Bordeaux: Belt Franċiża

Bordeaux (pronunzjata: /bɔːrˈdoʊ/ bor-DOH, bil-Franċiż: ; bl-Oċċitan ta' Gascon: Bordèu ; bil-Bask: Bordele) hija belt portwali max-xmara Garonne fid-dipartiment Franċiż ta' Gironde, fil-Lbiċ ta' Franza.

Hija l-belt kapitali tar-reġjun ta' Nouvelle-Aquitaine, kif ukoll tal-prefettura tad-dipartiment ta' Gironde. L-abitanti tal-belt jissejħu "Bordelais" (bil-maskil) jew "Bordelaises" (bil-femminil). It-terminu "Bordelais" jista' jirreferi wkoll għall-belt u għar-reġjun tal-madwar.

Bordeaux
Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija Franza
Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija
Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija
Amministrazzjoni
Stat sovranFranza
Administrative territorial entity of FranceFranza Metropolitana
Region of FranceNouvelle-Aquitaine
Dipartimenti ta' FranzaGironde
MétropoleMetropoli ta' Bordeaux
Kap tal-Gvern Pierre Hurmic (en) Translate
Isem uffiċjali Bordeaux
Commune-Franklin
Bordeaux
Ismijiet oriġinali Bordeaux
Bordèu
Kodiċi postali 33000, 33100, 33200, 33300u 33800
Ġeografija
Koordinati 44°50′16″N 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°W / 44.8378; -0.5794 0°34′46″W / 44.8378°N 0.5794°W / 44.8378; -0.5794
Bordeaux is located in France
Bordeaux
Bordeaux
Bordeaux (France)
Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija, Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerijau Bordeaux: Sit ta Wirt Dinji, Relazzjonijiet internazzjonali, Gallerija
Superfiċjenti 49.36 kilometru kwadru
Għoli 6 m
Fruntieri ma' Blanquefort (en) Translate, Talence (en) Translate, Bègles (en) Translate, Mérignac (en) Translate, Pessac (en) Translate, Bassens (en) Translate, Le Bouscat (en) Translate, Bruges (en) Translate, Cenon, Eysines (en) Translate, Floirac (en) Translateu Lormont (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 261,804 abitanti (1 Jannar 2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 5 century "BCE"
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Munich, Fukuoka, Ashdod, Oran, Lima, Bristol, Los Angeles, Madrid, Casablanca, Wuhan, San Pietruburgu, Krakovja, Bamako, Riga, Quebec, Bilbao, Baku, Porto, Ramallahu Ouagadougou
bordeaux.fr

Il-belt ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 259,809 ruħ fl-2020 fi ħdan territorju muniċipali żgħir ta' 49 km2 (19-il mil kwadru), iżda flimkien mas-subborgi tagħha u l-irħula tal-madwar, iż-żona metropolitana ta' Bordeaux kellha popolazzjoni ta' 1,376,375 ruħ fl-istess sena (skont iċ-ċensiment ta' Jannar 2020), jiġifieri s-sitt belt l-iżjed popolata fi Franza wara Pariġi, Lyon, Marsilja, Lille u Toulouse.

Bordeaux u 27 muniċipalità suburbani jiffurmaw flimkien il-Metropoli ta' Bordeaux, awtorità metropolitana eletta indirettament li issa hija responsabbli għal kwistjonijiet metropolitani usa'. Il-Metropoli ta' Bordeaux, b'popolazzjoni ta' 819,604 ruħ fiċ-ċensiment ta' Jannar 2020, hija l-ħames metropoli l-iktar popolata fi Franza wara dawk ta' Pariġi, Marsilja, Lyon u Lille.

Bordeaux hija kapitali dinjija tal-inbid: hemm bosta kastelli u vinji fix-xaqlibiet tal-għoljiet tal-Gironde, u l-belt tospita l-ikbar fiera ewlenija dinjija tal-inbid, Vinexpo. Bordeaux hija wkoll wieħed miċ-ċentri tat-turiżmu gastronomiku u kummerċjali għall-organizzazzjoni ta' kungressi internazzjonali. Hija post ċentrali u strateġiku għas-settur tal-ajrunawtika militari u spazjali, fejn għandhom is-sede tagħhom kumpaniji internazzjonali bħal Dassault Aviation, Ariane Group, Safran u Thalès. Ir-rabta mal-avjazzjoni tmur lura għall-1910, is-sena meta tar l-ewwel ajruplan fuq il-belt. Tinsab f'salib it-toroq għall-għarfien permezz tar-riċerka universitarja, u tospita wieħed miż-żewġ lasers ta' megajoule fid-dinja, kif ukoll popolazzjoni universitarja ta' iżjed minn 130,000 student fi ħdan il-Metropoli ta' Bordeaux.

Bordeaux hija destinazzjoni turistika internazzjonali għall-wirt arkitettoniku u kulturali tagħha, b'iktar minn 350 monument storiku, u b'hekk wara Pariġi hija l-belt bl-iżjed monumenti elenkati jew irreġistrati fi Franza. Il-"Ġawhra ta' Aquitaine" ġiet ivvutata bħala d-Destinazzjoni Ewropea tas-sena fi stħarriġ online li sar fl-2015. Il-metropoli ngħatat ukoll premjijiet u klassifikazzjonijiet pożittivi minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Pereżempju fl-1957 Bordeaux ingħatat il-Premju Ewropa għall-isforzi tagħha fit-trażmissjoni tal-ideal Ewropew. F'Ġunju 2007, il-"Port tal-Qamar" fiċ-ċentru storiku ta' Bordeaux tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala kumpless arkitettoniku u urban straordinarju u bħala rikonoxximent tal-importanza internazzjonali ta' Bordeaux matul l-aħħar 2,000 sena. Bordeaux hija kklassifikata wkoll bħala belt ta' Suffiċjenza min-Network tar-Riċerka dwar il-Globalizzazzjoni u l-Bliet Dinjin.

Sit ta' Wirt Dinji

Bordeaux, il-Port tal-Qamar, ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007 fil-31 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Relazzjonijiet internazzjonali

Ġemellaġġi

Bordeaux hija ġemellata ma':

Sħubijiet

Gallerija

Biblijografija

  • Chantal Callais and Thierry Jeanmonod (2019). Bordeaux : a history of architecture. La Crèche: La Geste. ISBN 979-10-353-0188-0.
  • François Hubert, Christian Block and Jacques de Cauna (2018). Bordeaux in the 18th century : trans-Atlantic trading and slavery (2nd ed.). Bordeaux: Le Festin. ISBN 978-2-36062-009-8.

Referenzi

Tags:

Bordeaux Sit ta Wirt DinjiBordeaux Relazzjonijiet internazzjonaliBordeaux GallerijaBordeaux BiblijografijaBordeaux ReferenziBordeauxBelt kapitaliFranzaLingwa Franċiża

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

BirguKimikaIl-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar JiemKerċemFariżejMaltaL-ImsidaAwstraljaRafahThomas à KempisŻewsSierra LeoneJohn F. MarksDrittNiġerSważilandĠeometrijaNapuljun I ta' FranzaKirġiżistanTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Tempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexFeniċiKorea t'IsfelMystrasTumas MoreSan ĠużeppJimmy WalesIra LoscoPolonjaPartit Laburista (Malta)Madre Tereża ta' KalkuttaGħanaIt-Tieni Gwerra DinjijaAda LovelaceMaltinVirġiljuL-IslaKroazjaTrevor TemplemanĦadidFranzaWied WirdienErojMalala YousafzaiPapwa Gwinea l-ĠdidaISO 3166-1Rivoluzzjoni IndustrijaliMahathir MohamadIndoewropewClaude Joseph Rouget de LislePremier LeagueInterlinguaLingwa FranċiżaPalazz tal-Gran MastruĠnus MagħqudaLogħob OlimpikuStorja🡆 More