Tumas Dingli

Tumas Dingli (twieled fit-22 ta' Diċembru 1591 – miet fit-22 ta' Jannar 1666) kien bennej tal-knejjes u skultur fil-ġebla Maltija.

Fiż-żewġ oqsma għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu għaliex minn taħt l-idejn imħarrġa tiegħu ħarġet skultura qisha bizzilla li żżejjen il-knisja l-qadima ta' Birkirkara u dik ta' Ħ'Attard.

Tumas Dingli
Ħajja
Twelid Ħ'Attard, 22 Diċembru 1591
Nazzjonalità Malta
Mewt Malta taħt il-Kavallieri, 22 Jannar 1666
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
skultur
bennej

Bijografija u Xogħlijiet

Tumas Dingli mexa tista' tgħid fuq il-passi ta' missieru Ġakbu Dingli, kif ukoll iz-ziju, Andrea Dingli. Dingli studja il-matematika u wara ħa s-sengħa ta' arkitett minn Matteo Coglitura. Dingli kien ġej minn familja ta' skalpellini jew naġġara, jiġifieri skulturi fil-ġebla. Ismu huwa ġeneralment marbut ma' tipoloġija ta' knisja fi stil li nistgħu nsejħulu, b'ċerta riżerva, bħala Rinaxximentali. Karatteristiċi ewlenija huma l-proporzjonijiet armonjużi, l-użu tal-pilastri ġganteski bil-panewijiet, l-użu tan-niċċa biex tagħti artikolazzjoni aktar rikka lill-faċċata u lit-tambur tal-koppla, u fuq kollox, l-iskultura fina fil-ġebel, speċjalment fil-prospettivi tal-artali u madwar il-bibien.

Is-sengħa tiegħu fit-tfassil tal-knejjes għandha xhieda ħajja fl-irħula ta' Ħ'Attard, in-Naxxar, Ħal Għargħur, il-Gudja, Ħaż-Żabbar u Birkirkara. Kien ukoll imdaħħal fil-bini tal-Akkwedott, il-Palazz tal-Isqof u Porta Reale fil-Belt Valletta.

Influwenzi

Bħala bennej ta' knejjes jidher li mexa fuq il-passi ta' Vittorio Cassar, it-tifel ta' Ġlormu Cassar. Tgħallem ukoll minn Giovanni Attard, li kiseb fama bħala bennej tal-akkwedott.

Mewt

Tumas Dingli miet ta' 75 sena, fit-22 ta' Jannar 1666 u jinsab midfun fil-knisja ta' Ħ'Attard taħt l-artal tad-Duluri. Sfortunatament iż-żmien ħassar u qered lapida li kienet tfakkar il-post fejn jinsab jistrieħ fil-knisja ta' Ħ'Attard iżda fortunatament għandna traskrizzjoni tagħha.

Referenzi

Tags:

Tumas Dingli Bijografija u XogħlijietTumas Dingli InfluwenziTumas Dingli MewtTumas Dingli ReferenziTumas DingliAttardBennejBirkirkaraSkultura

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

PeléFortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'MaltaKubaTongaArkeoloġijaFilippiniKonfuċjuFilosofijaFariżejVirġiljuLingwa ErżjanaFelix MendelssohnMaltaUżbekistanMao ZedongRenju UnitMaltinMarsiljaKunsilli lokali ta' MaltaBaskin-RobbinsMġarrMaraŻewsEfesuNew ZealandMemorial DayLeninĦal SafiTajwanClare AzzopardiLewnIngilterraMerkurju (pjaneta)Mikiel SpiteriSaint Vincent u l-GrenadiniGrammaKanal ta' SuezBurundiSiti tad-Dolmens ta' Gochang, Hwasun u GanghwaĠnus MagħqudaMammiferuDonald TrumpStorjaStati UnitiNapuljun I ta' FranzaMaldiviPjanura ta’ Stari GradIżlamInterlinguaBandiera ta' MaltaMalta taħt il-FranċiżiĠeometrijaArnold CassolaFrancesco AzopardiCarmel G. CauchiJimmy WalesGħaxar KmandamentiRadju fir-Renju UnitLudwig van BeethovenTuvaluMystrasWilliam ShakespeareRomantiċiżmuŻambjaMalawiTaġikistan🡆 More