Fernando Torres

Fernando José Torres Sanz (Fuenlabrada, 20 ta' Marzu 1984) hu eks-plejer u kowċ tal-futbol Spanjol li kien jilgħab bħala attakkant.

Fernando Torres
Fernando Torres
Informazzjoni personali
Isem sħiħFernando José Torres Sanz
Twelid20 ta' Marzu 1984 (1984-03-20) (40 sena)
Fuenlabrada, Spanja
Tul1.85 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
2001–2007Atlético de Madrid
2007–2011Liverpool
2011–2015Chelsea
2014–2015Milan (self)
2015–2016Milan
2015–2016→ Atlético Madrid (self)
2016–2018Atlético Madrid
2018–2019Sagan Tosu
Tim nazzjonali
2003–2014Spanja

Hu beda l-karriera tiegħu ma' Atlético Madrid, wara li tela' mit-timijiet ġovanili. Id-debutt professjonali tiegħu wasal fl-2001 u temm il-karriera tiegħu mal-klabb b'174 apparenza fil-La Liga u b'75 gowl, fejn ingħata l-laqam ta' El Niño ("It-Tfajjel") matul il-perjodu li qatta' fil-kampjonat Spanjol. Qabel dan, Torres kien lagħab żewġ staġuni fis-Segunda División, fejn f'40 dehra skorja 7 gowls. Fl-2007 hu ngħaqad ma' Liverpool, wara li l-klabb ħallas somma rekord għas-servizzi tiegħu u mmarka l-ewwel staġun mal-klabb billi sar l-ewwel plejer li skorja aktar minn 20 gowl fil-kampjonat għall-klabb fi staġun, minn mindu Robbie Fowler għamel dan fl-1995–96.

Hu hu wkoll plejer internazzjonali Spanjol u għamel id-debutt tiegħu kontra l-Portugall fl-2003. Sa issa, hu deher fi tliet kompetizzjonijiet kbar; il-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008. Fit-turnew tal-2004 hu ma setax isib ix-xibka għal Spanja, imma irnexxielu jagħeml dan għal tliet darbiet fit-Tazza tad-Dinja 2006. Torres niżżel ismu fl-istorja tal-Kampjonati Ewropej meta skorja l-gowl rebbieħ ta' Spanja fir-rebħa ta' 1–0 kontra l-Ġermanja fil-finali tal-Kampjonati Ewropej 2008.

Bidu tal-karriera

Torres, imwieled f'Madrid, interessa ruħu fil-futbol minn mindu kien tifel żgħir u fl-età ta' ħames snin ingħaqad ma' Parque 84. Missieru José kien jaħdem matul it-tfulija ta' Torres u ommu Flori kellha kuljum twasslu għat-taħriġ tal-futbol. Nannuh ma kienx xi fanatiku fuq il-futbol, imma xorta waħda rawmu biex isir partitarju ta' Atlético Madrid, u minnu, Torres wiret l-imħabba lejn it-tim Madrilen.

Oriġinarjament, Torres ried isir gowler, il-pożizzjoni li ħuh kien jilgħab fiha. Madanakollu, meta kellu seba' snin hu beda jilgħab regularment bħala attakkant f'kampjonat għall-klabb ġar tiegħu, Mario’s Holland. Tliet snin wara, meta kellu għaxar snin, hu beda jilgħab ma' Ray 13. Wara staġun impressjonanti mal-klabb il-ġdid, fejn skorja 55 gowl, TOrres kien wieħed minn tliet plejers ta' Rayo 13 li ngħataw żmien ta' prova ma' Atlético Madrid. Hu mpressjonahom u fl-1995, fl-età ta' ħdax-il sena, ingħaqad mal-klabb.

Karriera

Atlético Madrid

Fernando Torres 
Torres jiddiskuti mar-referi matul partita ma' Atlético

Wara li tela' mit-timijiet ġovanili, Torres rebaħ l-ewwel trofew ġovanili importanti fl-1998. Atlético Madrid bagħtu tim ta' taħt il-ħmistax il-sena biex jikkompeti fin-Nike Cup, kemm dik domestika u anki dik Ewropea, biex jilgħabu ma' timijiet oħra ta' klabbs prominenti oħra. Atlético rebħu dan it-turnew. Hu ġie vvutat bħala l-aqwa plejer fl-Ewropa ta' dik l-età. Fl-1999, meta kellu ħmistax-il sena, Torres iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Atlético Madrid. Hu qatta' l-ewwel sena jilgħab mat-tim taż-żgħażagħ u wara mexa biex jipparteċpa fid-División de Honor. L-istaġun 2000–01 beda fuq nota negattiva hekk kif Torres kiser saqajh u kellu jibqa' barra mill-azzjoni sa Diċembru. Id-debutt tiegħu wasal fis-27 ta' Mejju 2001, fl-Istadju Vicente Calderón, kontra Leganés. Ġimgħa wara, hu skorja l-ewwel gowl mal-klabb kontra Albacete u l-istaġun spiċċa bl-Atlético jonqsu għal ftit il-promozzjoni għal-La Liga.

L-istaġun 2001–02 ra lil Atlético jirbħu l-promozzjoni lura lejn il-La Liga, fejn dan kien staġun fqir għal Torres, fejn minn 36 apparenza skorja sitt darbiet fis-Segunda Division. L-ewwel staġun ta' Torres fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol, 2002–03, kien wieħed pożittiv hekk kif skorja 12-il darba minn 29 dehra hekk kif Atlético temmew l-istaġun fil-ħdax-il post. Fit-tieni staġun tiegħu fil-La Liga, Torres kompla jtejjeb l-abilitajiet tiegħu, fejn skorja 19-il gowl f'35 apparenza, li kien ifisser li spiċċa t-tielet l-aqwa skorer tal-kampjonat. Fl-età ta' dsatax-il sena, hu ngħata l-faxxa ta' kaptan ta' Atlético, biex sar l-iżgħar kaptan fl-istorja ta' Atlético. Atlético naqsu bi ftit li jikkwalifikaw għat-Tazza UEFA, imma billi spiċċa fis-7 post fl-2004 huma kkwalifikaw għat-Tazza Intertoto, fejn taw lil Torres l-ewwel tomgħa tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs Ewropej. Iċ-ċampjins tal-Premier League Chelsea kienu interessati fil-firma tal-plejer fl-2005, però l-president ta' Atlético Enrique Cerezo irrimarka li huma ma kellhom "ebda ċans" li jixtruh. Cerezo, f'Jannar tal-2006, qal li l-klabb kien lest li jisma' xi offerti għal Torres, b'Torres jistqarr li Newcastle United kien għamlu offerta għalih f'Marzu.

Wara t-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni Torres ħa sehem fiha f'isem it-tim nazzjonali Spanjol, hu ammetta li kien irrifjuta li jingħaqad ma' Chelsea fi tmiem l-istaġun 2005–06. Wara l-istaġun 2006–07, fejn skorja 14-il gowl fil-kampjonat, il-futur ta' Torres ma' Atlético kien suġġett għal spekulazzjoni wara li t-tim ma kienx kiseb post awtomatiku fit-Tazza UEFA. Arsenal, Chelsea, Liverpool u Manchester United ilkoll kienu interessati fih, b'rapporti fl-istampa Brittanika jgħidu li Torres kien l-objettiv prinċipali tal-kampanja akkwisti ta' Liverpool. Minkejja li l-president ta' Atlético, Enrique Cerezo, stqarr li ma kienu rċevew l-ebda offerta mit-tim ta' Liverpool, ftit ġranet wara xi rapporti ssuġġerew li Atlético kien qablu ma' Liverpool rigward it-trasferiment ta' Torres; is-somma kellha tkun ta' madwar £25 miljun b'Luis García jitrasferixxi fid-direzzjoni opposta f'negozju ta' trasferiment separat. Fit-30 ta' Ġunju, Atlético ħabbru l-akkwist ta' Diego Forlán mit-tim ta' Villareal, li kellu jidher l-eredi ta' Torres qabel ma t-trasferiment tiegħu kien ġie finalizzat. Fit-3 ta' Lulju, Torres għamel it-test mediku għal Liverpool u kien imħabbar li konferenza stampa se tiġi skedata f'Madrid fl-4 ta' Lulju biex jingħata ringrazzjament lill-benjamini ta' Atlético. Is-somma li tħallset għall-firma ta' Torres hi l-ikbar waħda fl-istorja ta' Torres,, u f'Marzu 2008, il-kowċ Rafael Benítez ikkonferma lill-gazzetta The Times li Torres ġie miksub għal somma ta' madwar £20 miljun.

Liverpool

Fernando Torres 
Torres fl-azzjoni ma' Liverpool kontra Middlesbrough fit-23 ta' Frar 2008, liema partita skorja tripletta

2007–08

Torres iddebutta ma' Liverpool nhar il-11 ta' Awwissu 2007, kontra Aston Villa fir-rebħa ta' 2–1. L-ewwel dehra fiċ-Champions League waslet erbat ijiem wara fir-rebħa ta' 1–0 kontra Toulouse, hekk kif daħal bħala sostitut fid-79 minuta. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-debutt tiegħu f'Anfield nhar id-19 ta' Awwissu, meta skorja fis-16-il minuta kontra Chelsea, partita li ntemmet pari ta' 1–1. L-ewwel tripletta tiegħu waslet f'Settembru fir-rebħa ta' 4–2 kontra Reading fil-League Cup, bil-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima. L-ewwel gowls fiċ-Champions League waslu fit-tielet apparenza tiegħu f'din il-kompetizzjoni meta Liverpool għelbu lil Porto 4–1, fejn ħalla l-marka tiegħu għal darbtejn.

Hu rebaħ l-unur tal-plejer tax-xahar tal-Premier League għax-xahar ta' Frar, li matulu irnexxielu jiskorja erba' gowls f'żewġ logħbiet, fosthom tripletta kontra Middlesbrough nhar it-23 ta' Frar 2008. Din it-tripletta u oħra fir-rebħa ta' 4–0 kontra West ham United fil-5 ta' Marzu 2008 fissret li sar l-ewwel plejer ta' Liverpool li qatt skorja tripletta f'partiti suċċessivi ġewwa daru, minn mindu Jackie Balmer għamel dan f'Novembru tal-1946. Aktar tard f'Marzu, wara li skorja fis-47 minuta permezz ta' daqqa ta' ras kontra Reading, hu sar l-ewwel plejer ta' Liverpool li skorja aktar minn 20 gowl fil-kampjonat minn mindu Robbie Fowler kien wasal sal-istess stadju lura fl-istaġun 1995–96. F'April, hu skorja gowl ieħor fiċ-Champions League, din id-darba fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali kontra Arsenal, biex ta lil Liverpool post fis-semifinali. Dan il-gowl kien id-29 wieħed fil-kompetizzjonijiet kollha għal dak l-istaġun, fejn għeleb ir-rekord personali ta' Michael Owen għan-numru ta' gowls fi staġun wieħed. Fil-11 ta' April 2008, ġie mħabbar li Torres kien imniżżel fost il-kandidati għar-rebħ tal-Plejer tas-Sena tal-PFA, unur li eventwalment kien mirbuħ minn Cristiano Ronaldo ta' Manchester United. L-internazzjonali Spanjoli kien ukoll nominat għall-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena, li kien mirbuħ minn Cesc Fàbregas ta' Arsenal, u ġie msemmi fit-Tim tas-Sena tal-PFA. F'Mejju, hu spiċċa t-tieni wara Ronaldo għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FWA.

Fernando Torres 
Torres matul ir-rebħa ta' 3–2 ta' Liverpool fuq Manchester City fil-5 ta' Ottubru 2008, fejn skorja żewġ gowls

Nhar l-4 ta' Mejju 2008, Torres skorja il-gowl rebbieħ fis-57 minuta fil-konfront kontra Manchester City, gowl li ugwalja r-rekord ta' Anfield ta' tmien partiti konsekuttivi li fihom ħalla l-marka tiegħu, rekord li preċedentament kien f'idejn Roger Hunt. Wara li skorja l-24 gowl personali fil-kampjonat fl-aħħar ġurnata tal-istaġun, fir-rebħa ta' 2–0 fuq Tottenham Hotspur, hu għamel rekord ġdid bħala l-aktar attakkant prolifiku ta' kull żmien fl-istaġun debuttanti fl-Ingilterra, fejn għeleb dan ir-rekord li kien ta' Ruud van Nistelrooy (23 gowl). Hu u Emmanuel Adebayor spiċċaw fit-tieni post bl-istess numru ta' gowls fil-klassifika tal-aqwa skorers tal-Premier League. Kien hemm spekulazzjoni kbira li Chelsea kienu lesti li joffru £50 miljun għal Torres, però hu rrisponda billi qal li se jgħaddu "ħafna snin" qabel ma jitlaq lil Liverpool.

2008–09

Torres għamel bidu mill-aqwa għall-istaġun 2008–09 tal-Premier League, fejn skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' Liverpool barra minn darhom kontra Sunderland. Fil-pari ta' 0–0 kontra Aston Villa, hu ġibed il-hamstring u kellu joqgħod barra mil-logħob bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat. Ir-ritorn tiegħu wasal fir-rebħa kontra Marseille f'partita taċ-Champions League, u kompla biex skorja doppjetta fid-derbi ta' Merseyside kontra Everton biex ta lil Liverpool rebħa ta' 2–0. Doppjetta oħra segwiet din id-darba kontra Manchester City f'rebħa ta' 3–2 ġewwa s-City of Manchester Stadium, fejn l-ewwel wieħed minnhom kien l-elf gowl ta' Liverpool fil-Premier League. Matul logħba mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, hu weġġa' u kellu jitlef tliet partiti għal Liverpool, fosthom tilef il-laqgħa mill-ġdid mal-klabb preċedenti tiegħu Atlético Madrid fiċ-Champions League. Nhar is-27 ta' Ottubru, hu ġie msemmi fit-tim tal-FIFPro World XI għall-istaġun 2007–08.

Ir-ritorn tiegħu wasal bħala sostitut fir-rebħa ta' 3–0 fuq West Bromwich Albion FCWest Bromwich Albion. Hu stqarr li jkun interessat li jirritorna lura lejn Atlético, fejn qal "Ma nafx jekk nirtirax hemmhekk, imma nixtieq li mmur lura u nlesti xi affarijiet li għad iridu jsiru." F'Novembru, għal darb'oħra kellu jdum barra mil-logħob bejn ġimgħatejn u tliet ġimgħat wara r-rebħa ta' 1–0 kontra Marseille, perjodu li wara ġie estiż għal erba' ġimgħat. F'Diċembru, hu ġie msemmi fost il-kandidati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA, u eventwalment spiċċa fit-tielet post wara Ronaldo u Lionel Messi. Torres irritorna fl-azzjoni fit-3 ta' Jannar 2009 bħala sostitut fir-rebħa kontra Preston North End, fejn ħalla wkoll il-marka tiegħu permezz ta' gowl, l-ewwel wieħed tiegħu fl-FA Cup. Nhar l-1 ta' Frar, hu skorja żewġ gowls fl-aħħar minuti tal-konfront kontra Chelsea, partita mirbuħa 2–0 mit-tim ta' Liverpool. Wara madwar sena u nofs mal-klabb, il-gazzetta The Times semmietu fil-50 post mil-lista tal-"50 l-aqwa plejer ta' Liverpool", fejn wera biċ-ċar l-impatt li ħalla f'Liverpool f'perjodu daqshekk żgħir.

Torres affaċċja lir-rivali qodma tiegħu Real Madrid nhar l-10 ta' Marzu 2009 fil-fażi tal-aħħar sittax taċ-Champions League. Torres, minkejja li lagħab b'uġigħ fl-irkoppa, skorja l-ewwel gowl tal-partita u ngħata wkoll l-unur tal-plejer tal-partita, hekk kif il-partita spiċċat 4-0 f'favur Liverpool. Erbat ijiem wara Torres skorja għall-ewwel darba kontra Manchester United, fejn kiseb il-gowl tal-pari fir-rebħa ta' Liverpool ta' 4–1. Hu ġie msejjaħ fit-Tim tas-Sena tal-PFA għat-tieni sena konsekuttiva f'April tal-2009. Torres skorja l-50 gowl tiegħu għal Liverpool fl-24 ta' Mejju kontra Tottenham Hotspur fl-aħħar ġurnata tal-istaġun 2008–09, fejn kienet l-84 dehra tiegħu.

2009–10

Fi tmiem l-istaġun Torres qabel li jestendi l-kuntratt tiegħu, li dan għamlu fl-14 ta' Awwissu. B'dan il-kuntratt, Liverpool żiedu s-salarju tiegħu għal £110,000 fil-ġimgħa. Torres skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun 2009–10 fir-rebħa ta' 6–1 kontra Hull City ġewwa Anfield. Fit-2 ta' Ottubru 2009, Torres ġie msejjaħ Plejer tax-Xahar għal Settembru, wara li skorja 5 gowls f'Settembru u jsir l-aqwa skorer tal-Premier League. Għat-tieni sena konsekuttiva ġie mniżżel fil-FIFPro World XI. Il-gowl tiegħu fl-aħħar minuti kontra Aston Villa fid-29 ta' Diċembru 2009 għamluh l-iktar plejer fl-istorja tal-klabb li laħaq il-50 gowl fl-inqas logħbiet. L-aħħar dehra għall-istaġun kienet fir-rebħa ta' 4–1 tat-8 ta' April kontra Benfica fit-Tazza UEFA (fejn skorja doppjetta), u għaxart ijiem wara ħarġet l-aħbar li kien se jitlef l-istaġun kollu minħabba kirurġija li kellu bżonn f'irkopptu. B'hekk temm l-istaġun għal darb'oħra bħala l-aqwa skorer ta' Liverpool, bi 22 gowl minn 32 logħba.

2010–11

Wara l-ħatra ta' Roy Hodgson bħala l-kowċ il-ġdid ta' Liverpool għall-istaġun 2010–11, l-istess kowċ saħaq fuq kif Torres ma kienx għall-bejgħ u xejjen rapporti li l-plejer kien se jitlaq 'il-klabb. Torres stess saħħaħ l-impenn tiegħu mal-klabb fit-3 ta' Awwissu, fejn qal "L-impenn tiegħi u l-lealtà lejn il-klabb u l-partitarji hija l-istess bħalma kienet fl-ewwel ġurnata meta iffirmajt." L-ewwel gowl għal dan l-istaġun wasal fid-29 ta' Awwissu, hekk kif il-gowl tiegħu sarraf f'rebħa prezzjuża ta' 1–0 kontra West Bromwich Albion. It-tieni gowl tiegħu kellu jtemm nixfa ta' iktar minn xahar mingħajr ma jsib ix-xibka, meta fl-24 ta' Ottubru skorja l-gowl tar-rebħa kontra Blackburn Rovers. Fis-7 ta' Novembru, skorja ż-żewġ gowls kontra Chelsea fir-rebħa ta' 2–0.

Chelsea

Nhar it-28 ta' Jannar 2011, Torres għamel rikjesta għal trasferiment lil Liverpool, li ġiet irrifjutata. Fl-aħħar ġurnata tas-suq ta' trasferimenti, Liverpool aċċettaw l-offerta rekord ta' €58.5 miljun mit-tim ta' Chelsea, u Torres ġie uffiċjalment preżentat bħala plejer tal-Blues fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin. L-ewwel gowl mal-klabb wasal fit-23 ta' April fir-rebħa ta' 3–0 kontra West Ham United, li temmet serje negattiva ta' 903 minuti mingħajr gowl.

Internazzjonali

Fernando Torres 
Torres jiċċelebra r-rebħa ta' Spanja fl-Euro 2008

Fl-2003, Torres ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali Spanjol, u nhar is-6 ta' Settembru 2003 iddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Portugall. L-ewwel gowl tiegħu għal Spanja wasal kontra l-Italja fit-28 ta' April 2004. Hu kien magħżul bħala parti mill-kontinġent Spanjol għall-Kampjonati Ewropej 2004, imma deher biss bħala sostitut fl-aħħar minuti tat-tieni partita ta' Spanja fil-fażi tal-gruppi, minkejja li lagħab id-disgħin minuta fil-partita deċiżiva kontra l-Portugall; Spanja tilfu 1–0 u ġew eliminati.

Hu skorja seba' gowls fi ħdax-il apparenza fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja 2006, fejn b'hekk kien l-aqwa skorer ta' Spanja matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni. Fl-ewwel dehra tiegħu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, fl-edizzjoni tal-2006 li saret fil-Ġermanja, Torres skorja l-aħħar gowl fir-rebħa ta' 4–0 fuq l-Ukrajna. Fit-tieni partita, Torres skorja darbtejn kontra t-Tuneżija; l-ewwel fis-76 minuta biex tefa' lil Spanja 2–1 fil-vantaġġ u mbagħad fid-90 minuta minn penalty. Hu spiċċa dan it-turnew bħala l-aqwa skorer ta' Spanja flimkien ma' David Villa, li wkoll skorja tliet gowls.

Torres ġie msejjaħ fl-iskwadra Spanjola għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn assista lil Villa biex jiskorja l-ewwel gowl ta' Spanja f'dan it-turnew fil-partita tal-ftuħ kontra r-Russja. Hu skorja l-gowl tal-ftuħ, l-ewwel wieħed tiegħu f'din l-edizzjoni, fil-partita suċċessiva ta' Spanja; rebħa ta' 2–1 fuq l-Iżvezja. Torres skorja l-gowl rebbieħ u rċieva l-unur tal-Plejer tal-Partita fil-finali kontra l-Ġermanja fir-rebħa ta' 1–0. Flimkien ma' sieħbu fuq l-attakk, David Villa, ġie msemmi fit-Tim tat-Turnew.

Nhar it-28 ta' Marzu 2009, Torres għamel is-60 apparenza għall-pajjiż tiegħu kontra t-Turkija fejn sar l-iżgħar plejer li laħaq din iċ-ċifra ta' preżenzi. Hu ġie msejjaħ fi ħdan l-iskwadra Spanjola għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009. Hu skorja tripletta wara biss 17-il minuta f'logħba minn partita mill-fażi tal-gruppi tal-istess kompetizzjoni kontra New Zealand nhar l-14 ta' Ġunju, biex kiser ir-rekord tal-iktar tripletta veloċi minn plejer għat-tim Spanjol. Hu lagħab ukoll fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Istati Uniti fis-semifinali, u kif ukoll fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, li Spanja rebħuha 3–2 wara l-ħin barrani.

Ħajja personali

Torres hu mgħarres lil Olalla Domínguez Liste, fejn ilu f'relazzjoni magħha mill-2001. Fi Frar tal-2009 ġie mħabbar li l-koppja kienet qed tistenna tarbija, li aktar wara kkonfermaw li se tkun tifla.

Statistika

Korretti sal-15 ta' Marzu 2013

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Atlético Madrid 2000–01 4 1 2 0 6 1
2001–02 36 6 1 1 37 7
2002–03 29 13 2 1 31 14
2003–04 35 19 5 2 40 21
2004–05 38 16 6 2 5 2 49 20
2005–06 36 13 4 0 40 13
2006–07 36 14 4 1 40 15
Total 214 82 24 7 5 2 243 91
Liverpool 2007–08 33 24 1 0 1 3 11 6 46 33
2008–09 24 14 3 1 2 0 9 2 38 17
2009–10 22 18 2 0 0 0 8 4 32 22
2010–11 23 9 1 0 0 0 2 0 26 9
Total 102 65 7 1 3 3 30 12 142 81
Chelsea 2010–11 14 1 0 0 0 0 4 0 18 1
2011–12 32 6 6 2 1 0 10 3 49 11
2012–13 28 7 3 1 4 2 11 4 3 2 49 16
Total 74 14 9 3 5 2 25 7 3 2 116 28
Total tal-karriera 390 161 40 11 8 5 60 21 3 2 501 200

Dehriet internazzjonali

Korretti sas-16 ta' Ottubru 2012

Tim nazzjonali Sena Preż Gowls
Spanja 2003 3 0
2004 11 1
2005 12 8
2006 13 5
2007 6 1
2008 13 3
2009 13 5
2010 11 3
2011 9 1
2012 10 4
Total 101 31

Unuri

Klabb

    Atlético Madrid
  • Segunda División: 2001–02
    Chelsea

Internazzjonali

Individwali

  • L-aqwa skorer tan-Nike Cup: 1999
  • Plejer tat-Turnew tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-16-il sena: 2001
  • L-aqwa skorer tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt is-16-il sena: 2001
  • Plejer tat-Turnew tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt id-19-il sena: 2003
  • L-aqwa skorer tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt id-19-il sena: 2003
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 2007–08, 2008–09
  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Frar 2008, Settembru 2009
  • Tim tat-Turnew tal-Kampjonati Ewropej: 2008
  • Tim tas-Sena tal-UEFA: 2008
  • Żarbuna tad-Deheb tal-Kampjonati Ewropej: 2012
  • FIFPro World XI: 2008, 2009

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Fernando Torres Bidu tal-karrieraFernando Torres KarrieraFernando Torres InternazzjonaliFernando Torres Ħajja personaliFernando Torres StatistikaFernando Torres UnuriFernando Torres ReferenziFernando Torres Ħoloq esterniFernando TorresAttakkantFutbolSpanja

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

GineaNeymarYouTubeBenito MussoliniPerùMekkaMagrebMostaIl-MarsaGrammaArchitraveParteċipazzjoni fil-Festival tal-EurovisionDiego MaradonaSanta Luċija, MaltaL-Innu MaltiPanamaAnthony ZammitFIFA Puskás AwardTazza tal-LibertàĠorġ PisaniGwerer PuniċiTeorija ta' kolloxKirurguKristadelfjaniDu FuNorveġjaMons. Charles VellaJQueryVjetnamFlora ta' MaltaLinja ħadra tal-metro ta' MontrealAntonio SciortinoGalileo GalileiJames Aaron EllulKorfùMetro ta' PyongyangGħawdexPopolazzjoniImmakulata KunċizzjoniArmenjaLandierPapa Ġwanni Pawlu IIH. G. WellsEdwin GrechReliġjon NisranijaMaurice de PagnacStorjaSannat Lions FCMaltaSpanjaAttakk tal-Kremlin 2023Mużew ta' Plantin-MoretusGerry ZammitArkanġlu MikielJeddahProbabbiltàPatri PijuPoddataTransnistrijaIl-Merkant ta’ VenezjaAnarkiżmu🡆 More