Iżlam Sunni: Denominazzjoni Iżlamika

Ahl is-Sunna u l-Ġmiegħa jew Ahl is-Sunna jew l-Iżlam/Islam Sunni hija l-akbar fergħa tal-Iżlam, segwita minn 85–90% tal-Misilmin fid-dinja.

Isimha ġej mill-kelma Sunna, li tirreferi għat-tradizzjoni ta' Muħammad. Id-differenzi bejn il-Misilmin is-Sunni u x-Xigħi ħarġu minn nuqqas ta' qbil dwar is-suċċessjoni ta' Muħammad u sussegwentement kisbu sinifikat politiku usa', kif wkoll dimensjonijiet teoloġiċi u ġuridiċi. Skont it-tradizzjonijiet Sunni, Muħammad ma ħalla l-ebda suċċessur u l-parteċipanti tal-avveniment Saqifa ħatru lil Abu Bakr bħala li jmiss fil-linja bħala l-ewwel il-Kalif (is-suċċessur). Dan jikkuntrasta mal-fehma x-Xigħa, li ssostni li Muħammad ħatar lirr-raġel ta’ bintu (Fatima) u l-kuġin tiegħu, Għali bin Abi Talib bħala l-Imam tal-Misilmin u s-suċċessur tiegħu.

Ahl is-Sunna u l-Ġmiegħa, fil-kaligrafija Għarbija.
Ahl is-Sunna u l-Ġmiegħa, fil-kaligrafija Għarbija.

Etimoloġija

L-aderenti tal-Islam Sunni jissejħu bl-Għarbi: Ahl as-Sunnaẗ wal-Ġamāgħaẗ (أهل السنة والجماعة, jfisser "in-nies tas-Sunna u l-komunità/ġmiegħa") jew Ahl as-Sunnaẗ (أهل السنة) fil-qosor. Bl-Ingliż, id-duttrini u l-prattiċi tagħha kultant jissejħu Sunnism, filwaqt li l-aderenti huma magħrufa bħala Sunni, Sunni Muslim, Sunnite, u Ahlus Sunnah.

Bil-Malti, huwa imsejjaħ bħala Iżlam/Islam Sunnita jew Iżlam/Islam Sunni, filwaqt li l-aderenti huma magħrufa bħala sg. Sunni u pl. Sunnin (mill-Għarbi: sg. سُنِّيّ, Sunni, pl. سُنِّيُّون‎, Sunnijjūn), jew sg. Sunnita u pl. Sunniti.

L-Islam Sunni kultant jissejjaħ "Iżlam ortodoss", għalkemm xi studjużi jqisu din it-traduzzjoni bħala mhux xierqa.

Tagħlimiet

Iżlam Sunni: Denominazzjoni Iżlamika 
Kaligrafi tal-isem ta' Alla "Allah" u Profeta Muħammed, imdawwar bl-ismijiet tal-kalifi tar-Raxidin: Abu Bakr, Għumar, Għutman, u Għali. Fin-nofs t’isfel hemm l-ismijiet tal-Imamin Ħasan u Ħusejn.

Il-Koran, flimkien mal-Ħadit (speċjalment dawk miġbura Kotba S-Sitta) u l-kunsens ġuristiku vinkolanti, jiffurmaw il-bażi tal-ġurisprudenza tradizzjonali kollha fi ħdan l-Islam Sunni. Deċiżjonijiet mixx-Xarija huma derivati minn dawn is-sorsi bażiċi, flimkien ma' raġunament analogu, konsiderazzjoni tal-benesseri pubbliku u diskrezzjoni ġuristika, bl-użu tal-prinċipji tal-ġurisprudenza żviluppati mill-iskejjel legali tradizzjonali (sg. madhab, pl. madahib). Fi kwistjonijiet ta' twemmin jew kredu, it-tradizzjoni s-Sunni ssostni s-Sitt Pilastri tal-Imān (fidi/twemmin) u tinkludi l-iskejjel Axgħari u Maturidi ta' Kalam (teoloġija) kif wkoll l-iskola testwali magħrufa bħala teoloġija tradizzjonalista bħall-Atari.

Referenzi

Tags:

IżlamMuħammedXigħaĦadit

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Phnom PenhFeniċiMark A. SammutErojTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexVanwatuReliġjon LhudijaBaħamasSirjaPapa FranġiskuRaffaelloMadre Teresa NuzzoLewnĊinaIpoġew ta' Ħal SaflieniHenry FordKnisja tal-Madonna ta' HodegitriaĦġieġBelġjuMiliedMahathir MohamadMediterranJohnny NavarroBitcoinĠinevraSophia LorenEdukazzjoniAwstrija2014William ShakespeareEwġenju BorgParroċċi ta' MaltaOmanBelt kapitaliPanamaDensità tal-popolazzjoniLista tal-għasafar ta' MaltaWiki CommonsNamibjaAda LovelaceLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-TurkijaMikiel Anton VassalliMaltaAdrian GrimaIl-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista (Caravaggio)EġittuMystrasBaha'iLibanuNepalJum l-Indipendenza (Malta)WikidataSengħaTrevor TemplemanMaldiviĠeometrijaXjenzi soċjaliTorri tad-DwejraRoundaboutĦamrun Spartans FCĊekja🡆 More