Ray Mahoney: Poeta u awtur tal-kanzunetti

Ray Mahoney (1 ta' Ġunju 1949 – 25 ta' Lulju 2023) kien poeta u awtur Malti ta' bosta kanzunetti popolari.

Ray Mahoney
Ħajja
Twelid San Ġiljan, 1 Ġunju 1949
Nazzjonalità Malta
Mewt 25 Lulju 2023
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
liriċista
maniġer ta' bank

Mohoney twieled f’San Ġiljan fl-1 ta’ Ġunju tal-1949. Beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist mal-Union Press, iżda ħalla din il-linja ta' xogħol meta daħal jaħdem bħala bankier l-ewwel mal-Mid-Med Bank u aktar tard mal-HSBC (Malta).

Poeta

Huwa beda jikteb il-poeżija fl-1963. Fl-1967 kien wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju. Fl-1968, meta kellu 19-il sena, il-poeżiji tiegħu dehru fil-ġabra Antenni, flimkien ma' poeżiji ta' Mario Azzopardi, J.J. Camilleri, u Victor Fenech. Matul is-snin ta' wara, ħafna mill-poeżiji ta’ Mahoney ġew ippubblikati f’kotba u antoloġiji, fosthom Linji Ġodda (1973), Ilħna Mkissra (1989), u Mwieġ (1994). Il-poeżiji tiegħu dehru ukoll f'kotba bħal: Dawl fil-Persjani, Għoxrin Rebbiegħa, il-Muża Maltija, Orizzonte Senza Fine, Cross Winds, il-Poeżija Maltija, Turġien, Ħodon Qronfol, Il-Miġra, Ward mal-Mogħdija, Qawsalla, u Disgħa Għal Disgħa. Huwa kiteb ukoll novelli bħal "U x-Xitwa Fadlilha Ġimgħa" (1982), "Meta r-riħ Jonfoh Kontra" (1985) u "Susanna" (1989).

Xandar

Mahoney ħadem ukoll fil-qasam tax-xandir. Għal xi żmien fil-bidu tas-snin tmenin kien jippreżenta u jipproduċi programmi fuq Radju Malta, fosthom wieħed popolari ferm jismu Niltaqgħu Hemm, u kien ukoll jaqra l-aħbarijiet tat-8pm fuq Television Malta.

Wara li nftetah l-istazzjon tar-radju Super 1 tal-Partit Laburista, huwa kien ukoll ixandar minn hemm. Fost l-aktar xandiriet notevoli tiegħu fuq dan l-istazzjon kien hemm il-qari tar-rumanzi.

Awtur ta' kliem għall-kanzunetti

Mahoney kiteb il-kliem għall-ewwel rock opera bil-Malti, Ġensna, li dehret fl-1982. Fis-snin ta' wara kiteb il-kliem għal bosta musicals Maltiin, inkluż Bastilja (1989), Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika (1991), Il-Gwerra ta’ Spiru Ċefai (1992), Ali Baba (1994), Żeża tal-Flagship (1996), It-Tfajla tal-Palazz (1997), It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla (1999), Rita ta' Cascia (2000), Manuel! Manuel! IL-Bandiera tal-Maltin (2000) u Jien Ġużeppi (2006).

Fil-bidu tas-snin disgħin kellu żewġ suċċessi fil-Festival Kanzunetta tal-Maltija għall-Ewropa li permezz tiegħu kienet tintgħażel il-kanzunetta li tirrapprezenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest. Fl-1991, kiteb il-kanzunetta Could It Be / Sejjaħ u Ssibni ma' Paul Abela, li kienet kantata minn Paul Giordimaina u Georgina; il-kanzunetta ġiet fis-sitt post fil-konkors li kien sar f'Ruma. Is-sena ta' wara, kellu l-kanzunetta Little Child / Tfajjel Ċkejken, li kiteb flimkien ma' Georgina għal Mary Spiteri; il-kanzunetta kienet ivvotata fit-tielet post fil-festival li sar f'Malmo, l-Iżvezja.

Fl-1997 rebaħ il-premju għall-aqwa kittieb tal-kliem għall-kanzunetti fil-Malta Music Awards.

Mewt

Mahoney miet nhar it-Tlieta 25 ta' Lulju, fl-età ta' 75 sena. Meta tħabbret il-mewt tiegħu, l-ex Prim Ministru Alfred Sant iddeskrivih bħala "poeta b'ħakma totali tal-kelma Maltija -- u fi twemminu soċjalista minn għeruqu mhux għall-konvenjenza".

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Ray Mahoney PoetaRay Mahoney XandarRay Mahoney Awtur ta kliem għall-kanzunettiRay Mahoney MewtRay Mahoney ReferenziRay Mahoney Ħoloq esterniRay Mahoney

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Pjanura ta’ Stari GradKulturaĠan Anton VassalloIndoneżjaKubaClare AzzopardiArabja SawdijaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Lingwa SqallijaŻambjaFrarKarmelitaniLingwa ErżjanaLista tal-għasafar ta' MaltaGalileo GalileiCharles de FoucauldFilosofijaLingwa FranċiżaAbout-url2024 fil-mużika ta' MaltaRużar BriffaĊinaTurkmenistanSão Tomé u PríncipeIstanbulPrinċep Philip, Duka ta' EdinburguTuneżijaEstonjaElezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)NamibjaDanimarkaKoranŻona tal-ħinĊiliClaudio MonteverdiSważilandBaskin-RobbinsGżira ManoelPremier LeagueĠużeppi De PiroFabrizio FanielloMalta taħt il-FranċiżiLista ta' pajjiżi skont l-erjaStorja ta' MaltaPeléKolombjaMikiel Anton VassalliL-ImdinaNatura mejtaMiriam Spiteri DebonoEutheriaTriq ta' Sant'AnnaLe HavreIngilterraSnajja MaltinSophia Loren2 ta' JannarIż-ŻurrieqIt-Tieni Gwerra DinjijaHector Bruno🡆 More