taħt il-kontroll dirett tal-Lombardi għal perjodu qasir, wara li Pandolfo IV ħakem il-Prinċipat ta' Capua, rivali dejjiemi ta' Napli. Madankollu, dan ir-reġim dam biss tliet snin u mbagħad id-duki b'influwenzi Greco-Rumani reġgħu ħadu r-riedni f'idejhom. Sas-seklu 11, Napli bdiet tqabbad merċenarji Normanni biex jiġġieldu kontra r-rivali tagħha; id-Duka Sergio IV qabbad lil Rainulf Drengot biex jagħmel gwerra kontra Capua f'ismu.

Sal-1137, in-Normanni kienu kisbu influwenza kbir fl-Italja, u kienu jikkontrollaw prinċipati u dukati li qabel kienu indipendenti, fosthom dawk ta' Capua, Benevento, Salerno, Amalfi, Sorrento u Gaeta; kien f'din is-sena li Napli, l-aħħar dukat indipendenti fin-Nofsinhar tal-peniżola, ġie taħt il-kontroll tan-Normanni. L-aħħar duka renjanti tad-dukat, Sergio VII, ġie mġiegħel jarrendi quddiem il-qawwa ta' Ruġġieru II, li kien ipproklama lilu nnifsu r-Re ta' Sqallija seba' snin qabel. B'hekk, Napli ngħaqdet mar-Renju ta' Sqallija, b'Palermo bħala l-belt kapitali.

Renju ta' Sqallija

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Statwa ta' Federiku II fil-Palazz Irjali ta' Napli

Wara perjodu taħt in-Normanni, fl-1189 ir-Renju ta' Sqallija kellu diżgwid dwar is-suċċessjoni bejn Tancredi, ir-Re ta' Sqallija u iben illeġittimu u l-familja Hohenstaufen, familja rjali Ġermaniża, peress li l-Prinċep Enriku ta' dik il-familja kien iżżewweġ lill-Prinċipess Kostanza, l-aħħar werrieta leġittima għat-tron Sqalli. Fl-1191 Enriku invada Sqallija wara li kien inkurunat bħala Enriku VI, Imperatur Ruman Sagru, u bosta bliet arrendew, iżda Napli rreżistiet minn Mejju sa Awwissu taħt it-tmexxija ta' Rikkardu, il-Konti ta' Acerra, Nicola d'Aiello, Aligerno Cottone u Margarito di Brindisi qabel il-mard li ħakem lill-Ġermaniżi u wassalhom biex jirtiraw. Konrad II, id-Duka tal-Boemja u Filippu I, l-Arċisqof ta' Köln, mietu minħabba l-mard matul l-assedju. Fid-dawl ta' dan, Tancredi kiseb kisba oħra mhux mistennija matul il-kontrattakk tiegħu, jiġifieri l-qbid tal-pretendent għat-tron Kostanza, li kienet saret imperatriċi. Huwa żamm l-imperatriċi priġuniera fil-Kastell dell'Ovo f'Napli qabel ma nħelset f'Mejju 1192 taħt il-pressjoni mill-Papa Ċelestinu III. Fl-1194 Enriku beda t-tieni kampanja tiegħu wara l-mewt ta' Tancredi, iżda din id-darba Aligerno arrenda mingħajr reżistenza, u finalment Enriku ħakem Sqallija, u b'hekk ġiet taħt it-tmexxija tal-familja Hohenstaufen.

L-Università ta' Napli, l-ewwel università fl-Ewropa ddedikata għat-taħriġ ta' amministraturi lajċi, ġiet stabbilita minn Federiku II, u b'hekk Napli saret iċ-ċentru intellettwali tar-renju. Minħabba kunflitt bejn il-familja Hohenstaufen u l-Papat, fl-1266 il-Papa Innoċenzu IV inkuruna lid-duka Anġojin Karlu I bħala r-Re ta' Sqallija: Karlu uffiċjalment ċaqlaq il-kapitali minn Palermo għal Napli, fejn kien jirresjiedi fil-Kastell il-Ġdid (Castel Nuovo). Peress li kellu interess kbir fl-arkitettura, Karlu I importa arkitetti u ħaddiema Franċiżi u kien personalment involut f'diversi proġetti ta' binjiet fil-belt. Bdew ifeġġu ħafna eżempji ta' arkitettura Gotika madwar Napli, fosthom il-Katidral ta' Napli, li sa llum għadu l-knisja ewlenija tal-belt.

Renju ta' Napli

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-Kastell il-Ġdid ta' Napli, magħruf ukoll bħala l-Maschio Angioino, kien is-sede tar-rejiet Medjevali ta' Napli, Aragona u Spanja

Fl-1282, wara l-Vespri Sqallin, ir-Renju ta' Sqallija ġie maqsum fi tnejn. Ir-Renju Anġojin ta' Napli kien jinkludi n-Nofsinhar tal-Peniżola Taljana, filwaqt li l-gżira ta' Sqallija saret ir-Renju Aragoniż ta' Sqallija. Il-gwerer bejn id-dinastiji differenti f'kompetizzjoni ma' xulxin baqgħu jfaqqgħu sal-Paċi ta' Caltabellotta fl-1302, fejn Federiku III ġie rikonoxxut bħala r-Re ta' Sqallija, filwaqt li Karlu II ġie rrikonoxxut bħala r-Re ta' Napli mill-Papa Bonifazju VIII. Minkejja d-diviżjoni, Napli kisbet kulma jmur iktar importanza, u attirat merkanti minn Pisa u Genova, bankieta mit-Toskana, u wħud mill-iktar artisti Rinaxximentali prominenti ta' dak iż-żmien, fosthom Boccaccio, Petrarka u Giotto. Matul is-seklu 14, ir-re Anġojin Ungeriż Luiġi l-Kbir ħakem il-belt diversi drabi. Fl-1442, Alfonso I ħakem il-belt ta' Napli wara r-rebħa tiegħu kontra l-aħħar re Anġojin, René, u Napli ġiet unifikata ma' Sqallija mill-ġdid għal perjodu qasir.

Aragoniżi u Spanjoli

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Truppi u artillerija Franċiżi deħlin Napli fl-1495 matul il-Gwerra Taljana tal-1494-1498

Sqallija u Napli kienu sseparati mill-1282, iżda baqgħu dipendenzi ta' Aragona taħt Ferdinandu I. Id-dinastija l-ġdida saħħet il-pożizzjoni kummerċjali ta' Napli billi stabbiliet relazzjonijiet mal-Peniżola Iberika. Napli wkoll saret ċentru tar-Rinaxximent, u bdew jaslu artisti bħal Laurana, Antonello da Messina, Sannazzaro u Poliziano. Fl-1501, Napli ġiet taħt it-tmexxija diretta ta' Franza taħt Luiġi XII, peress li r-re Naplitan Federiku nħataf bħala priġunier ta' Franza. Madankollu, dan l-andament ma damx wisq, peress li Spanja rebħet lil Napli mingħand il-Franċiżi fil-Battalja ta' Garigliano fl-1503.

Wara r-rebħa Spanjola, Napli saret parti mill-Imperu Spanjol, u baqgħet hekk tul il-perjodu Spanjol kollu tal-Asburgi. L-Ispanjoli bagħtu viċirejiet lejn Napli biex jindirizzaw il-kwistjonijiet lokali direttament: l-iktar wieħed importanti minn dawn il-viċirejiet kien Pedro Álvarez de Toledo, li kien responsabbli għal riformi soċjali, ekonomiċi u urbani konsiderevoli fil-belt; huwa appoġġa wkoll l-attivitajiet tal-Inkwiżizzjoni. Fl-1544, madwar 7,000 persuna ttieħdu bħala lsiera mill-pirati tal-Barbarija u ttieħdu lejn il-Kosta tal-Barbarija tat-Tramuntana tal-Afrika.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Ir-ritratt ta' Masaniello magħmul minn Onofrio Palumbo

Sas-seklu 17, Napli kienet saret it-tieni l-ikbar belt tal-Ewropa – qabilha kien hemm Pariġi biss – u kienet l-ikbar belt Mediterranja Ewropea, b'iktar minn 250,000 abitant. Il-belt kienet ċentru kulturali ewlieni matul l-era Barokka, u kienet tospita artisti bħal Caravaggio, Salvator Rosa u Bernini, filosfi bħal Bernardino Telesio, Giordano Bruno, Tommaso Campanella u Giambattista Vico, u kittieba bħal Giambattista Marino. Permezz ta' rivoluzzjoni mmexxija mis-sajjied lokali Masaniello fl-1647, inħolqot Repubblika Naplitana indipendenti li damet biss ftit xhur għaliex reġgħet inħakmet mill-Ispanjoli. Fl-1656, tifqigħa tal-pesta s-sewda qatlet kważi nofs it-300,000 abitant ta' Napli.

Fl-1714, it-tmexxija Spanjola ta' Napli ntemmet b'riżultat tal-Gwerra tas-Suċċessjoni Spanjola; l-Awstrijak Karlu VI mexxa l-belt minn Vjenna permezz ta' viċirejiet tiegħu. Madankollu, il-Gwerra tas-Suċċessjoni Pollakka reġgħet waslet biex Napli tkun taħt l-Ispanjoli flimkien ma' Sqallija bħala parti minn unjoni personali, u t-Trattat ta' Vjenna tal-1738 irrikonoxxa ż-żewġ entitajiet bħala indipendenti taħt fergħa kadetta tal-Borboni Spanjoli.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
It-tluq ta' Karlu III ta' Spanja minn Napli fl-1759

Fi żmien Ferdinandu IV, l-effetti tar-Rivoluzzjoni Franċiża nħassew f'Napli: Orazju Nelson, alleat tal-Borboni, saħansitra mar fil-belt fl-1798 biex iwissih kontra r-Repubblikani Franċiżi. Ferdinandu ġie mġiegħel jirtira u ħarab lejn Palermo, fejn kien protett minn flotta Brittanika. Madankollu, iċ-ċittadini ta' Napli tal-klassi l-baxxa magħrufa bħala lazzaroni kienu ferm devoti u rjalisti, u kienu favur il-Borboni; fit-taqbida fis-snin ta' wara, huma ġġieldu kontra l-aristokrazija pro-Repubblikana Naplitana, u kkawżaw gwerra ċivili.

Eventwalment, ir-Repubblikani ħakmu l-Kastell ta' Sant'Iermu f'Napli u pproklamaw Repubblika Partenopea, mgħassa mill-Armata Franċiża. Ġiet iffurmata armata reliġjuża kontrorivoluzzjonarja ta' lazzaroni, magħrufa bħala sanfedisti, taħt il-Kardinal Fabrizio Ruffo u dawn kellhom suċċess kbir, tant li l-Franċiżi kellhom jarrendu mill-kastelli Naplitani, u l-flotta tagħhom irtirat lejn Toulon.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Ir-Repubblika Partenopea ta' Napli fl-1799

Ferdinandu IV reġa' sar re; madankollu, wara seba' snin biss li Napuljun ħakem ir-renju u poġġa rejiet Bonapartisti, fosthom ħuh Ġużeppi Bonaparte (ir-re Spanjol). Bl-għajnuna tal-Imperu Awstrijaku u l-alleati tiegħu, il-Bonapartisti tilfu fil-Gwerra Naplitana, u Ferdinand IV reġa' kiseb mill-ġdid it-tron u r-renju.

Żewġ Sqallijiet Independenti

Il-Kungress ta' Vjenna fl-1815 wassal biex ir-renji ta' Napli u ta' Sqallija jingħaqdu biex jiffurmaw ir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet, b'Napli bħala l-belt kapitali. Fl-1839, Napli saret l-ewwel belt fil-Peniżola Taljana b'linja ferrovjarja, permezz tal-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja bejn Napli u Portici.

Unifikazzjoni tal-Italja sal-preżent

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Id-daħla ta' Garibaldi f'Napli fis-7 ta' Settembru 1860

Wara l-Ispedizzjoni tal-Elf (bit-Taljan: Spedizione dei Mille) immexxija minn Giuseppe Garibaldi, li laħqet il-qofol tagħha fl-Assedju kontroversjali ta' Gaeta, Napli saret parti mir-Renju tal-Italja fl-1861 bħala parti mill-unifikazzjoni tal-Italja, u ntemmet l-era tat-tmexxija tal-Borboni. L-ekonomija taż-żona magħrufa qabel bħala ż-Żewġ Sqallijiet bdiet sejra lura, u dan wassal għal mewġa bla preċedent ta' emigrazzjoni. Huwa stmat li erba' miljun ruħ emigraw minn Napli bejn l-1876 u l-1913. Fl-erbgħin sena wara l-unifikazzjoni, il-popolazzjoni ta' Napli kibret b'26 % biss, meta mqabbel ma' 63 % f'Torino u 103 % f'Milan; madankollu, fl-1884, Napli kienet għadha l-ikbar belt fl-Italja b'496,499 abitant, jew bejn wieħed u ieħor 64,000 ruħ għal kull kilometru kwadru (iktar mid-doppju tad-densità tal-popolazzjoni ta' Pariġi).

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika f'ċerti żoni tal-belt kienu foqra, u kien hemm tnax-il epidemija tal-kolera u tat-tifojde li kkawżaw il-mewt ta' xi 48,000 ruħ bejn l-1834 u l-1884, u rata għolja ta' mwiet (għal dak iż-żmien) ta' 31.84 abitant għal kull elf abitant anke fil-perjodu ħieles mill-epidemiji bejn l-1878 u l-1883. Imbagħad fl-1884, Napli reġgħet faqqgħet epidemija kbira tal-kolera, ikkawżata l-iktar mill-infrastruttura ħażina tad-dranaġġ. Bħala rispons għal dawn il-problemi, mill-1852 il-gvern ħabbar trasformazzjoni radikali tal-belt imsejħa risanamento bl-għan li tittejjeb l-infrastruttura tad-dranaġġ u l-iktar żoni popolati f'xulxin jiġu sostitwiti b'toroq kbar u wesgħin peress li din kienet meqjusa bħala l-kawża prinċipali tal-mard. Il-proġett iltaqa' ma' diffikultajiet politiċi u ekonomiċi biex jitwettaq minħabba l-korruzzjoni, kif ħareġ mill-Inkjesta ta' Saredo, l-ispekulazzjoni tal-art u l-burokrazija ma tispiċċa qatt. Dan kollu wassal biex il-proġett idum għexieren ta' snin biex jitwettaq b'kuntrast ta' riżultati. L-iktar trasformazzjonijiet notevoli li saru kienu l-kostruzzjoni ta' Via Caracciolo tul il-kosta, il-ħolqien tal-Galleria Umberto I u tal-Galleria Principe u l-kostruzzjoni ta' Corso Umberto.

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
L-ibbumbardjar ta' Napli min-naħa tal-Alleati fl-1943

Napli kienet l-iktar belt Taljana li ġiet ibbumbardjata matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għalkemm in-Naplitani ma rribellawx kontra l-Faxxiżmu Taljan, Napli kienet l-ewwel belt Taljana li rribellat kontra l-okkupazzjoni militari Ġermaniża; il-belt inħelset għalkollox fl-1 ta' Ottubru 1943, meta l-forzi Brittaniċi u Amerikani daħlu fil-belt. Qabel telqu, il-Ġermaniżi ħarqu l-librerija tal-università, kif ukoll l-Għaqda Rjali Taljana. Qerdu wkoll l-arkivji tal-belt. Tpoġġew bombi tal-ħin fil-belt kollha li baqgħu jisplodu sa Novembru. Is-simbolu tat-twelid mill-ġdid ta' Napli kien ir-rikostruzzjoni tal-Knisja ta' Santa Kjara, li kienet inqerdet minn bumbardament mill-Korp tal-Ajru tal-Armata tal-Istati Uniti.

Finanzjament speċjali mill-Fond għan-Nofsinhar tal-gvern Taljan ġie pprovdut mill-1950 sal-1984, biex b'hekk l-ekonomija Naplitana terġa' tqum kemxejn fuq saqajha, anke permezz tar-rinnovazzjoni tal-attrazzjonijiet ikoniċi tal-belt bħal Piazza del Plebiscito. Madankollu, f'Napli għad hemm qgħad kbir sa llum.

Il-mezzi tax-xandir Taljani attribwew il-problemi li kellha l-belt fir-rigward ir-rimi tal-iskart lill-attività tal-Camorra, network tal-kriminalità organizzata. Minħabba dan, il-kontaminazzjoni ambjentali u r-riskji miżjuda għas-saħħa huma prevalenti wkoll. Fl-2007, il-gvern immexxi minn Silvio Berlusconi organizza l-laqgħat għoljin f'Napli biex juri l-intenzjoni tal-gvern li jsolvi dawn il-problemi. Madankollu, ir-reċessjoni fl-aħħar tal-ewwel deċennju tas-seklu 21 kellha impatt kiefer fuq il-belt, u kompliet tintensifika l-problemi marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart u mal-qgħad. Sa Awwissu 2011, l-għadd ta' persuni bla xogħol fiż-żona ta' Napli kien tela' għal 250,000 ruħ, u dan qanqal protesti pubbliċi kontra l-qagħda ekonomika. F'Ġunju 2012, feġġew allegazzjonijiet ta' rikatti, estorsjoni u għoti illeċitu ta' kuntratti b'rabta mal-problemi tal-immaniġġjar tal-iskart tal-belt.

Napli ospitat is-Sitt Forum Urban Dinji f'Settembru 2012 u t-63 Kungress Astronawtiku Internazzjonali f'Ottubru 2012. Fl-2013, il-belt ospitat ukoll il-Forum Universali tal-Kulturi u fl-2019 ospitat l-Universjadi tas-Sajf.

Sit ta' Wirt Dinji

Napli: Storja, Sit ta Wirt Dinji, Referenzi 
Il-veduta ta' Napli bil-Vesuvju fl-isfond mill-Kastell ta' Sant'Iermu

Iċ-Ċentru Storiku ta' Napli ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995 u fl-2011 saret modifika minuri tal-konfini tas-sit.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Referenzi

Tags:

Napli StorjaNapli Sit ta Wirt DinjiNapli ReferenziNapliBelt kapitaliItaljaLingwa TaljanaMilanRumaUnjoni Ewropea

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

TongaNiġerjaLaosŻewsIl-Paġna prinċipaliBakuSnajja MaltinLingwa ErżjanaKristjaneżmuMao ZedongMalarjaUżbekistanMilanL-IslaLibanuIżraelDensità tal-popolazzjoniKerċemRoundaboutFreddie MicallefNapuljun I ta' FranzaThe Kite Runner2014Lingwa SpanjolaBurmaMadridOrdni ta' San ĠwannŻona tal-ħinKwistjoni tal-Lingwa f'MaltaRaffaella CarràEspooFariżejReliġjon LhudijaMalala YousafzaiVojvodjaMoskaIraqMaltinFrancesco AzopardiArnold CassolaWikiPresident ta' MaltaArmenjaMontenegroLiechtensteinL-Amerika ta' FuqUnitajiet ta' kejl MaltinLingwi SlaviDanimarkaKjotoĊipruKoleraEwġenju BorgWikidataJum l-Indipendenza (Malta)Renju UnitJohn T. DunlapPeléGħidMahatma GandhiPariġiLista ta' baned f'MaltaNamibjaPolonjaTransnistrija🡆 More