Cáceres (bl-Ispanjol: ) hija belt li tinsab fil-komunità awtonoma ta' Extremadura, Spanja.
Hija l-belt kapitali u l-iżjed muniċipalità popolata tal-provinċja ta' Cáceres.
Cáceres (Spanja) | |||
---|---|---|---|
Spanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Extremadura | ||
Provinċja ta' Spanja | provinċja ta' Cáceres | ||
Kap tal-Gvern | Luis Salaya (en) | ||
Isem uffiċjali | Cáceres | ||
Ismijiet oriġinali | Cáceres | ||
Kodiċi postali | 10001–10005, 10195 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 39°28′23″N 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°W 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°W | ||
Superfiċjenti | 1,750,330,000 metru kwadru | ||
Għoli | 459 m | ||
Fruntieri ma' | Alcuéscar (en) , Aldea del Cano (en) , Aliseda (en) , Botija (en) , Brozas (en) , Carmonita (en) , Casar de Cáceres (en) , Casas de Don Antonio (en) , Cordobilla de Lácara (en) , Garrovillas de Alconétar (en) , Herreruela (en) , Malpartida de Cáceres (en) , Mérida, Montánchez (en) , Plasenzuela (en) , Puebla de Obando (en) , Santiago del Campo (en) , Sierra de Fuentes (en) , Torremocha (en) , Torreorgaz (en) , Torrequemada (en) , Arroyo de la Luz (en) , Talaván (en) , Trujillo (en) , Santa Marta de Magasca (en) , Badajozu Alburquerque (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 96,215 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
bliet ġemellati | Netanya, Blois (en) , Gaża, Santiago de Compostela, La Roche-sur-Yon (en) , Castelo Branco (en) , Portalegre (en) , Piano di Sorrento (en) , Santo Domingo Province (en) u Quillota Province (en) | ||
ayto-caceres.es |
Cáceres tinsab qabel is-Sierra de la Mosca, katina mudesta ta' għoljiet. Hija parti mill-Vía de la Plata ("Rotta tal-Fidda") tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu li tgħaddi mill-Punent tal-Peniżola Iberika mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.
Il-muniċipalità għandha erja ta' 1,750.33 km2 (675.81 mil kwadru), l-ikbar fi Spanja. Fl-2014 il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal madwar 96,000 ruħ. Il-belt iffortifikata Medjevali ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Kien hemm insedjamenti qrib Cáceres minn żmien il-preistorja. Evidenza ta' dan tinstab fl-għerien ta' Maltravieso u ta' El Conejar. Il-belt ġiet stabbilita mir-Rumani fil-25 Q.K.
Iċ-ċentru storiku (Parte Antigua) għad għandha s-swar antiki tagħha; dan il-parti tal-belt hija magħrufa sew għall-bosta bejtiet taċ-ċikonji. Is-swar jipproteġu ambjent ta' belt Medjevali bl-ebda sinjal ta' modernità, u minħabba f'hekk bosta programmi u films televiżivi nħadmu hemmhekk. L-Università ta' Extremadura, u żewġ osservatorji astronomiċi, jinsabu f'Cáceres. Il-belt hija s-sede wkoll tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Coria-Cáceres.
Cáceres ġiet iddikjarata Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 minħabba t-taħlita ta' arkitetturi Rumani, Għarab, Gotiċi tat-Tramuntana u Rinaxximentali Taljani. B'kollox hemm tletin torri minn żmien il-Musulmani f'Cáceres, u l-iżjed wieħed famuż huwa t-Torre de Bujaco.
L-oriġini ta' Cáceres imorru lura għall-preistorja, kif joħroġ fid-dieher mit-tpittir fl-Għar ta' Maltravieso. L-għar fih mijiet ta' pitturi, inkluż l-eqdem tpittir fl-għerien fid-dinja tal-kontorn ta' id bl-aħmar li għandha iktar minn 67,000 sena. Din saret 20,000 sena qabel il-wasla tal-Homo sapiens fl-Ewropa u b'hekk huwa maħsub li t-tpittir sar min-Neanderthal. Il-viżitaturi jistgħu jaraw fdalijiet minn żmien il-Medju Evu, mill-okkupazzjoni Rumana, mill-okkupazzjoni Għarbija u mill-epoka tad-deheb tal-kultura Lhudija fi Spanja. Cáceres għandha erba' żoni prinċipali li jistgħu jiġu esplorati: iċ-ċentru storiku, il-kwartier Lhudi, iċ-ċentru modern u l-periferiji.
L-ewwel evidenza ta' bnedmin li għexu f'Cáceres tmur lura għall-era Paleolitika Aħħarija, għall-ħabta tal-25,000 Q.K. Cáceres bħala belt ġiet stabbilita bħala Castra Caecilia minn Quintus Caecilius Metellus Pius u bdiet tikseb l-importanza bħala belt strateġika taħt l-okkupazzjoni Rumana, u minn fdalijiet li nstabu fil-belt jidher ċar li diġà mill-25 Q.K. kienet belt fejn kien qed joktor il-ġid. Xi fdalijiet tal-ewwel swar tal-belt li nbnew mir-Rumani fis-sekli 3 u 4 għadhom jeżistu, inkluż daħla, l-Arco del Cristo.
Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, il-belt ġiet okkupata mill-Viżigoti, u daħlet f'perjodu ta' deklin sal-ħakma tal-Għarab fis-seklu 8. Il-belt qattgħet il-ftit sekli ta' wara l-iktar taħt it-tmexxija tal-Għarab, għalkemm is-setgħa alternat diversi drabi bejn l-Għarab u l-Kristjani. Matul dan iż-żmien, l-Għarab reġgħu bnew il-belt, inkluż is-swar, palazzi, u diversi torrijiet, inkluż it-Torre de Bujaco. Cáceres reġgħet inħakmet mill-Kristjani fis-seklu 13 (1229). Matul dan il-perjodu l-belt kellha kwartier importanti tal-Lhud: fis-seklu 15 meta l-popolazzjoni totali kienet tlaħħaq l-2,000 ruħ, kważi 140 familja Lhudija kienet tgħix f'Cáceres. Il-popolazzjoni Lhudija ġiet imkeċċija mir-Reġina Isabella u Ferdinandu ta' Aragona fl-1492, iżda ħafna fdalijiet tal-preżenza Lhudija tal-perjodu għadhom viżibbli llum il-ġurnata fil-Barrio San Antonio.
Cáceres iffjorixxiet matul ir-Reconquista u l-Iskoperta tal-Amerki, meta bosta familji influwenti u nobbli Spanjoli bnew id-djar u l-palazzi ż-żgħar tagħhom hemmhekk, u bosta membri tal-familji minn Extremadura pparteċipaw fi vjaġġiu lejn l-Amerki fejn stagħnaw. Fis-seklu 19, Cáceres saret il-belt kapitali tal-provinċja, u dan immarka perjodu ta' tkabbir li waqaf ħesrem minħabba l-Gwerra Ċivili Spanjola. Illum il-ġurnata, is-sede tal-università kif ukoll diversi dipartimenti tal-gvern reġjonali jinsabu f'Cáceres.
Iċ-Ċentru Storiku ta' Cáceres fi Spanja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata fl-2016.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Il-belt ta' Cáceres tinsab fil-provinċja ta' Cáceres fir-reġjun ta' Extremadura tal-Punent ċentrali ta' Spanja. Il-belt għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Köppen: Csa) li hija wkoll miti bis-saħħa tal-prossimità tagħha mal-Oċean Atlantiku. Fix-xitwa, it-temperatura medja ma taqbiżx massimu ta' 14 °C (57 °F), u tilħaq minimu ta' 8 °C (46 °F), bi ftit ġlata. Fis-sajf, it-temperatura massima medja tkun 34 °C (93 °F) u t-temperatura minima medja tkun 19 °C (66 °F). Ix-xita tinżel qliel fix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Marzu, April u Mejju, iżda tinżel b'mod intermittenti ħafna.
Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1991-2020, temp. estremi mill-1920) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.2 (70.2) | 23.0 (73.4) | 26.8 (80.2) | 31.2 (88.2) | 36.6 (97.9) | 42.0 (107.6) | 44.0 (111.2) | 44.3 (111.7) | 42.6 (108.7) | 37.0 (98.6) | 27.2 (81.0) | 21.0 (69.8) | 44.3 (111.7) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 12.2 (54.0) | 14.2 (57.6) | 17.6 (63.7) | 19.9 (67.8) | 24.5 (76.1) | 30.3 (86.5) | 34.0 (93.2) | 33.7 (92.7) | 28.7 (83.7) | 22.4 (72.3) | 16.1 (61.0) | 12.7 (54.9) | 22.2 (72.0) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 8.1 (46.6) | 9.4 (48.9) | 12.3 (54.1) | 14.3 (57.7) | 18.3 (64.9) | 23.2 (73.8) | 26.4 (79.5) | 26.3 (79.3) | 22.3 (72.1) | 17.3 (63.1) | 11.8 (53.2) | 8.8 (47.8) | 16.6 (61.9) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 4.0 (39.2) | 4.6 (40.3) | 6.9 (44.4) | 8.7 (47.7) | 12.0 (53.6) | 16.1 (61.0) | 18.9 (66.0) | 19.0 (66.2) | 15.9 (60.6) | 12.1 (53.8) | 7.6 (45.7) | 4.9 (40.8) | 10.9 (51.6) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.6 (21.9) | −5.6 (21.9) | −3.6 (25.5) | −1.4 (29.5) | 2.8 (37.0) | 5.4 (41.7) | 10.0 (50.0) | 9.0 (48.2) | 4.8 (40.6) | 2.4 (36.3) | −2.2 (28.0) | −5.4 (22.3) | −5.6 (21.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 53.6 (2.11) | 50.9 (2.00) | 54.3 (2.14) | 52.6 (2.07) | 47.3 (1.86) | 12.8 (0.50) | 4.7 (0.19) | 6.7 (0.26) | 31.8 (1.25) | 82.7 (3.26) | 79.6 (3.13) | 67.2 (2.65) | 544.2 (21.42) |
Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 7.2 | 6.2 | 6.7 | 7.6 | 6.4 | 2.2 | 0.6 | 1.0 | 3.7 | 7.5 | 7.9 | 7.9 | 64.9 |
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar | 156 | 185 | 232 | 260 | 310 | 353 | 391 | 359 | 274 | 214 | 163 | 137 | 3,034 |
Sors: Météo Climat |
Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1982-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.2 (70.2) | 23.0 (73.4) | 26.8 (80.2) | 31.2 (88.2) | 36.6 (97.9) | 42.0 (107.6) | 43.2 (109.8) | 42.6 (108.7) | 42.3 (108.1) | 33.8 (92.8) | 26.6 (79.9) | 21.0 (69.8) | 43.2 (109.8) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 12.0 (53.6) | 14.0 (57.2) | 17.7 (63.9) | 19.3 (66.7) | 23.7 (74.7) | 29.9 (85.8) | 33.7 (92.7) | 33.2 (91.8) | 28.8 (83.8) | 22.0 (71.6) | 15.9 (60.6) | 12.5 (54.5) | 21.9 (71.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 7.8 (46.0) | 9.3 (48.7) | 12.2 (54.0) | 13.8 (56.8) | 17.6 (63.7) | 22.9 (73.2) | 26.2 (79.2) | 26.0 (78.8) | 22.4 (72.3) | 17.0 (62.6) | 11.7 (53.1) | 8.7 (47.7) | 16.3 (61.3) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.7 (38.7) | 4.7 (40.5) | 6.7 (44.1) | 8.3 (46.9) | 11.5 (52.7) | 16.0 (60.8) | 18.8 (65.8) | 18.7 (65.7) | 16.0 (60.8) | 11.9 (53.4) | 7.5 (45.5) | 4.9 (40.8) | 10.7 (51.3) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.6 (21.9) | −5.6 (21.9) | −3.6 (25.5) | −1.4 (29.5) | 2.8 (37.0) | 5.4 (41.7) | 10.0 (50.0) | 11.0 (51.8) | 7.4 (45.3) | 2.4 (36.3) | −2.2 (28.0) | −4.6 (23.7) | −5.6 (21.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 54 (2.1) | 48 (1.9) | 36 (1.4) | 52 (2.0) | 50 (2.0) | 20 (0.8) | 6 (0.2) | 7 (0.3) | 30 (1.2) | 77 (3.0) | 89 (3.5) | 77 (3.0) | 551 (21.7) |
Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 7 | 7 | 5 | 7 | 7 | 3 | 1 | 1 | 4 | 8 | 8 | 8 | 64 |
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar | 156 | 175 | 232 | 247 | 297 | 336 | 379 | 348 | 261 | 205 | 158 | 129 | 2,922 |
Sors 1: Agencia Estatal de Meteorología | |||||||||||||
Sors 2: Agencia Estatal de Meteorología |
Il-"Belt Monumentali ta' Cáceres" ġiet iddikjarata mill-Kunsill tal-Ewropa bħala t-Tielet Kumpless Monumentali tal-Ewropa fl-1968 (wara Praga u Tallinn) u bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986. Cáceres ingħatat ukoll premjijiet oħra: Pomme d'Or għall-"Merti għat-Turiżmu", mogħti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti u tal-Kittieba tat-Turiżmu fl-1996; Les Etoiles d'Or du Jumelage, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fl-1999; il-Premju Archival mogħti mill-Assoċjazzjoni għall-Irkupru taċ-Ċentri Storiċi fl-2004 u l-Premju taċ-Ċittadini tal-2008 mogħti mill-Assoċjazzjoni tal-Entitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni Diġitali, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Awdjoviżiv taċ-Ċittadini għall-appoġġ li ċ-ċittadini taw għall-kandidatura tal-belt bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2016. Cáceres hija membru wkoll tan-Networks tat-Toroq ta' Sefarad, tal-Vía de la Plata, u ntgħażlet mill-Komunità Awtonoma bħala l-Kapitali Kulturali ta' Extremadura fl-1992, flimkien mal-isforz ta' solidarjetà tal-amministrazzjonijiet, tal-kumpaniji privati, tal-entitajiet uffiċjali u taċ-ċittadini privati bejn l-2003 u l-2010 biex il-belt issir il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2016.
L-Università ta' Extremadura, stabbilita fl-1973, għandha kampus f'Cáceres.
Cáceres tinsab qrib l-Awtostrada A-66 minn Sivilja sa Gijón. L-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres taqdi madwar 100,000 passiġġier fis-sens.
It-toroq iż-żgħar fiċ-ċentru storiku fihom bosta ħwienet li jbigħu l-prodotti tipiċi. Il-kunventi jbigħu l-ħelu u l-pasti tradizzjonali. L-inbejjed tipiċi ħomor minn Extremadura ma jiswewx ħafna flus u għandhom korporatura sħiħa. Il-likers lokali jinkludu l-liker taċ-ċirasa mill-wied ta' Jerte fil-qrib, jew likers oriġinali oħra bħal tal-qastan u tat-tut. Prodotti oħra tal-provinċja jinkludu l-ġobon tan-nagħaġ (Torta del Casar, li mhux magħmul mill-ħalib tal-mogħoż, iżda bil-ħalib min-nagħaġ tat-tip merino), it-torti tat-tin, il-qastan, il-prieżet u prodotti oħra tal-majjal, il-ħaruf, iż-żejt taż-żebbuġa u l-paprika (pimentón de la Vera).
Il-prieżet ippreservati u l-inbid aħmar jiġu prodotti lokalment u huma uffiċjalment rikonoxxuti mill-gvern Spanjol. Il-ġobon tal-mogħoż u tan-nagħaġ jiġu prodotti minn metodi tradizzjonali u huma rinomati fil-pajjiż kollu. Cáceres hija famuża wkoll għall-istuffat, għal-laħam mixwi (speċjalment il-laħam tal-majjal, tal-ħaruf u tal-annimali tal-kaċċa), il-frak tal-ħobż moqli (migas), it-trota, il-pasti u l-għasel.
Fost it-timijiet sportivi notevoli, Cáceres tospita t-tim tal-assoċjazzjoni tal-futbol CP Cacereño li attwalment jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni u t-timijiet professjonali tal-basketball Cáceres Basket, li jilgħab fil-Liga LEB Oro, u l-Club Baloncesto Al-Qazeres, li jilgħab fil-Liga Femenina. Hemm ukoll it-tim tar-Rugby Union Extremadura CAR Cáceres li jilgħab fid-DHB, it-tieni diviżjoni nazzjonali.
Il-belt moqdija mill-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres. Barra minn hekk, faċċata hemm il-venda tal-karozzi tal-linja, b'diversi karozzi tal-linja b'servizz lejn bliet oħra.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Cáceres (Spanja), which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.