Iż-Żurrieq hu wieħed mill-eqdem irħula ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 12,000 ruħ.
Jinsab fin-Nofsinhar ta' Malta. Kien diġà parroċċa fl-1436 u l-knisja parrokkjali hi ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra.
Iż-Żurrieq | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Western Region (Punent) (en) | ||
Isem uffiċjali | Żurrieq | ||
Ismijiet oriġinali | Żurrieq | ||
Kodiċi postali | ZBG 1905 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°49′45″N 14°28′28″E / 35.8292°N 14.4744°E 14°28′28″E / 35.8292°N 14.4744°E | ||
Superfiċjenti | 10.5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 111 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 10,823 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Borgo Maggiore, Taverna (en) u Morfou (en) | ||
localgovernmentdivisioncms.gov.mt… |
L-akbar attrazzjoni turistika fiż-Żurrieq hija l-Ħnejja, magħrufa bħala Blue Grotto bl-Ingliż għar-raġunijiet turistiċi. Iż-Żrieraq għadhom isejħulha l-Ħnejja. Magħrufa l-aktar minħabba l-kulur kaħlani tal-baħar ta' ġo fiha. Biex tasal sal-Ħnejja trid taqbad dgħajsa minn Wied iż-Żurrieq.
Ġawhra kulturali oħra fiż-Żurrieq hi l-Mitħna tax-Xarolla. Dil-mitħna tinsab fit-tarf taż-Żurrieq, ħdejn Ħal Safi. Waqt xi restawr li kien qed isir ftit tas-snin ilu kienu nkixfu wkoll xi katakombi, sewwasew taħt il-mitħna. Insibu ukoll Torri ta' epoka Punika gewwa d-dar tal-Arċipriet, fdalijiet ta' kappella f'tal-Baqqari li hija mibnija fuq fdalijiet Rumani, fdalijiet ta' Torrijiet Rumani jinsabu ukoll qrib din iż-żona. Insemmu wkoll numru sabiħ ta' Knejjes u kappelli u li nsibu f'dan ir-raħal pittoresk fosthom il-Knisja Parrokjali ddedikata lil Santa Katarina ta' Lixandra u l-Kappella Medjevali li nsibu f'Ħal Millieri ddedikata lil-Lunzjata.
Iż-Żurrieq magħruf ukoll għall-festi tiegħu li jiġu miżmuma fis-Sajf. L-ewwel waħda, ddedikata għall-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju. Il-festa titulari, meqjusa bħala l-akbar ċelebrazzjoni tar-raħal f' ġieħ Santa Katerina ta' Lixandra Verġni u Martri patruna taż-Żurrieq, tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Settembru. Il-festi jibdew mit-Tnejn ta' qabel u jdumu għaddejjin ġimgħa sħiħa. Fihom zewg lati maġġuri, dak intern li jirrigwarda l-Funzjonijiet reliġjużi, t-Tridu, l-Paniġierku u l-Purċisjoni, u l-Festi esterni li jinkludu l-murtali u il-marċi. Il-festa Titulari tiġi ċċelebrata wkoll fil-jum liturġiku tagħha nhar il-25 ta' Novembru, fejn il-Knisja Universali tfakkar it-tifkira tal-Qaddisa Patruna, Santa Katarina ta' Lixandra Verġni u Martri.
Iż-Żurrieq għandu ftehim fuq bażi ta' ġemmellaġġ ma' tliet postijiet fl-Ewropa. Dawn huma:
Il-ftehim mal-belt ta' Angermünde sar fit-2 t'Ottubru 2007. Fih, iż-żewġ lokalitajiet qablu li jippromovu r-rabtiet kulturali, sportivi u bdil ta' żgħażagħ bejniethom.
Festi
|
|
|
|
Wiki Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Iż-Żurrieq |
14°28′33″E / 35.82917°N 14.47583°E
This article uses material from the Wikipedia Malti article Iż-Żurrieq, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.