Discogs: Website u database diskografiku

Discogs (tqassira ta' discographies bl-Ingliż) huwa database ta' informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet awdjo, inkluż matejal maħruġ kummerċjalment, materjal promozzjonali, u bootlegs jew off-label.

Il-kontenuti tad-database huma ġġenerati mill-utenti, u ġie deskritt f'The New York Times bħala "like Wiki Discogs". Filwaqt li s-sit inħoloq oriġinarjament bil-għan li jsir l-akbar database disponibbli online tal-mużika elettronika, issa jinkludi materjal fil-ġeneri kollha u fil-formati kollha.

Discogs
online music database, social cataloging application
TwaqqafOttubru 2000 Immodifika
NameDiscogs Immodifika
Name in kanaディスコグス Immodifika
Named afterdiskografija Immodifika
Founded byKevin Lewandowski Immodifika
PajjiżStati Uniti tal-Amerka Immodifika
PropjetarjuZink Media Immodifika
Headquarters locationPortland Immodifika
Lingwa tax-xogħol jew isemIngliż Immodifika
Sit uffiċjalihttps://www.discogs.com Immodifika
Blogg uffiċjalihttps://blog.discogs.com Immodifika
Discogs
Logo uffiċjali

Storja

Discogs inbeda fl-2000 minn Kevin Lewandowski li kien jaħdem bħala programmer mal-Intel. Oriġinarjament inbeda minn kompjuter fl-armarju ta’ Lewandowski u kien limitat għall-mużika elettronika. Sal-2015, Discogs kellu 37 impjegat, 3 miljun utent, u traffiku ta' 20 miljun żjara ta' kull xahar.

Fl-aħħar tal-2005, tnieda s-suq ta' Discogs, biex jinbiegħu u jitpartu d-disk.

F'Lulju 2007, ġiet introdotta sistema ġdida bbażata fuq abbonament għall-bejjiegħa fuq is-sit, imsejħa Market Price History. Dan tat lill-utenti b'aċċess imħallas għall-prezzijiet li oġġetti nbiegħu bihom sa 12-il xahar qabel minn bejjiegħa preċedenti li kienu biegħu eżattament l-istess diska (għalkemm l-ewwel 60 jum ta' kien offrut b'xejn lill-utent kollha). Fl-istess ħin, it-tariffa ta' US$12 fis-sena għal abbonamenti avvanzati tneħħiet, peress li nħass li l-karatteristiċi miżjuda għandhom ikunu disponibbli għall-abbonati kollha, issa li kien instabet sors ta' dħul differenti minn bejjiegħa u xerrejja. Aktar tard dik is-sena, il-karatteristiċi kollha ta' aċċess imħallas ġew skartati u l-użu sħiħ tas-sit sar mingħajr ħlas, li jippermetti lill-utenti kollha jaraw l-istorja sħiħa tal-prezzi tas-suq (Market Price History) ta' 12-il xahar ta' qabel fuq kull oġġett.

Suq

Is-Suq Discogs huwa mmudellat simili għal Amazon u eBay fejn il-bejjiegħa joffru oġġetti għall-bejgħ u titħallas tariffa fuq kull oġġett mibjugħ.

Referenzi

Ħoloq esterni

Sit uffiċjali Discogs: Storja, Referenzi, Ħoloq esterni 

Tags:

Discogs StorjaDiscogs ReferenziDiscogs Ħoloq esterniDiscogs

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Henry FordĦelsien (rumanz)Lingwa FranċiżaClare AzzopardiWikipedijaIż-ŻurrieqH. G. WellsSaint Vincent u l-GrenadiniKarozzaGreċjaTogoAvukatOrdni ta' San ĠwannRaffaelloDanimarkaĠan Anton VassalloDeżert ta' LutAssedju ta' Malta (1565)SirjaBirguMġarrArmenjaIndoewropewPreistorjaTurkmenistanTransnistrijaKnisja tal-Madonna ta' HodegitriaGħasfurĦadidIżlamĊessIl-MandraġġLogħob OlimpikuVladimir PutinEutheriaEnċiklopedijaPablo NerudaMożambikTuneżijaRelazzjoni sesswaliTurkijaIndoneżjaFilippiniĠużeppi De PiroGrammaFortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'MaltaPremier League2024 fil-mużika ta' MaltaDivorzjuEfesuLingwi SlaviReliġjonMadridFestival tal-Eurovision 2020Testment il-QadimBaqra tal-baħarLibanuMalarja🡆 More