Iżlam

L-Iżlam, ġieli spellut Islam, (bl-Għarbi: ۘالِإسْلَام, al-Islām, traduzzjoni: Sottomissjoni ) huwa reliġjon monoteista Abramika (bħall-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu) iċċentrata fuq il-Qu'ran (bil-Malti: il-Koran, relatata mal-kelma Qara mill-għerq q-r-j) u t-tagħlim ta' Muħammed.

L-aderenti tal-Iżlam, imsejħa muslimin (bil-Malti: Misilmin jew Musulmani), jammontaw għal madwar 2 biljun ruħ globalment u huma t-tieni l-akbar popolazzjoni reliġjuża fid-dinja wara l-Kristjaneżmu.

Iżlam
Il-Kagħba fil-Masġed li-Ħram fil-Mekka, l-Għarabja Sawdija, l-iktar imqaddsa għall-Misilmin.

Il-Misilmin jemmnu li l-Iżlam huwa l-verżjoni sħiħa u universali ta' fidi primordjali li ġiet rivelata ħafna drabi permezz ta' profeti preċedenti bħal Adam (maħsub li hu missier il-bniedem), Ibrahim (Abram), Musa (Mosè) u Għisa (Ġesù), fost oħrajn. Dawn ir-rivelazzjonijiet preċedenti huma attribwiti lill-Ġudaiżmu u lill-Kristjaneżmu, li huma meqjusa fl-Iżlam bħala twemmin spiritwali ta' qabel. Il-Misilmin niqisu l-Koran bħala l-kelma verbatim ta' Alla u r-rivelazzjoni finali mhux mibdula. Flimkien mal-Koran, il-Misilmi njemmnu wkoll fir-rivelazzjonijiet preċedenti, bħat-Tawrat (it-Torah), iż-Żabur (Salmi), u l-Inġil (Evanġelu). Huma jqisu wkoll lil Muħammad bħala l-profeta Iżlamiku ewlieni u finali, li permezz tiegħu tlestiet ir-reliġjon. It-tagħlim u l-eżempji normattivi ta' Muħammad, imsejħa s-Sunna, iddokumentati f'rakkonti msejħa l-Ħadit, jipprovdu mudell kostituzzjonali għall-Misilmin. Il-liġi Iżlamika, ix-Xarija, tmiss prattikament kull aspett tal-ħajja, mill-banek u l-finanzi u l-benesseri għall-irwoli tal-irġiel u tan-nisa u l-ambjent. Festi reliġjużi prominenti jinkludu Għid il-Fitr u Għid il-Adħa. It-tliet siti l-aqdes fl-Iżlam f'ordni dixxendenti huma l-Masġed il-Ħram (il-Moskea s-Sagra) fil-Mekka, il-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) fil-Medina, u l-Masġed l-Aqsa (il-Moskea l-Ibgħad) fil-Ġerusalemm.

Etimoloġija

Islam (Għarbi: إسلام, lit. 'sottomissjoni [lil Allah]') huwa n-nom verbali tal-Forma IV li joriġina mill-verb سلم (salama), mill-għerq trilitterali s-l-m (س ل م), li jifforma klassi kbira ta' kliem li l-aktar għandhom x'jaqsmu ma' kunċetti ta' sottomissjoni, sigurtà u paċi. F'kuntest reliġjuż, tirreferi għall-konsenja totali għar-rieda ta' Alla. "Mislem" (bl-Għarbi: مُسْلِم, Muslim), il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam, hija l-partiċipju attiv tal-istess forma tal-verb, u tfisser "min jissottometti (lil Allah)" jew "wieħed li jċedi (lil Allah)". Fil-Ħadit ta' Gabrijel, l-Iżlam huwa ppreżentat bħala parti waħda minn tlieta li tinkludi wkoll imān (twemmin), u iħsān (eċċellenza). L-Iżlam innifsu kien storikament imsejjaħ Muħammediżmu. Dan it-terminu ma baqax jintuża u ġieli jingħad li huwa offensiv, peress li jissuġġerixxi li bniedem, aktar milli Alla, huwa ċentrali għar-reliġjon tal-Misilmin.

Bil-Malti, il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam hija "Musulman" jew "Misilmin", u l-forma plurali tagħhom hija "Musulmani" jew "Misilmin" rispettivament. Il-kelma tal-ewwel oriġinat mit-Taljan, u l-kelma tal-aħħar oriġinat mill-Għarbi, u hija relatata bl-għerq (s-l-m) tal-Malti.

Pilastri it-Twemmin (Arkān al-Imān) tal-Iżlam

Il-kredu Iżlamiku (Għaqida) jeħtieġ twemmin f'sitt pilastri:

  1. It-twemmin b'Allah (waħdu mingħajr xirka);
  2. It-twemmin bil-mala'ika/malejka (anġli);
  3. It-twemmin b'kull ktieb qaddis żvelat minn Allah;
  4. It-twemmin bl-anbija/nubjien (profeti) u r-Rasul (Messaġġiera);
  5. It-twemmin bil-Jum l-Aħħar (il-jum fejn kulħadd ikun iġġudikat minn Alla);
  6. It-twemmin bil-Qada u l-Qadr (predestinazzjoni divina).

Alla

Iżlam 
Il-kelma Alla ġejja mill-Għarbi Allah

Il-kunċett ċentrali tal-Iżlam huwa t-twemmin f'Alla bit-tewħid (bl-Għarbi: توحيد, tawħīd), Alla wieħed biss, li jismu Allah (bl-Għarbi: اللّه, Allāh), għalkemm jista' jissejjaħ fi kwalunkwe isem sakemm ikollu tifsira tajba u adattata għal Alla. Alla jitqies bħala inkomparabbli u mingħajr imsieħba bħal fit-Trinità Mqaddsa ta' Nisranija, u minn jxerreku xrik (jassoċja sħab) ma' Alla jew jattribwixxi l-attributi ta' Alla lil ħaddieħor jitqies bħala idolatorju, imsejjaħ xirk (bl-Għarbi: شرك, relatata mal-kelma ta' "xirka" bil-Malti).

Frażi frekwenti, ħafna drabi espressa mill-Misilmin biex jesprimu dan it-twemmin essenzjali, bl-Għarbi hija: Lā ilāha illā-Llāh waħdahu lā xarīka lak, li bil-Malti tfisser "magħmula biex tinstema'" bħall-Għarbi, "la alla ħlief Allah, waħdu la xrik lilu".

Anġli

L-anġli (bl-Għarbi: sg. ملك, malak; ملائكة, malā'ikah) huma ħlejjaq deskritti fil-Koran u l-Ħadit. Huma deskritti bħala maħluqa biex iqimu lil Alla u wkoll biex jaqdu dmirijiet speċifiċi oħra bħall-komunikazzjoni ta' rivelazzjonijiet minn Alla, li jirreġistraw l-azzjonijiet ta' kull persuna, u li jieħdu r-ruħ ta' persuna fil-ħin tal-mewt. Huma deskritti wkoll bħala maħluqa b'mod differenti minn dawl (nūr) jew nar (nār). Islamic angels are often represented in anthropomorphic forms combined with supernatural images, such as wings, being of great size or wearing heavenly articles. Xi wħud minnhom, bħal Gabrijel (Jibrīl) u Mikiel (Mika'il), jissemmew b'isimhom fil-Koran.

Skritturi

Iżlam 
Manuskritt tal-Quran tas-seba' seklu miżmum mill-Università ta' Birmingham. Folio 2 recto (xellug) u folio 1 verso (lemin). Foljo 2 (xellug) mill-aħħar ta' Sura (Kapitlu) 19 sal-bidu ta' Sura (Kapitlu) 20. Foljo 1 (lemin) minn kapitlu 18 vers 23 sa vers 31.

It-test qaddis preeminenti tal-Iżlam huwa l-Koran. Il-Misilmin jemmnu li l-versi tal-Koran ġew żvelati lil Muħammad minn Alla, permezz tal-arkanġlu Gabrijel (il-proċess jissejjaħ waħj), f'diversi okkażjonijiet bejn is-sena 610 u s-632, is-sena meta Muħammad miet. L-istess waħj isir ukoll ma' profeti oħra minn qabel. Madankollu, l-Iżlam jgħallem li partijiet mill-iskritturi żvelati qabel, bħat-Tawrat (Torah), iż-Zabur (Salmi) u l-Inġil (Evanġelu), saru mgħawġa — jew fl-interpretazzjoni, fit-test, jew iż-żewġ, filwaqt li l-Quran (litt. Reċitazzjoni, relatata mal-kelma ta' "Qara" mill-għerq q-r-j) jitqies bħala l-kelma finali, verbatim u mhux mibdula ta' Alla.

Profeti u Messaġġiera

Profeti (bl-Għarbi: أنبياء, anbijāʾ) huma maħsuba li ġew magħżula minn Alla biex jipprietkaw messaġġ divin. Xi wħud minn dawn in-Nabi (il-profeti tal-Iżlam) ukoll iwasslu ktieb ġdid u jissejħu ir-Rasul, li tfisser messaġġiera (رسول‎, rasūl). Il-Misilmin jemmnu li l-profeti huma umani u mhux divini. Jingħad li l-profeti kollha pprietkaw l-istess messaġġ bażiku tal-Iżlam – sottomissjoni għar-rieda ta' Alla – lil diversi nazzjonijiet fil-passat, u dan jingħad li jispjega ħafna xebħ bejn ir-reliġjonijiet. Il-Koran jirrakkonta l-ismijiet ta' bosta figuri meqjusa bħala profeti fl-Iżlam, fosthom Adam, Nuħ (Noè), Ibrahim (Abram), Musa (Mosè) u Għisa (Ġesù), fost l-oħrajn.

Jum il-Qawmien

It-twemmin bil-Jum l-Aħħar, magħruf ukoll bħala l-Jum il-Qawmien, jew Jawm al-Qijāmah (bl-Għarbi: يوم القيامة) huwa kruċjali wkoll għall-Misilmin. Huwa maħsub li ż-żmien tal-Qawmien huwa preordinat minn Alla, iżda mhux magħruf mill-bniedem. Il-Quran u l-Ħadit, kif ukoll it-tifsir tal-Għulama (bl-Għarbi: علماء, Għulamā relatata mal-kelma "mgħallmin"), jiddeskrivu l-provi u t-tribulazzjonijiet ta' qabel u matul il-Qawmien. Il-Koran jenfasizza l-qawmien tal-ġisem, waqfa mill-fehim Għarbi pre-Iżlamiku tal-mewt. Fil-Jum il-Qawmien, il-Misilmin jemmnu li l-umanità kollha se tiġi ġġudikata abbażi tal-għemejjel tajbin u ħżiena tagħhom u kkonsenjata f'ġenna jew ġehennam (infern).

Qada u Q(Predestinazzjoni Divina)

Il-kunċett tal-predestinazzjoni divina fl-Iżlam (bl-Għarbi: القضاء والقدر, al-qadāʾ wa l-qadar) ifisser li kull ħaġa, tajba jew ħażina, hija maħsuba li ġiet iddikjarata minn Alla. Il-Qadar, li jfisser "qawwa", ġej minn għerq q-d-r (ق د ر) li jfisser "tkejjel" jew "jikkalkula". Il-Misilmin spiss jesprimu dan it-twemmin fid-destin divin bil-frażi "inxa Allah" li jfisser "jekk Alla jrid" meta jitkellmu dwar avvenimenti futuri.

Pilastri tal-Iżlam (Arkān al-Islam)

Il-Pilastri tal-Iżlam (arkān al-Islām أركان الإسلام; ġieli arkān ad-dīn أركان الدين, "pilastri tar-reliġjon") huma prattiċi fundamentali fl-Iżlam, meqjusa bħala atti obbligatorji ta' qima għall-Misilmin kollha. Huma miġbura fil-qosor fil-Ħadit ta' Gabrijel. Is-Sunnin u x-Xigħin jaqblu dwar id-dettalji bażiċi tat-twettiq u l-prattika ta' dawn l-atti, iżda x-Xigħin ma jirreferux għalihom bl-istess terminiċi. Dawn huma: li jgħidu ix-Xhieda, li jqimu is-sala (l-att tal-qima obbligatorju), li tħallasu ż-żaka għall-asnaf (dawk eliġibbli għal żaka), li jsumu fix-xahar ir-Ramadan, u li jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn il-Mekka) għal dawk li jistgħu.

Iżlam 
Misilmin jsallu fil-moskea.
Iżlam 
Ix-Xhieda bil-kaligrafija Għarbija fil-Moskea Ważir Khan.

Sunni

Dawn huma l-Ħames Pilastri tal-Iżlam kif miftiehem minn għaqida tas-Sunni:

  1. Li jgħidu x-Xhieda (bl-Għarbi: الشهادة, ax-Xahāda): "Axhadu al'lā ilāha illa-Llāh wa axhadu anna Muħammad ar-Rasūlullāh", li tfisser "Nixhed li la alla ħlief Allah u nixhed li Muħammed il-messaġġier t'Allah";
  2. Biex jqimu għall-ħames (fil-waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-sala (bl-Għarbi: صلاة, Salā) kuljum;
  3. Biex jagħmlu s-sawm fix-xahar ir-Ramadan, kull sena;
  4. Biex tħallasu ż-żaka għal dawk li jistgħu;
  5. Biex jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn il-Mekka) mill-inqas darba f’ħajjithom dak li jistgħu.

Xigħa

Iżlam 
Mislem Sunniti (xellug) u Misilmin Xiiti (lemin) jagħmlu s-Sala tal-Ġimgħa f'Tehran. Xi Sunniti jagħmlu Sala bl-idejn magħqudin (qabd), filwaqt li xi Xiiti jagħmlu Salla b'idejhom fil-ġnub tagħhom (sadl).

Dawn huma l-prinċipji tal-Iżlam kif miftiehem minn għaqida tax-Xigħi/Xiiti:

Tnaxi (Itna Għaxarija)

Ix-Xigħin għandhom ħames Usul id-Din (Bażi tar-Reliġjon) u għaxar Furu id-Din (Anċillari tar-Reliġjon), jiġifieri, it-twemmin u l-prattiċi Xigħi Iżlamiċi. L-Usul id-Din tat-Tnaxi Xigħa Iżlam huma kollha twemmin meqjus bħala fundamentali għall-Iżlam, u għalhekk ikklassifikati daqsxejn differenti minn dawk elenkati hawn fuq, u huma:

  1. Tawħid (monoteiżmu: twemmin f'Alla wieħed);
  2. Għadl (ġustizzja divina: twemmin bil-ġustizzja ta' Alla);
  3. Nubuwwa (profezija);
  4. Imama (l-Imam li ssuċċieda lil Muħammed);
  5. Migħad (Il-Jum tal-Qawmien u l-ġudizzju).

Minbarra dawn il-Ħames Pilastri, hemm għaxar prattiċi li l-Misilmin Xigħin jridu jwettqu, imsejħa Furu id-Din, li jfisser l-Anċillari tar-Reliġjon.

  1. Sala: Biex tqum għall-ħames (fi waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-ssalli kuljum;
  2. Sawm: Sawm fix-xahar tar-Ramadan;
  3. Żakat: il-karità, simili għall-Iżlam ipprattikat mis-Sunniti, tapplika għal flus, baqar, fidda, deheb, tamal, żbib, qamħ u xgħir;
  4. Ħums: Tassazzjoni annwali ta' wieħed minn ħamsa (20%) tal-qligħ li sena tkun ġiet mgħoddija mingħajr l-użu. Ħums jitħallas lill-Ajimma (forma plural tal-Imam); indirettament lil nies foqra u fil-bżonn;
  5. Haġġ: Pellegrinaġġ lejn Mekka;
  6. Ġihad: Tistinka għall-kawża ta' Alla;
  7. Sejħa għat-tjubija;
  8. Tipprojbixxi l-ħażen;
  9. Tawalla: Tesprimi l-imħabba lejn it-tajjeb;
  10. Tabarra: Tesprimi diżassoċjazzjoni u mibegħda lejn il-ħażen.

Ismagħeli

Iżlam 
Id-49 Imam, il-Prinċep Xah Karim il-Ħusejni, Aga Khan IV (b. 1936), l-Imam tan-Nizari Ismagħeli Xigħa.

L-Ismagħeli għandhom il-pilastri tagħhom stess, li huma kif ġej:

  1. Walaja: "Tutela" tindika mħabba u devozzjoni lejn Alla, il-profeti, u l-Ajimma Ismagħelin u r-rappreżentanti tagħhom;
  2. Tawħid (monoteiżmu: twemmin bl-Alla li Huwa Wieħed);
  3. Sala: B'differenza mill-Misilmin Sunni u Tnaxi, Nizari Ismagħelin jirraġunaw li huwa f'idejn l-Imam attwali li jiddeżinja l-istil u l-forma tas-sala;
  4. Żaka: Bl-eċċezzjoni tad-Drużi, il-Madahib (forma plurali tal-Madhab, skola tal-ħsieb fiqh) Ismagħeli kollha għandhom prattiċi li jixbħu lil dawk tas-Sunni u t-Tnaxi, biż-żieda tal-khums Xigħi karatteristiċi.
  5. Sawm: Nizarin u Mustagħlin jemmnu kemm f'tifsira metaforika kif ukoll letterali tas-sawm.
  6. Haġġ: Għal Ismagħelin, dan ifisser li jżuru lill-Imam jew lir-rappreżentant tiegħu u li dan huwa l-akbar u l-iktar pellegrinaġġ spiritwali fost kull pellegrinaġġ. Il-Mustagħli jżommu wkoll il-prattika li jmorru l-Mekka. Id-Drużi jinterpretaw dan b'mod kompletament metaforiku bħala “li jaħarbu mix-xjaten u l-oppressori” u rari jmorru l-Mekka.
  7. Ġihad (Ġlieda): "il-Ġlieda l-Kbir" u "il-Ġlieda ż-Żgħar".

Għibada (Atti ta' qima)

Iżlam 
Pellegrin li jagħmel du'a lil Alla lejn il-Kagħaba fl-Masġed il-Ħram f'Mekka

Minbarra l-Pilastri tal-Iżlam il-Ħames, il-Misilmin jwettqu wkoll atti supererogatorji fakultattivi oħra li huma mħeġġa iżda mhux meqjusa bħala dmirijiet. Il-Misilmin jaqraw u jimmemorizzaw il-Koran kollu jew partijiet minnu bħala atti ta' virtù. Taġwid jirreferi għas-sett taħ regoli għall-elokuzzjoni xierqa tal-Koran. Ħafna Misilmin jaqraw il-Koran kollu matul ix-xahar tar-Ramadan. Wieħed li memorja l-Koran kollu jissejjaħ ħafid, u xi wħud il-Aħadit (plural għall-Ħadit) isemmu li dawn l-individwi jkunu jistgħu jinterċedu għal oħrajn f'Jum il-Ġudizzju.

It-talb lil Alla, imsejħa d-dugħa (bl-Għarbi: الدعاء, ad-dugħāʾ) għandu l-etikett tiegħu stess bħal li tgħolli l-idejn bħallikieku tallaba.

Tifkir ta' Alla (ذكر, Dikr) tirreferi għal frażijiet ripetuti li jirreferu lil Alla. Komunement, dan jinkludi taħmid, li faħħar u tiddikjara tifħir dovut lil Alla (bl-Għarbi: الحمد لله, al-Ħamdu li-Llāh) waqt id-dugħa jew meta tħossok grat, tasbiħ, li sebbaħ u jiddikjara glorja lil Alla waqt it-talb jew meta tibża' b'xi ħaġa u tgħid 'b'isem Alla' (بسملة, basmala) qabel ma jibda jagħmel xi ħaġa bħal jiekol.

Liġi u ġurisprudenza

Iżlam 
It-23 Konferenza tal-IIFA fil-Medina, ir-Renju tal-Għarabja Sawdija, Novembru 2018. IIFA huwa istituzzjoni Iżlamika internazzjonali għall-istudju avvanzat tal-ġurisprudenza u l-liġi Iżlamika bbażata fil-Ġedda, l-Għarabja Sawdija.

Ix-Xarija hija l-liġi reliġjuża li tifforma parti mit-tradizzjoni Iżlamika. Huwa derivat mill-preċetti reliġjużi tal-Iżlam, partikolarment il-Koran u l-Ħadit. Bl-Għarbi, it-terminu xarigħa jirreferi għal-liġi divina ta' Alla u huwa kkuntrastat mal-fiqh, li jirreferi għall-interpretazzjonijiet mill-Għulama. Il-mod ta' applikazzjoni tiegħu fi żminijiet moderni kien suġġett ta' tilwima bejn Misilmin tradizzjonalisti u riformisti.

Iżlam 
Ayatullah l-Għudma (Gran Ayatollahi) tat-Tnaxi Xigħa. Huma responsabbli biex jespandu l-fiqh tas-setta tagħhom.

It-teorija tradizzjonali tal-ġurisprudenza Iżlamika tirrikonoxxi erba' sorsi tax-Xarija: il-Koran, is-Sunna, dak huwa l-Ħadit u s-Sira (il-bijografija tal-Profeta Muħammad), qijas (raġunament analogu), u iġmagħ (kunsens ġuridiku). Skejjel legali differenti żviluppaw metodoloġiji biex joħorġu deċiżjonijiet tax-xarija minn sorsi skritturali bl-użu ta' proċess magħruf bħala iġtihad. Il-ġurisprudenza tradizzjonali tiddistingwi żewġ fergħat prinċipali tal-liġi, għibada (atti ta' qima) u mugħamala (relazzjonijiet soċjali), li flimkien tinkludu firxa wiesgħa ta' suġġetti. Id-deċiżjonijiet tagħha jassenjaw azzjonijiet għal waħda minn ħames kategoriji msejħa aħkam (ħakmiet): obbligatorju (fard/waġib), rakkomandat (mustaħabb, maħbub), permess (mubaħ), mistħir (makruh), u pprojbit (ħram). Il-maħfra hija ċċelebrata ħafna fl-Iżlam u, fil-liġi kriminali, filwaqt li l-impożizzjoni ta' piena fuq xi ħati fi proporzjon mar-reat tiegħu hija meqjusa bħala permissibbli; li jaħfer lill-ħati huwa aħjar. Li wieħed imur pass ieħor billi joffri favur lill-ħati huwa meqjus bħala l-quċċata tal-eċċellenza. Xi oqsma tax-Xarija jikkoinċidu mal-kunċett tal-liġi tal-Punent filwaqt li oħrajn jikkorrispondu b'mod aktar wiesa' biex jgħixu ħajja skond ir-rieda t'Alla.

Storja

Veduta panoramika tal-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) filMedina, ir-reġjun tal-Ħaġaż, l-Għarabja Sawdija tal-lum, it-tieni l-aqdas moskea fl-Islam.

Muħammad u t-twelid tal-Iżlam (570–632)

Skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammad twieled f'Mekka fis-sena 570 WK u baqa' orfni kmieni f'ħajtu. Meta trabba bħala negozjant, sar magħruf bħala "l-Affidabbli/l-Emin" (Għarbi: الأمين, al-Amīn), u ġie mfittex bħala arbitru imparzjali. Iktar tard iżżewweġ lil min iħaddmu, in-negozjanta Ħadiġa. Fis-sena 610 WK, inkwetat bit-tnaqqis morali u l-idolatrija prevalenti f'Mekka u jfittex l-isklużjoni u l-kontemplazzjoni spiritwali, Muħammad irtira lejn l-Għar Hira fil-muntanja Ġebel in-Nur, ħdejn il-Mekka. Kien matul il-waqt tiegħu fil-għar li huwa qal li rċieva l-ewwel waħj (rivelazzjoni) tal-Koran mill-anġlu Gabrijel. L-avveniment tal-irtir ta' Muħammad lejn l-għar u l-waħj sussegwenti huwa magħruf bħala l-Lajlat il-Qadr (Lejl il-Qawwa) u huwa meqjus bħala avveniment sinifikanti fl-istorja Iżlamika. Matul it-22 sena ta' ħajtu ta' wara, minn 40 sena ‘l quddiem, Muħammad kompla jirċievi rivelazzjonijiet mingħand Alla, u sar l-aħħar jew il-Ħattam in-Nubjien (siġill tal-profeti) mibgħuta lill-bniedem.

Matul dan iż-żmien, waqt li kien f'Mekka, Muħammad ippriedka l-ewwel fil-moħbi u mbagħad fil-pubbliku, u talab lis-semmiegħa tiegħu biex jabbandunaw il-politeiżmu u jqimu u jagħbodu lil Alla wieħed. Ħafna konverti kmieni għall-Iżlam kienu nisa, foqra, barranin, u skjavi bħall-ewwel middin Bilal bin Rabah il-Habaxi. L-elite tal-Mekka ħassew li Muħammad kien qed jiddestabilizza l-ordni soċjali tagħhom billi jippriedka dwar Alla wieħed u jagħti ideat dubjużi lill-foqra u lill-iskjavi minħabba li huma approfittaw mill-pellegrinaġġi lill-idoli tal-Kagħaba.

Wara 12-il sena tal-persekuzzjoni tal-Misilmin mill-Mekkin, Muħammad u sħabu wettqu l-Hiġra ("emigrazzjoni") fis-sena 622 lejn il-belt ta' Jatrib (il-Medina tal-lum). Hemmhekk, mal-konvertiti Medinin (l-Ansar) u l-emigranti Mekkin (il-Muhaġirin), Muħammad f'Medina stabbilixxa l-awtorità politika u reliġjuża tiegħu. Il-Kostituzzjoni tal-Medina ġiet iffirmata mit-tribujiet kollha tal-Medina. Dan stabbilixxa libertajiet reliġjużi u libertà li jużaw il-liġijiet tagħhom stess fost il-komunitajiet Misilmin u mhux Misilmin kif ukoll ftehim biex tiddefendi lil Medina minn theddid estern. Il-forzi tal-Mekka u l-alleati tagħhom tilfu kontra l-Misilmin fil-Battalja tal-Bfl-624 u mbagħad iġġieldu battalja inkonklussiva fil-Battalja tal-Uħud qabel ma assedjaw lil Medina mingħajr suċċess fil-Battalja tat-Trinka (Marzu–April 627). Fis-sena 628, it-Trattat Hudajbija ġie ffirmat bejn il-Mekkin u l-Misilmin, iżda kien miksur minn il-Mekkin sentejn wara. Hekk kif aktar tribujiet ikkonvertiw għall-Iżlam, ir-rotot tal-kummerċ tal-Mekka nqatgħu mill-Misilmin.

Sas-629, Muħammad kien rebbieħ fil-konkwista kważi bla demm ta' Mekka, u saż-żmien tal-mewt tiegħu fl-632 (fl-għomor ta' 62 sena) kien għaqqad it-tribujiet tal-Għarabja f'politika reliġjuża waħda.

Perjodu Iżlamiku bikri (632–750)

Iżlam 
Espansjoni tal-Kalifat ir-Raxidin u l-Umawin.
Iżlam 
Qubbat is-Sakhra (Koppla tal-Blata) mibnija mill-kalif Għabd il-Malik bin Marwan; lesta fi tmiem it-Tieni Fitna.

Muħammad miet fl-632 u l-ewwel suċċessuri, imsejħa ħulafa (kalifi) – Abu Bakr, Għumar, Għutman bin Għaffan, Għali bin Abi Talib u kultant Ħasan bin Għali – huma magħrufa fl-Iżlam Sunni bħala l-Kalifat ir-Raxidin (minn khulafā' ar-rāxidūn, "kalifi iggwidati sewwa"). Xi tribujiet ħallew l-Iżlam u rribellaw taħt mexxejja li ddikjaraw lilhom infushom profeti ġodda iżda ġew mgħaffġa mill-ħalifa (kalif) Abu Bakr fil-Ħriebijet ta' Ridda. Popolazzjonijiet lokali ta' Lhud u Nsara indiġeni, ippersegwitati bħala minoranzi reliġjużi u eretiċi u intaxxati ħafna, ħafna drabi għenu lill-Misilmin jieħdu f'idejhom l-artijiet tagħhom, li rriżulta f'espansjoni rapida tal-kaliffat fl-imperi Persjan u Biżantin.

Għutman ġie elett fis-sena 644 u l-qtil tiegħu minn ribelli wassal biex Għali jiġi elett il-kalif li jmiss. Fl-Ewwel Fitna (jew Fitna Maqtul Għutman), l-armla ta' Muħammad, Għaixa bint Abu Bakr, qajmet armata kontra Għali, ippruvat tivvendika l-mewt ta' Għutman, iżda ġiet megħluba fil-Battalja tal-Ġemel. Għali pprova jneħħi lill-gvernatur tas-Sirja, Mugħawija, li kien meqjus bħala korrott. Mugħawija mbagħad iddikjarat gwerra fuq Għali u ġie megħlub fil-Battalja tas-Siffin. Il-Ħawiereġ irribellaw u ġew megħluba fil-Battalja tan-Nahrawan iżda qattiel Ħiereġi aktar tard qatel lil Għali. Ħasan iben Għali, ġie elett kalif u ffirma trattat ta' paċi biex jevita aktar ġlied, abdika lil Mugħawija b'tpattija għal Mugħawija ma ħatarx suċċessur. Mugħawija beda d-dinastija tal-Umawi bil-ħatra ta' ibnu Jazid I bħala suċċessur, li qanqal it-Tieni Fitna. Matul il-Battalja tal-Karbala, Ħusejn iben Għali nqatel mill-forzi ta' Jazid; l-avveniment ġie mfakkar kull sena mix-Xigħin minn dakinhar. Is-Sunnin, immexxija minn Iben iż-Żubajr u kontra kalifat dinastiku, ġew megħluba fl-assedju ta' Mekka. Dawn it-tilwim dwar it-tmexxija jagħtu lok għall-xiżma Sunni-Xigħi, bix-Xigħin jemmnu li t-tmexxija tappartjeni għall-familja ta' Muħammad permezz ta' Għali, msejjaħ l-Ahl il-Bejt (lit. in-Nies tad-Dar).

It-tmexxija ta' Abu Bakr issorveljat il-bidu tal-kumpilazzjoni tal-Koran. Il-kalif Għumar bin Għabd il-Għażiż il-kumitat, is-Seba' Fuqaha tal-Medina, u Malik bin Anas kiteb wieħed mill-ewwel kotba dwar il-fiqh (il-ġurisprudenza Iżlamika), il-Muwatta, bħala kunsens tal-opinjoni ta' dawk fuqaha (għalliema tal-fiqh jew ġuristi Iżlamika). Il-Ħawiereġ jemmnu li ma kien hemm l-ebda triq tan-nofs kompromessa bejn it-tajjeb u l-ħażin, u kull Misilmin li jagħmel dnub gravi jsir kiefer, li jfisser ma jemminx. It-terminu "Ħiereġi" jintuża wkoll biex jirreferi għal gruppi aktar tard bħal ISIS. Il-Murġigħa għallem li t-tjieba tan-nies tista' tiġi ġġudikata minn Alla biss. Għalhekk, dawk li jagħmlu l-ħażin jistgħu jitqiesu żbaljati, imma mhux iddenunzjati bħala li kiefer (ma jemminx). Din l-attitudni bdiet tipprevali fit-twemmin Iżlamiku prinċipali.

Id-dinastija Umawija rebħet il-Magreb, il-Peniżola Iberika, Narbonni Gaul u Sindh. L-Umawin tħabtu ma' nuqqas ta' leġittimità u jiddependu fuq militari protett ħafna. Peress li t-taxxa ġiżja kienet taxxa mħallsa minn persuni mhux Misilmin li teżentathom mis-servizz militari, l-Umawin ċaħdu li rrikonoxxew il-konverżjoni ta' persuni mhux Għarbi, peress li naqqset id-dħul. Filwaqt li l-kalifat ir-Raxidin enfasizza l-awsterità, b'Għumar saħansitra kien jeħtieġ inventarju tal-possedimenti ta' kull uffiċjal, il-lussu tal-Umawi kabbar in-nuqqas ta' sodisfazzjon fost il-piju. Il-Ħawiereġ mexxew ir-Rivolta Berbera, li wasslet għall-ewwel stati Misilmin indipendenti mill-kalifat. Fir-rivoluzzjoni Għabbasi, konvertiti mhux Għarab (mawali), klannijiet Għarab imbuttati mill-klann Umawi, u xi Xigħin ngħaqdu u waqqgħu lill-Umawin, inawguraw id-dinastija Għabbasija aktar kożmopolitana fl-750.

Iżlam 
L-għajn, skond Hunajn iben Isħaq minn manuskritt datat ċ. 1200.

Referenzi

Tags:

Iżlam EtimoloġijaIżlam Pilastri it-Twemmin (Arkān al-Imān) tal-Iżlam Pilastri tal- (Arkān al-Islam)Iżlam Għibada (Atti ta qima)Iżlam Liġi u ġurisprudenzaIżlam StorjaIżlam ReferenziIżlamKoranKristjaneżmuLingwa GħarbijaLingwa MaltijaMuħammedReliġjonĠudaiżmu

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Fontana (Għawdex)San Ġiljan (lokalità)ĠappunEwropaRelazzjoni sesswaliXagħraTurinMontenegroWikimediaĦal GħaxaqBarack ObamaĠlormu Cassar8 ta' DiċembruFlora ta' MaltaSettembruReliġjon f'MaltaIrlanda ta' FuqMostaGrawnd Nazzjonali ta' BejġingKunsill tal-Unjoni EwropeaXlendiXjenzi soċjaliĠurnalistKamra tad-Deputati ta' MaltaĠorġ Borg OlivierImmanuel KantChe GuevaraEsperantoLussemburguSeattleForti Sant’AnġluĠebla ta' MajmunaDun Ġorġ PrecaL-Għanja tal-MiliedBelarussjaLingwa SpanjolaBeninLino SpiteriMalta taħt il-FranċiżiArloġġ tal-mażżriGrawnds tal-futbol f'MaltaTim nazzjonali tal-futbol tal-JugożlavjaSkarpanIranThe DoorsStat kostruttFenek ta' denbu qotniInga u Anush ArshakyansFreddie MicallefBuddiżmuRużar BriffaMicrosoftŻodjaku1 ta' SettembruIndja🡆 More