Ġlormu Cassar: Perit Malti

Ġlormu Cassar (Taljan: Girolamo Cassar, c.

1520 – c. 1592) kien perit u inġinier militari Malti li hu magħruf għall-irwol tiegħu fil-kostruzzjoni tal-Belt Valletta. Hu beda bħala assistent ta' Francesco Laparelli, u wara li dan telaq minn Malta Cassar ħa l-proġett f'idejh u ddiżinja ħafna bini pubbliku, reliġjuż u privat fil-belt kapitali l-ġdida, inkluż il-Knisja Konventwali (illum magħrufa bħala l-Kon-Katidral ta' San Ġwann), il-Palazz tal-Gran Mastru u l-bereġ. Hu sar l-inġinier residenti tal-Ordni ta' San Ġwann, u sar membru fl-Ordni fl-1569. Wieħed mit-tfal tiegħu, Vitor Cassar, ukoll sar perit u inġinier militari.

Ġlormu Cassar: Perit Malti
Faċċata tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann

Bijografija

Id-data tat-twelid ta' Cassar mhix magħrufa, iżda hu maħsub li twieled madwar l-1520 fil-Birgu jew fil-Gudja. Il-familja Cassar probabbilment kienet toriġina minn Sqallija, u kienet ilha stabbilita f'Malta minn madwar l-1440. Cassar kellu żewġt aħwa jisimhom Andrea u Ians, u hu żżewweġ lil martu Mattea fil-bidu tas-snin 1560. Ġlormu u Mattea Cassar kellhom ħames itfal: żewġ subien, Vittorio u Gabriele; u tliet tfajliet, Marietta, Battistina u Caterinella. Cassar kellu tifel ieħor jismu Gio Domenico minn relazzjoni extra-matrimonjali u ma riedx li dan ikollu parti mill-wirt tiegħu, u ironikament iġġustifika dan billi kiteb li ibnu kien diżubbidjenti.

Cassar beda l-karriera tiegħu bħala kapumastru, u kien student ta' Evangelista Menga, l-inġinier residenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Hu ħadem bħala inġinier militari waqt il-Battalja ta' Ġerba fl-1560 u fl-Assedju l-Kbir ta' Malta fl-1565. Matul l-aħħar assedju, huwa ħadem fuq it-tiswija ta' swar li ġarrbu ħsara mill-attakki Ottomani, xi drabi taħt riskju personali kbir.

Wara l-assedju, il-kavallieri ddeċidew li jibnu belt kapitali ġdida bl-isem ta' Valletta, u Cassar sar l-assistent ta' Francesco Laparelli inġinier militari Taljan li ntbagħat Malta biex jiddiżinja s-swar u l-pjanta ġenerali tal-belt. Fit-22 t'April 1569, Cassar sar membru tal-Ordni bħala rikonoxximent tal-merti tiegħu bħala perit u inġinier. Il-Gran Mastru ħariġlu passaport u Cassar qatta l-bqija tas-sena jdur diversi bliet Taljani, inkluż Napli, Ruma u Lucca. Waqt li kien l-Italja hu sar familjari mal-Manneriżmu, u uża dan l-istil f'ħafna mill-bini li ddiżinja wara.

Cassar irritorna lejn Malta fl-aħħar tal-1569. Sadattant, ix-xogħol fuq is-swar kien kważi lest u wara li Laparelli telaq minn Malta hu ħa l-proġett f'idejh u sar il-perit u inġinier residenti tal-Ordni. Huwa ddiżinja ħafna bini pubbliku, reliġjuż u privat fil-belt kapitali l-ġdida, inkluż il-Knisja Konventwali (illum magħrufa bħala l-Kon-Katidral ta' San Ġwann), il-Palazz tal-Gran Mastru, is-seba' bereġ oriġinali u possibilment is-Sacra Infermeria. Cassar iddiżinja wkoll xi binjiet barra l-Belt, inkluż il-Palazz ta' Verdala.

Id-data u ċ-ċirkostanzi tal-mewt ta' Cassar mhumhiex magħrufin. Hu għamel it-tieni testment tiegħu fid-9 ta' Jannar 1589, u maħsub li miet fil-Belt madwar is-sena 1592. Hu kien midfun fil-Knisja ta' Porto Salvo.

Bini attribwit lil Cassar

Ġlormu Cassar: Perit Malti 
Berġa ta' Aragona
Ġlormu Cassar: Perit Malti 
Il-Forni della Signoria, li twaqqgħu fis-seklu 20

Din hi lista ta' binjiet li huma magħrufin li ġew iddiżinjati minn Cassar jew li huma attribwiti lejh:

    Il-Belt Valletta
  • Swar tal-Belt Valletta (1566 'il quddiem; ma Francesco Laparelli)
  • Knisja tal-Madonna tal-Vitorja (1566–67)
  • Dar ta' Fra Eustachio del Monte (1569)
  • L-Ewwel Berġa ta' Franza (madwar 1570)
  • Knisja tal-Madonna tal-Karmnu (madwar 1570)
  • L-Ewwel Berġa tal-Italja (1570–71)
  • Berġa ta' Aragona (1571)
  • Berġa ta' Alemanja (1571–75)
  • Berġa ta' Alvernja (madwar 1571–83)
  • Berġa ta' Provenza (1571–75)
  • Knisja ta' San Duminku (1571)
  • Knisja ta' Santu Wistin (1571–96)
  • Knisja u kunvent ta' Ġieżu (1571–75)
  • Knisja Konventwali ta' San Ġwann (1572–77)
  • Berġa ta' Kastilja (1573–74)
  • Berġa tal-Italja (1574–79)
  • Palazz tal-Gran Mastru (1574)
  • Sacra Infermeria (1574)
  • Knisja ta' Santa Katerina tal-Italja (1576)
  • Monasteru ta' Santa Katerina (1576)
  • Kunvent tal-Karmelitani (1576)
  • Knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl (1577–82)
  • Forni della Signoria (madwar 1584)
  • Berġa ta' Franza (madwar 1588)
  • Kappella Del Soccorso fil-Forti Sant'Iermu
  • Mtieħen
Ġlormu Cassar: Perit Malti 
Il-Palazz Verdala
    Postijiet oħra madwar Malta
  • Rikostruzzjoni tal-Birgu u l-Senglea wara l-Assedju l-Kbir
  • Knisja ta' San Mark, Rabat (1571–88)
  • Palazz Verdala (1586)
  • Kunvent ta' Santu Wistin, Rabat (1588)
  • Kunvent ta' San Franġisk, Rabat (1588)
  • Kunvent tal-Kapuċċini, Floriana (1586)

Ħafna minn dawn il-binjiet twaqqgħu jew reġgħu nbnew mill-ġdid bejn is-sekli 17 u 20, u illum ftit binjiet għadhom jeżistu li għad għandhom id-disinn oriġinali ta' Cassar. Mill-bereġ tal-Belt, l-unika waħda li għadha bil-faċċata ta' Cassar hija l-Berġa ta' Aragona, fejn l-unika alterazzjoni tikkonsisti f'portiku li kien miżjud mal-bieb prinċipali fis-seklu 19. Bini ieħor li jżomm id-disinn estern ta' Cassar jinkludi l-Kon-Katidral ta' San Ġwann u l-Knisja ta' San Mark fir-Rabat, iżda minn ġewwa dawn inbidlu ukoll maż-żmien.

Referenzi

Tags:

Francesco LaparelliKon-Katidral ta' San ĠwannLingwa TaljanaOrdni ta' San ĠwannPalazz tal-Gran MastruValletta

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

BaħamasLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-TurkijaImperium EuropaAlġerijaMdina (kwartier)Ħaż-ŻabbarFabrizio FanielloRoberta Metsola Tedesco TriccasPalazz tal-Gran MastruRussjaTorri EiffelFranzaImperu RumanLumijaNea Moni ta' ChiosMediaWikiGalileo GalileiDeżert ta' LutIndoewropewEwġenju BorgĠappunGuglielmo MarconiLibjaSnajja MaltinOssiġenuEl SalvadorNatura mejtaCarol PeraltaKirġiżistanAnton ButtigiegGrammaMoskaBeijingGrammatika MaltijaSan Franġisk t'AssisiAssurPolonjaSan ĠużeppKjotovjetnamSeychellesSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaMalta taħt il-FranċiżiĦal TarxienAbout-urlIrħula ta' MaltaPangolin IndjanImħabbaWikipedijaMark A. SammutSanta MarijaMahatma GandhiLibanuCharles de FoucauldPapwa Gwinea l-ĠdidaNamibjaKosta RikaBormlaL-Ewwel Gwerra DinjijaKolombjaSydneyJuan Antonio Villacañas🡆 More