Rewwixta Tal-Qassisin: Rewwixta li kienu għamlu l-qassisin f'Malta fl-1775

Ir-Rewwixta tal-Qassisin, magħrufa wkoll bħala r-Ribelljoni tal-Maltin tal-1775 jew ir-Ribelljoni ta' Settembru 1775, kienet rewwixta mmexxija mill-kleru ta' Malta kontra l-Ordni ta' San Ġwann, li kellha s-sovranità fuq il-Gżejjer Maltin.

Ir-rewwixta seħħet fit-8 ta' Settembru 1775, iżda l-Ordni sfaxxata fix-xejn fi ftit sigħat. Ir-ribelli nqabdu u wħud ġew ġustizzjati, eżiljati jew mitfugħa l-ħabs.

Rewwixta Tal-Qassisin: Sfond, Rewwixta, Wara r-rewwixta
Id-daħla tal-Forti Sant'Iermu fil-Belt Valletta

Sfond

Il-kawżi tar-rewwixta jmorru lura għall-1773, meta Francisco Ximenes de Texada ġie elett Gran Mastru wara l-mewta ta' Manuel Pinto da Fonseca. Malli ġie elett, Ximenes sab li s-senduq tat-Teżor kien tbattal mhux ħażin, u għaldaqstant daħħal miżuri ta' awsterità, fosthom it-tnaqqis tal-infiq u ż-żieda tal-prezz tal-qamħirrum. B'hekk il-poplu Malti u Għawdxi ħadu fuq demm id-dars, u mhux biss il-popolin iżda anke l-kleru kien tal-istess fehma.

Ximenes ħareġ editt li jipprojbixxi l-kaċċa tal-liebri (jew iktar speċifikament tal-fenek tax-xiber) mill-popolin, sabiex il-kaċċa tkun irriżervata għall-elit tas-soċjetà. Il-projbizzjoni ġiet opposta mill-Isqof Giovanni Carmine Pellerano u mill-kleru. Xi avvenimenti oħra komplew iżidu t-tensjoni bejn il-kleru u l-Ordni.

Rewwixta

Minħabba t-tensjoni li kienet inġemgħet bejn l-Ordni u l-kleru, u l-opinjoni pubblika negattiva rigward Ximenes, xi qassisin immexxija minn Dun Gaetano Mannarino bdew jikkonfoffaw kontra l-Ordni. Huma għażla t-8 ta' Settembru bħala l-jum tar-ribelljoni, meta l-bastimenti tal-Ordni kienu qegħdin fuq il-baħar mal-Flotta Navali Spanjola u l-Belt Valletta ma kinitx difiża sew. 28 membru tal-kleru u għadd iktar ta' individwi mill-popolin kienu involuti fl-ippjanar tar-rewwixta.

Rewwixta Tal-Qassisin: Sfond, Rewwixta, Wara r-rewwixta 
Il-fortifikazzjoni magħrufa bħala l-Kavallier ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta

Fit-8 ta' Settembru 1775, jum ir-rewwixta, tfaċċaw biss 18 mit-28 membru tal-kleru. Minkejja dan, Mannarino xorta waħda ddeċieda li jkompli bir-rewwixta. Grupp ta' 13-il ruħ ħadu f'idejhom il-Forti Sant'Iermu fit-Tramuntana tal-Belt Valletta, filwaqt li l-bqija tar-ribelli ħatfu l-fortifikazzjoni magħrufa bħala l-Kavallier ta' San Ġakbu fuq in-naħa l-oħra tal-belt. Fiż-żewġ każijiet, il-bandiera tal-Ordni ġiet imniżżla u minflok ittellgħet il-bandalora ta' San Pawl. Meta faqqgħet ir-rewwixta, Ximenes laqqa' l-Kunsill tal-Istat biex jara kif itemm ir-rewwixta. Il-Kunsill bagħat lill-Vikarju Ġenerali biex jitkexxef x'kienu t-talbiet tar-ribelli, li qablu li jinnegozjaw. Madankollu, kien hemm mument meta heddew li jisplodu l-maħżen tal-porvli tal-Forti Sant'Iermu, li kien jikkawża ħsarat estensivi lill-forti u lill-fortifikazzjonijiet tal-belt. Minħabba f'hekk, l-Ordni ddeċidiet li terġa' tikseb il-kontroll tal-fortifikazzjonijiet okkupati bil-forza. Il-Forti Sant'Iermu reġa' għadda taħt il-kontroll tal-Ordni wara skambju qasir ta' tiri bl-armi tan-nar, filwaqt li l-Kavallier ta' San Ġakbu ġie ċedut ftit wara. Mit-18-il qassis li kienu involuti fir-rewwixta, 12 biss baqgħu jissieltu sal-aħħar.

Wara r-rewwixta

Wara li ċedew, ir-ribelli ntefgħu l-ħabs fil-Forti Sant'Iermu. L-ewwel proċessi quddiem il-liġi saru f'Ottubru 1775 u komplew wara l-mewt ta' Ximenes fl-4 ta' Novembru. Tlieta mir-ribelli ġew ġustizzjati, filwaqt li l-oħrajn intefgħu l-ħabs, ġew eżiljati jew inħelsu. Il-mexxej tar-rewwixta Mannarino kien wieħed minn dawk li ngħata sentenza ta' ħabs għall-għomor. Eventwalment inħeles flimkien ma' priġunieri politiċi oħra, wara iktar minn għoxrin sena ħabs, meta Malta kienet taħt il-Franċiżi fl-1798. Mannarino miet fl-1814 meta kellu 81 sena.

Referenzi

Tags:

Rewwixta Tal-Qassisin SfondRewwixta Tal-Qassisin RewwixtaRewwixta Tal-Qassisin Wara r-rewwixtaRewwixta Tal-Qassisin ReferenziRewwixta Tal-QassisinMaltaOrdni ta' San Ġwann

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

IżlamReliġjon LhudijaL-OlokawstNies prominenti MaltinDu FuBelt tal-VatikanAmburguĦaġar QimBenito MussoliniTrojjaUnjoni SovjetikaIngilterraSlovakkjaValletta FCVenere ta' WillendorfOlimpjaBloggTazza tad-Dinja tal-FutbolSchönhausenGeorgiaSomaljaMadridVilniusBaħar Mediterran.trFK AtlantasSit elettronikuTazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2005Lingwa FranċiżaSistema SolariOrdni ta' San ĠwannMiliedGreenpeacePapaPolitika ta' MaltaGħanaTestment il-QadimPietru Pawl SaydonTerence ScerriKarbonjuWikiversitàTumas DingliFondazzjoni WikimediaButanAfganistanBelġjuFinlandjaAfrika t'IsfelOctave MirbeauExeterL-ImdinaPietru CaxaroPjanetaTaksonKatowiceStat tal-PalestinaTestment il-ĠdidL-IklinL-Amerika t'IsfelMalażja5 ta' NovembruJimmy WalesLino Grech🡆 More