Attakkant

Attakkant huwa plejer f'tim tal-futbol li jilgħab l-aktar qrib tal-lasta avversarja, u huwa l-persuna responsabbli li jiġu skurjati l-gowls.

Din il-pożizzjoni avvanzata flimkien mar-responsabbilitajiet limitati f'dak li għandu x'jaqsam mad-difiża jfisser li normalment l-attakkanti jiskorjaw aktar gowls mill-plejers l-oħra; ħafna drabi huma jkunu fost l-iktar magħrufa u l-aktar li jiswew fl-iskwadra.

Attakkant
L-attakkant (bl-aħmar) għadda minn bejn id-difiża (bl-abjad) u hu lest biex jagħmel xutt lejn il-lasta. Il-gowler irid iwaqqaf 'l-attakkant milli jiskorja billi jara li l-ballun ma jaqbiżx il-linja tal-gowl.

Formazzjonijiet moderni, ħafna drabi jinkludu minn attakkant wieħed sa tlieta; tnejn hu l-aktar numru komuni. Il-kowċis tipikament jiskjeraw attakkant wieħed li jilgħab f'pożizzjoni avvanzata, u attakkant ieħor li jilgħab warajh u jassisti fil-ħolqien tal-gowls kif ukoll biex jiskorja.

Attakkant ċentrali

L-attakkant ċentrali jkun ħafna drabi plejer twil li jiġi wżat għall-blalen għoljin jew jirċievi passaġġi waqt li jżomm il-ballun biex sħabu jilħqu javvanzaw, biex jgħin lil sħabu jiskorja billi jipprovdi passaġġ, jew biex jiskorja hu stess; din l-aħħar varjazzjoni timponi fuq l-attakkant li jkollu veloċità tajba. Ċerti attakkanti joperaw fuq il-ġwienaħ tal-grawnd u minn hemmhekk jagħmlu progress għal-lasta.

It-tieni attakkant

Attakkant 
Attakkant jiskrja gowl (Leo Messi)

Ara wkoll

  • Formazzjoni (futbol)

Tags:

Futbol

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Clare AzzopardiInterlinguaAwstraljaIndoneżjaMiriam Spiteri DebonoTallinnsj2gqIndoewropewTongaLista ta' baned f'MaltaUnjoni SovjetikaLudwig van BeethovenĦong KongJimmy WalesAfganistanPajjiżi tad-dinjaPhnom PenhISBNĦamrun Spartans FCĦal SafiLimaSamoaRenju UnitMalta taħt il-FranċiżiMahathir MohamadMonasteru ta' San Ġwann it-TeologuĊiliSnajja MaltinMadridNea Moni ta' ChiosSit ta' Wirt DinjiBeijingDonald TrumpJum l-Indipendenza (Malta)KarmelitaniReliġjonAlġerijaMassimiljanu KolbeEutheriaCaroline HerschelBarokkLe HavreMongoljaIl-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista (Caravaggio)TuneżijaHenry BonelloStati UnitiLogħob OlimpikuDensità tal-popolazzjoniKelbFondazzjoni WikimediaKroazjavjetnamMadre Tereża ta' KalkuttaKorea ta' FuqGżira ManoelAssedju ta' MaltaTrevor TemplemanMediterranKanal ta' SuezThe Kite RunnerBirżebbuġaIraq🡆 More