Antropoloġija

L-Antropoloġija (mill-kelma Grieka: ἄνθρωπος, antropos, bniedem; u λόγος, logos, taħdit litt.

li titkellem dwar il-bnedmin) hija l-istudju ta' l-umanità. L-antropoloġija tnisslet mix-xjenzi naturali, l-istudji umanistiċi, u x-xjenzi soċjali. Dan it-terminu ġie użat l-ewwel darba minn François Péron meta iddiskuta l-inkontri tiegħu ma' l- Aboriġini ta' Tasmania. L-Antropoloġija hija l-istudju tal-karatteristiċi fiżiċi, soċjali u kulturali ta' l-umanità. L-Etnografija tirreferi kemm għal waħda mill-metodi ewlenin ta' l-antropoloġija u kemm għat-test li jinkiteb bħala riżultat tal-prattika ta' l-antopoloġija u l-elementi tagħha.

Minn żmien ix-xogħol ta' Franz Boas u Bronisław Malinowski fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, l-antropoloġija bdiet tiddistingwixxi ruħha minn xjenzi soċjali oħra minħabba l-enfażi fuq l-eżaminazzjoni fil-fond tal-kuntest, ipparagunar bejn kulturi differenti, u l-importanza li tefgħat fuq l-osservazzjoni parteċipattiva, jew immersjoni esperementali, fit-tul fiż-żona tar-riċerka. L-antropoloġija, partikolarment dik kulturali, enfasizzat ir-relattivita kulturali u l-użu ta' sejbiet mir-riċerka biex issir kritika kulturali. Din kienet partikolarment prominenti fl-Istati Uniti, mill-argumenti ta' Boas kontra l-ideoloġija razzjali tas-seklu 19, għall-ġlieda ta' Margaret Mead għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-liberazzjoni sesswali, sal-ktirika kurrenti ta' l-oppressjoni post-kolonjali u l-promozzjoni tal-multikulturaliżmu.

Tags:

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

VjetnamFrans CamilleriCantilenaBuenos AiresMelita FCIl-Paġna prinċipaliAlġerijaMikhail GorbachevMiriam Spiteri DebonoSkulturaQabar Traċjan ta' SveshtariĠudaiżmuNadurDun Karm PsailaĦaġar QimOrdni ta' San ĠwannAżerbajġanĦal GħaxaqFloriana FCMatematikaPapa Ġwanni Pawlu IILingwa RussaLaosKompjuterWikiH. G. WellsStorja ta' MaltaWiki CommonsKażakistanSeychellesKnisja Katidrali ta' GħawdexStadio Giuseppe MeazzaAfganistanPawlu MikiPalazz tal-Gran MastruLingwaÉvoraMicrosoft WindowsTurkijaRobert AbelaTemi ZammitGħajn TuffieħaL-ImdinaISBNClayton FaillaBirkirkaraJan VermeerGiovanni CamocioPapa Benedittu XVIBenito MussoliniMadre Tereża ta' KalkuttaLingwa MaltijaClaudio MonteverdiSit ta' Wirt DinjiMarokkFilosofijaĠeoloġijaISO 3166-1WikizzjunarjuĦaitiRay MahoneyĠappunAllahSit elettroniku🡆 More