Ir-Repubblika Ċeka (biċ-Ċek: Česká republika), jew Ċekja hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali.
Il-pajjiż huwa mdawwar mill-Ġermanja lejn il-Punent, l-Awstrija fin-Nofsinhar, is-Slovakkja lejn il-Lvant u l-Polonja lejn it-Tramuntana. Il-belt kapitali u l-akbar belt, b'1.3 miljun abitant, hija Praga. Ir-Repubblika Ċeka tinkludi t-territorji storiċi tal-Boħemja u l-Moravja u parti żgħira ta' Silesja.
Repubblika Ċeka Česká republika | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Pravda vítězí" (Ċek) Verità prevali | ||||||
Innu nazzjonali: "Kde domov můj?" (Ċek) Fejna d-dar tiegħi? | ||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Praga 50°05′N 14°28′E / 50.083°N 14.467°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Ċek | |||||
Gvern | Repubblika Parlamentari | |||||
- | President | Miloš Zeman | ||||
- | Prim Ministru | Bohuslav Sobotka | ||||
- | Prim Ministru nominat | |||||
Formazzjoni | ||||||
- | Prinċipalità tal-Boħemja | c. 870 | ||||
- | Renju tal-Boħemja | 1198 | ||||
- | Ċekoslovakkja | 28 ta' Ottubru 1918 | ||||
- | Repubblika Soċjalista Ċeka | 1 ta' Jannar 1969 | ||||
- | Repubblika Ċeka | 1 ta' Jannar 1993 | ||||
Sħubija fl-UE | 1 ta' Mejju, 2004 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 78,866 km2 (116) 30,450 mil kwadru | ||||
- | Ilma (%) | 2 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 10,513,209 (81) | ||||
- | ċensiment tal- | 10,436,560 | ||||
- | Densità | 134/km2 (84) 341/mili kwadri | ||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $286.952 biljun | ||||
- | Per capita | $27,190 | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $196.072 biljun | ||||
- | Per capita | $18,579 | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.873 (għoli ħafna) (28) | |||||
Valuta | Koruna Ċeka (CZK ) | |||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +420 | |||||
TLD tal-internet | .cz1 | |||||
1 | Id-dominju .eu hija wkoll użata u maqsuma mal-istati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropeja. |
Fruntieri tar-Repubblika Ċeka: total: 2,046 km, pajjiżi tal-fruntiera (4): Awstrija 402 km; Ġermanja 704 km; Polonja 699 km; Slovakkja 241 km.
Iċ-Ċekja hija repubblika parlamentari b'kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president. Il-pajjiż kien iffurmat fl-1993 wara li ċ-Ċekoslovakkja nqasmetfiċ-Ċekja u s-Slovakkja. Il-pajjiż issa huwa maqsum f'14-il reġjun, inkluża l-belt kapitali, Praga.
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tar-Repubblika Ċeka fl-2018 kienu l-industrija (30.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (19.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta' xogħol soċjali (15.5%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 84% tal-esportazzjonijiet tar-Repubblika Ċeka (il-Ġermanja 32%, is-Slovakkja 8% u l-Polonja 6%), filwaqt li barra mill-UE 2% jmorru fl-Istati Uniti u fir-Russja.
F'termini ta' importazzjonijiet, 76% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 29%, il-Polonja 9% u s-Slovakkja 6%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 2% mill-Istati Uniti.
Hemm 21 membru tal-Parlament Ewropew miċ-Ċekja.
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti mill-gvern taċ-Ċekja, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Kunsill tal-UE m'għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta' dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f'kull qasam ta' politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-Presidenzi taċ-Ċekja: Jan-Ġun 2009
Il-Kummissarju nominat miċ-Ċekja għall-Kummissjoni Ewropea hi Vĕra JourováFittex it-traduzzjonijiet disponibbli tal-link preċedentiEN•••, il-Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza. Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f'kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Iċ-Ċekja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta' interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Iċ-Ċekja għandha 12-il rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tar-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-UE. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Iċ-Ċekja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE premezz tar-rappreżentanza permanenti fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata tal-UE" tar-Repubblika Ċeka, il-kompitu ewlieni tagħha hu li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti bl-aktar mod effettiv possibbli fl-UE.
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b'mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa. L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b'mod ġenerali. Ċifri tal-2018 għaċ-Ċekja:
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE miċ-Ċekja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta' toroq, is-sussidjar ta' riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Ir-Repubblika Ċeka tikkonsisti minn 14-il reġjun (kraje fiċ-Ċek) u belt kapitali waħda (hlavní město)
Għal skopijiet ta' statistika, ibbażati fuq regolamenti Ewropej u stabbiliti mill-Eurostat, huma l-unitajiet NUTS fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea. L-14-il reġjun huma kklassifikati fil-livelli NUTS-3. Xi reġjuni jiffurmaw NUTS-2, oħrajn NUTS-2 jikkonsistu minn żewġ jew tliet reġjuni.
Ir-Repubblika Ċeka hija magħmula minn tliet pajjiżi storiċi: il-Boemja, il-Moravja u s-Silesja Ċeka (il-parti tan-Nofsinhar tas-Sileżja).
This article uses material from the Wikipedia Malti article Ċekja, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.