Il-Kummissjoni Ewropea hija l-fergħa eżekuttiva politikament indipendenti tal-UE.
Waħedha hija responsabbli biex tfassal il-proposti għal leġiżlazzjoni Ewropea ġdida, u timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-UE.
Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni tal-UE li tressaq liġijiet għall-adozzjoni mill-Parlament u l-Kunsill li:
Flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tiżgura li l-liġi tal-UE tiġi applikata kif suppost fil-pajjiżi membri kollha.
It-tmexxija politika hija pprovduta minn tim ta' 27 Kummissarju (wieħed minn kull pajjiż tal-UE) – immexxija mill-President tal-Kummissjoni, li jiddeċiedi min hu responsabbli għal liema qasam politiku.
Il-Kulleġġ tal-Kummissarji hu magħmul mill-President tal-Kummissjoni, it-tmien Viċi Presidenti tiegħu, inklużi tliet Viċi Presidenti Eżekuttivi, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u 18-il Kummissarju, kull wieħed responsabbli minn portafoll.
It-tmexxija ta' kuljum tal-ħidma tal-Kummissjoni ssir mill-istaff tagħha (avukati, ekonomisti, eċċ.), organizzat f'servizzi magħrufa bħala Direttorati Ġenerali (DĠ), b'kull wieħed responsabbli għal qasam politiku speċifiku.
Il-kandidat jitressaq mill-mexxejja nazzjonali fil-Kunsill Ewropew, billi jitqiesu r-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-president ikun jeħtieġ l-appoġġ tal-maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ewropew biex jiġi elett.
Il-kandidat Presidenzjali jagħżel il-Viċi Presidenti u l-Kummissarji potenzjali abbażi ta' suġġerimenti mill-pajjiżi tal-UE. Il-lista tal-kandidati trid tiġi approvata mill-mexxejja nazzjonali fil-Kunsill Ewropew.
Kull persuna nominata tidher quddiem il-Parlament Ewropew biex tispjega l-viżjoni tagħha u twieġeb il-mistoqsijiet. Imbagħad il-Parlament jivvota dwar jekk jaċċettax lin-nominati bħala tim. Fl-aħħar nett, huma jinħatru mill-Kunsill Ewropew, b’maġġoranza kwalifikata.
Il-mandat tal-Kummissjoni attwali jispiċċa fil-31 ta’ Ottubru 2024.
Il-President jiddefinixxi d-direzzjoni politika għall-Kummissjoni, li tippermetti lill-Kummissarji jiddeċiedu flimkien l-objettivi strateġiċi, u jipproduċu l-programm ta' ħidma annwali.
Id-deċijonijiet jittieħdu abbażi ta' responsabbiltà kollettiva. Il-Kummissarji kollha huma ndaqs fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni u daqsinsew responsabbli għal dawn id-deċiżjonijiet. Huma ma għandhom l-ebda setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet individwali, ħlief meta jkunu awtorizzati f’ċerti sitwazzjonijiet.
Il-Viċi Presidenti jaġixxu għan-nom tal-President u jikkoordinaw ix-xogħol fil-qasam ta' responsabbiltà tagħhom, flimkien ma’ diversi Kummissarji. Il-proġetti ta' prijorità huma ddefiniti biex jgħinu jiżguraw li l-Kulleġġ jaħdem flimkien b'mod viċin u flessibbli.
Il-Kummissarji jappoġġjaw lill-Viċi Presidenti għas-sottomissjoni ta’ proposti lill-Kulleġġ. B’mod ġenerali, id-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens, iżda jista' jkun hemm ukoll vot. F’dan il-każ, id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, fejn kull Kummissarju għandu vot wieħed.
Id-Direttorat Ġenerali rilevanti (immexxi minn Direttur Ġenerali, li jwieġeb għall-Kummissarju rilevanti) imbagħad jittratta mas-suġġett. Normalment dan is-sir fil-forma ta' abbozz ta' proposti leġiżlattivi.
Dawn imbagħad huma sottomessi mill-ġdid lill-Kummissarji għall-adozzjoni fil-laqgħa tagħhom ta’ kull ġimgħa, isiru uffiċjali, u jintbagħtu lill-Kunsill u l-Parlament għall-istadju li jmiss fil-proċess leġiżlattiv tal-UE.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Kummissjoni Ewropea, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.