L-Għarab (Għarbi: العرب) huma grupp etniku mifrux fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq.
L-Għarbi hija waħda mil-lingwi Semitiċi, li hija wkoll l-isem tal-familja etnika li jappartjenu għaliha.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Hemm tliet punti li jgħidu jekk xi ħadd għandux jitqies Għarbi jew le:
Il-minoranzi huma l-Kurdi f'xi pajjiżi Għarab. Il-poplu Kurd ħafna drabi jitqies bħala Għarbi, iżda huma grupp etniku Iraniku bil-lingwa u l-kultura Kurda tagħhom stess. L-istess jgħodd għall-Berberi u l-Bedouini.
Hemm ħafna nies li jistgħu jissejħu Għarab minn dawn il-punti, iżda li ma jaħsbux lilhom infushom bħala Għarab. Eżempji jinkludu l-Eġizzjani moderni (Kottiċi) u s-Sirjaċi (Aramajk/Assirjani). Għalkemm jgħixu f'pajjiżi bħas-Sirja jew l-Eġittu li huma parti mil-Lega Għarbija u jitkellmu l-lingwa uffiċjali-Għarbija, huma gruppi kulturali differenti. Għandhom il-lingwi tagħhom stess,] il-kultura, l-identità u l-knejjes, bħall-Knisja Kopta u l-knejjes Kattoliċi u Ortodossi tas-Sirja. Anke jekk ħafna assimilaw mas-soċjetà Għarbija, għandhom il-wirt tagħhom stess li jkopri 3,000 sena.
Il-Maltin, minkejja li jitkellmu lingwa Semitika li ġeja minn djalett Għarbi, kważi qatt ma jitqiesu bħala Għarab jew parti mid-dinja Għarbija, iżda grupp etniku għalihom infushom. L-istess jgħodd għat-Torok u l-Iranjani (Persjani).
This article uses material from the Wikipedia Malti article Għarab, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.