Id-Danimarka huwa pajjiż li jinsab fit-Tramuntana tal-Ewropa.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-belt kapitali tagħha hi Kopenħagen.
Renju tad-Danimarka Kongeriget Danmark | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Guds hjælp, Folkets kærlighed, Danmarks styrke" Għajnuna t'Alla, Imħabba tal-Poplu, Qawwa tad-Danimarka | ||||||
Innu nazzjonali: "Der er et yndigt land" Hemm huwa pajjiż sabiħ | ||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Kopenħagen 55°43′N 12°34′E / 55.717°N 12.567°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Daniż | |||||
Gvern | Monarkija kostituzzjonali parlamentari unitarja | |||||
- | Monarka | Frederik X | ||||
- | Prim Ministru | Mette Frederiksen | ||||
- | Kelliem tal-Folketing | Henrik Dam Kristensen | ||||
Leġislatura | Folketing | |||||
Konsolidazzjoni | Seklu 8 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 92,212 km2 (133) 35,603 mil kwadru | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2012 | 5,580,413 | ||||
- | Densità | 130/km2 336.7/mili kwadri | ||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $210.147 biljun (52) | ||||
- | Per capita | $37,657 (20) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $313.637 biljun (32) | ||||
- | Per capita | $56,202 (8) | ||||
IŻU (2013) | 0.901 (għoli ħafna) (15) | |||||
Valuta | Krone Daniż (DKK ) | |||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +45 | |||||
TLD tal-internet | .dk |
Fruntieri tad-Danimarka: total: 141 km, pajjiżi tal-fruntiera: Ġermanja 140 km; Kanada 1.3 km.
L-isem tal-innu nazzjonali tad-Danimarka huwa: "Der er et yndigt land" jew inkella "There is a lovely country". Id-Danimarka għandha wkoll l-innu rjali billi ghandhom familja rjali bir-Regina bhala kap bhal fil-każ tal-Ingilterra. L-isem ta' dan l-innu huwa: "Kong Christian stod ved højen mast" jew inkella :"King Christian stood by the lofty mast". Wieħed jista' forsi jissaponi li dawn l-innijiet ċelebrattivi għandhom xi rabta mill-qrib ma' dak li għadda minnu dan il-pajjiż fil-passat.
Il-belt kapitali tad-Danimarka hija Kopenħagen u l-popolazzjoni totali f'din il-parti tal-pajjiż tammonta għal 1.9 miljun persuna. Il-popolazzjoni totali tad-Danimarka tigi mahduma billi wieħed iżid l-art addizzjonali li dan il-pajjiż għandu 'l barra miċ-ċentru tiegħu. Il-popolazzjonali totali skond stħarriġ li sar fl-2012 hija ta' 5,687,591. Il-lingwa uffiċjali tad-Danimarka huwa d-Daniż però kif wieħed jista' jissaponi meta nitkellmu rigward pajjiżi kbar relattivament nsibu diversi lingwi ohra bħall-Groenlandiż, il-Faroiż u l-Ġermaniż skond kif ikun imqassam il-pajjiz.
Id-Danimarka huwa pajjiż li jgawdi mis-sovranita' u jinsab fit-tramuntana tal-Ewropa. Dan il-pajjiż Nordiku jinsab lejn l-ilbiċ tal-Iżveżja, lejn in-nofsinhar tan-Norveġja u huwa mdawwar mill-Ġermanja li tinsab lejn in-nofsinhar tieghu. Id-Danimarka ghandha żewġ pajjiżi b'awtonomija kostitwenti fit-tramuntana tal-Oċean Atlantiku li huma il-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. B'43,094 kilometru kwadru (16,638.69 sq mi), u b'popolazzjoni li tlaħħaq għal madwar il-5.6 miljun abitant, id-Danimarka tikkonsisti minn peniżola, Jutland, u l-arċipelagu Daniż ta' erba' mija u sebat igżejjer. Dawn huma kkaratterizzati minn art ċatta fertili u minn kosti ramlija b'elevazzjoni ċkejkna li jħaddnu klima moderata. L-ilsien nazzjonali, id-Daniż, għandu konnessjoni diretta mal-Iżvediż u man-Norveġiż.
Ir-renju tad-Danimarka huwa Monarkija Kostituzzjonali taht il-Regina Margrethe II, magħrufa wkoll bħala r-Reġina regnanti. Huwa pajjiż immexxi b'demokrazija parlamentari. Mat-tmiem tal-monarkija assoluta introdotta fl-1660, il-kostituzzjoni tad-Danimarka giet iffirmata fil-5 ta' Gunju tal-1849, pero' din l-istess kostituzzjoni kellha tgħaddi minn diversi modifiki sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Daniż bl-aħjar mod possibbli. Infatti l-kostituzzjoni tad-Danimarka nkitbet għal erba' darbiet, bl-aħħar reviżjoni fl-1953. Il-Parlament Folketing, jinsab fil-kapitali ta' Kopenħagen u dan jikkonsisti fi tlett potenzi partikolari, dik Gudizzjarja, Eżekuttiva u Leġislattiva. Id-Danimarka teżerċita influwenza eġemonika fuq l-isfera Daniża, fejn jigu mnaqqsa l-poteri politiċi sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-interessi interni tal-Gżejjer Faroe u tal-Groenlandja. Fl-1973, id-Danimarka ssieħbet fi ħdan l-Unjoni Ewropea fejn kellha erba' okkazzjonijiet li setgħet tastjeni bis-sħiħ kontra d-direttivi ġudizzjarji tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa spjegat b'ċertu dettall fil-ftehim ta' Edinbera tal-1992. Il-gżejjer Faroe kif ukoll il-Groenlandja baqġħat barra mill-Unjoni.
Meqjusa bħala dar il-Vikingi, id-Danimarka emarġinat bħala renju magħqud fit-tmien seklu bħala nazzjon profiċjenti tat-tbaħħir sabiex tkun iċ-centru tat-taqbida reċiproka għall-kontroll tal-baħar Baltiku. L-istabbiliment tal-Unjoni Kalmarja taħt il-kmand Daniż fl-1397 intemm mas-seċessjoni Żvediża fl-1523. Sena wara, id-Danimarka ssieħbet fl-Unjoni Ewropea man-Norveġja pero' dan il-ftehim ġie xolt fl-1814. Bosta ċessjonijiet tat-territorju Daniż li kienu bdew fis-seklu sbatax ikkawżaw qawma ta' diversi movimenti nazzjonalisti li kisbu l-momentum fit-tletinijiet tas-seklu dsatax. Dawn il-movimenti spiċċaw hekk kif intemmet it-tieni gwerra tal-1864 ġewwa Schleswig fejn ġew mitluba prospetti ġodda mill-Ewropa, li rriżulta f'aġġustament u ko-operazzjoni. Id-Danimarka baqgħet newtrali matul l-ewwel gwerra dinjija u l-invażjoni Ġermaniża f'April tal-1940 rat kuflitt militari qasir filwaqt li l-moviment ta' reżistenza Daniża kien attiv sa mill-1943 sakemm ċedew il-Ġermaniżi f'Mejju tal-1945. Il-perjodu ta' wara l-gwerra rnexxielu jiġġenera żieda sostazjali ta' ġid u ġab l-integrazzjoni Ewropea aktar fil-viċin, bħala parti mill-missjoni ta' paċi tan-nazzjonijiet uniti, fil-Balkani, fis-sena 1990. Id-Danimarka abbandunat in-newtralita' tagħha meta pparteċipat f'għaqdiet militari fil-Lvant Nofsani mal-wasla tal-millenju.
Id-Danimarka introduċiet riformi soċjali, kif ukoll riformi li huma relatati max-xogħol tas-suq fid-diċenji bikrija tas-seklu għoxrin, Dan ikkrea s-sisien għall-istat preżenti b'ekonomija mħallta u ferm żviluppata għas-suq Daniż. Huwa magħruf li l-kron Daniż intrabat mal-munita Ewro sa mill-1 ta' Jannar tal-1999. Id-Danimarka għandha rabtiet intrinsiċi mal-ġirien tagħha, konnessjonijiet kulturali, ekonomiċi u storiċi . Dan il-fattur ta' imminenza u ħbiberija irriżulta fil-kostruzzjoni tal-pont ta' Oresud u l-konnessjoni ppjanata ma' Fehmam. Il-mobilita' soċjali għolja preżenti f'dan il-pajjiż tista' titqies bħala l-aħjar waħda fid-dinja, l-aspetti pożittivi ta' dan il-pajjiż isegwu meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn il-livell għoli ta' ugwaljanza fil-pagi mogħtija, kif ukoll billi tittieħed fil-kunsiderazzjoni r-rati għoljin ta' dħul per kapita.
Fl-2013,id-Danimarka ġiet elenkata fil-ħmistax-il post fuq l-indiċi tal-iżvilupp Uman u fid-disa' post fir-rigward tal-inugwaljanza aġġustata HDI. Id-Danimarka tikklassifika b'mod pożittiv għall-ahhar fl-indiċi tal-perċezzjoni fuq il-korruzzjoni, fl-indiċi ta' prosperita' Legatum, kif ukoll bħala demokrazija sħiħa fl-indiċi 14,15 u 16, li jitkellmu rigward id-demokrazija. Id-Danimarka hija fost il-membri fundaturi tan-Nato, il-kunsill Nordiku, OECD,OSCE u tan-nazzjonijiet uniti. Dawn huma tliet siti ta' wirt Daniż li huma misjuba miktubin fil-lista tal-Unesco World heritage fl-Ewropa tat-tramuntana.
Id-definizzjoni tal-kelma 'Etimoloġija' tistà tiġi deskritta bħala l-istudju tal-oriġini preċiża tal-kliem Semantiku (tifsir) preżenti f'lingwa.
L-etimoloġija tal-kelma Danimarka, ir-relazzjoni bejn id-Daniżi u d-Danimarka u l-unita' tad-Danimarka bħala renju wieħed, huwa suġġett li jattira d-dibattitu mill-ewwel. Dan huwa ċċentralizzat primarjament fuq il-prefiss "Dan" u jekk dak qiegħedx jirriferi għad-Dani jonkella qiegħedx jirreferi għal xi personaġġ storiku li kien jismu Dan, u d-definizzjoni eżatta li tagħlaq il-kelma b'"mark". Din il-kwistjoni tikkumplika iktar ruħha meta wieħed jikkunsidra n-numru ta' referenzi li saru għall-bosta nies magħrufin bħala d-Dani fl-Iskandinavja jew inkella f'postijiet oħra li madwar l-Ewropa. Din l-informazzjoni essenzjali nistgħu nsibuha fid-diversi kontijiet miktuba mill-Griegi u mir-Rumani (bħal: Ptolemi,Jordanes u Gregorju ta' Tours), kif ukoll fil-letteratura medjevali (bħal: Adam ta' Bremen, Beowulf, Widsith u l-poetiku Edda).
Bosta kotba juru kif l-ewwel parti tal-kelma hija fil-fatt derivazzjoni ta' isem il-poplu Daniż minn kelma li għandha sinjifikat partikolari ta' art ċatta, assoċjata mal-Ġermaniż Tenne "Art id-Dris", Bl-Ingliż den "Għar" u bl-ilsien Sanskritt: dhánuṣ- (धनुस्; "deżert"). Huwa maħsub li l-aħħar parti tal-kelma "marka" hija referenza għal masġar, jew inkella jista' jkun li qieghda tirreferi għad-Danimarka bħala l-art fruntiera li hija t-triq waħdiena li min jittraversaha jirnexxilu jsib ruħu fid-destinazzjoni tiegħu. Allura hawnhekk nisgħu ngħidu li jista' jkun li hawn l-implikazzjoni tad-diversi foresti li servew bħala fruntiera naturali matul l-istorja tad-Danimarka.
L-ewwel użu rreġistrat tal-kelma Danimarka ġewwa d-Danimarka stess huwa misjub fuq iż-żewġ ġebliet ta' Jelling. Huwa maħsub li dawn iż-żewġ ġebliet tar-ruwn kienu mibnija mill-anzjan Gorm (c. 955)u minn Harald Bluetooth (c.965). Il-ġebla l-kbira mit-tnejn li jifformaw dan il-mafkar, hija popolarment magħrufa bħala ċ-ċertifikat tal-magħmudija tad-Danimarka (dåbsattest), minkejja l-fatt li t-tnejn li huma jużaw il-kelma "Danimarka", f'forma akkwiżittiva ᛏᛅᚾᛘᛅᚢᚱᚴ "tanmaurk" ([danmɒrk])fuq il-ġebla l-kbira, u ġenittiva "tanmarkar" (ippronunzjata [danmarkaɽ])fuq il-ġebla ż-żgħira. L-abitanti tad-Danimarka huma magħrufin bħala t-"tani" ([danɪ]), jonkella "Daniżi" fl-akkwiżittiv.
Id-Daniżi kienu magħrufa bħala l-Vikingi mit-8 seklu sal-10 seklu. Flimkien man-Norveġiżi u l-Iżvediżi, id-Daniżi rnexxielhom jahkmu, jinvadu u jinnegozjaw f'kull parti tal-Ewropa. L-esploraturi Vikingi kienu skoperti b'mod aċċidentali ġewwa l-Izlanda fid-disa' seklu, li kienu fi triqthom lejn il-gżejjer tal-Foroe sakemm eventwalment irnexxielhom jiskopru l-Vinlandja (Il-pajjiż tal-Inbid). Illum dan il-pajjiż huwa magħruf bħala Newfoundland, ġewwa l-Kanada. Il-vikingi Daniżi kienu jaħdmu b'mod attiv għall-aħħar, speċjalment fil-gżejjer Brittaniċi u fl-Ewropa tal-Punent. Huma rnexxielhom jikkonolizzaw u joqogħodu f'ċerti partijiet tal-Ingilterra (magħrufa bħala d-Danalaw) taħt ir-re Sweyn Forkbeard fl-1013, l-Irlanda u Franza kienu ż-żewġ postijiet fejn waqqfu n-Normandija. Soldi Anglo-Sassoni ta' dan il-perjodu instabu iktar fid-Danimarka milli fl-Ingilterra, sinjal ċar li jindika minn fejn kienet ġejja din l-influwenza barranija.
Skont kif hemm miktub fuq il-ġebel ta' Jelling, id-Daniżi kienu uniti u kienu ikkristjanizzati. Huwa maħsub li d-Danimarka kienet qalbet għall-kristjaneżmu minħabba xi raġunijiet politiċi sabiex ma jiġux invaduti mill-qawwa Nisranija li kienet qiegħda tikber kostantament fl-Ewropa,il-Ġermanja li kienet ikkunsidrata bħala żona importanti għall-kummerċ. Ħarald kien bena sitt fortizzi madwar id-Danimarka magħrufin bħala t- Trelleborg u kien ikkostruwixxa oħra jisimha Danevirke. Fil-bidu tas-seklu ħdax Canute il-kbir kien ħareġ vittorjuż u unixxa lid-Danimarka, lill-Ingilterra u lin-Norveġja għal kważi tletin sena. Matul il-Medju-evu għoli u tard, id-Danimarka kienet tinkludi t-territorju tal-Iskånelandja (Skåne, Halland u Blekinge). Rejiet Daniżi kienu jiggvernaw l-Estonja Daniża kif ukoll id-Duċis ta' Schleswig u Holstein. Illum il-ġurnata dawn iż-żewġt istati jiffurmaw parti mit-Tramuntana tal-Ġermanja.
Fl-1397, id-Danimarka kienet daħlet f'unjoni personali flimkien man-Norveġja u mal-Iżvezja, uniti taħt ir-reġina Margaret l-ewwel. It-tliet pajjiżi kellhom jiġu ttattati ugwalment fl-unjoni. Però, anki fil-bidu, Margaret ma dehritx daqshekk idealistika, u bdiet tittratta lid-Danimarka bħala l-ogħla membru tal-unjoni. Għalhekk ħafna mill-125 sena li jmiss ta' storja Skandiniva ddur ma' din l-unjoni, u tibda bit-tluq tal-Iżvezja, li mbagħad jiġu maħkuma ripetutament. Din il-kwistjoni ssolviet għall-skopijiet prattiċi fis-17 ta' Ġunju tal-1523, hekk kif ir-re Gustav Vasa ħaħkem il-belt ta' Stokkolma.
Minsuba fit-tramuntana tal-Ewropa, id-Danimarka tikkonsisti mill-peniżola ta' Jutland u minn 443 gżejjer nominati (1,419-il gżira 'il fuq minn 100 m² b'kollox). Minn dawn il-gżejjer, tnejn u sebgħin (72) minnhom biss huma abitati, bl-aktar tnejn ikunu ż-Żilandja u Funen. Il-gżira ta' Bornholm tinsab lejn il-Lvant mill-kumplament tan-nazzjon prinċipali, fil-baħar Baltiku. Ħafna mill-gżejjer maġġuri huma konnessi permezz ta' diversi pontijiet, ngħidu aħna l-pont ta' Øresund li jgħaqqad iż-Żilandja mal-Iżvezja, il-pont taċ-ċintorin grandjuż li jgħaqqad 'il Funen maż-Żilandja u fl-aħħar u mhux l-inqas hemm l-pont taċ-ċintorin iċ-ċkejken li jgħaqqad lill-vapuri jew l-ajruplani ż-żgħar ta' Funen mal-gżejjer iż-żgħar sabiex ikun hemm ċerta komunikazzjoni bejn l-istati ż-żgħar ta' dan il-pajjiż Nordiku. L-ikbar ibliet b'popolazzjonijiet li jammontaw għal iktar minn 100,000 ruħ huma Kopenħagen, il-kapitali taż-Żilandja ,Aarhus u Aalborg f'Jutland; u Odense li tinsab fi Funen. Id-Danimarka tokkupa l-ispazju ta' madwar 43,094 kilometru kwadru. Id-daqs tal-art Daniża ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni, dan għaliex l-oċean qiegħed kostantament jiekol u jżid materjal organiku lill-kosta u minħabba li l-bniedem ddeċieda li jwettaq xi proġetti ta' reklamazzjoni sabiex jikkumbatti l-erużjoni kontinwa li l-pajjiż jaffaċja ma' kull għodwa. Id-Danimarka taqsam il-fruntiera tagħha ta' 68 kilometru mal-Ġermanja li tinsab lejn in-nofsinhar, jonkella hija mdawwra minn 7,314 kilometru ta' xatt marea (inkluż il-bajjiet żgħar u l-ispazji miftuħa. L-ebda lokazzjoni fid-Danimarka m'hija 'l bogħod iktar minn 52 kilometru. Il-marea hija bejn 1-2 metri f'wisa'(3.28 u 6.56 piedi) u ddawwar il-kosta tal-Ilbiċ ta' Jutland. Il-kurrent tal-mewġ jimxi 'l barra u 'l ġewwa fuq medda ta' 10 kilometri.
L-iktar punt li jinsab fit-tramuntana tad-Danimarka huwa Skagen (il-bajja tat-tramuntana li ġġib l-isem ta' Skaw) fil-latitudni Nordika ta' 57° 45' 7'. L-estrem l-ieħor jirrappreżenta l-iktar punt li jinsab fin-nofisnhar tal-pajjiż, magħruf bħala l-punt ta' Gedser (Il-ponta tan-nofsinhar ta' Falster) fil-latitudni Nordika ta' 54° 33' 35". L-iktar punt tad-Danimarka li jinsab lejn il-Punent huwa: Blåvandshuk, li qiegħed 8° 4' 22" fuq il-lonġitudni tal-Lvant u biex nagħlqu l-kalkoli jonqosna nsemmu l-iktar punt estrem li jinsab lejn il-Lvant tal-pajjiż, proprju: Østerskær li qiegħed 15° 11' 55" fuq il-lonġitudni l-iktar estrema tal-Lvant. Dan huwa l-arċipelagu ta' Ertholmene, 18-il kilometru lejn il-Grigal ta' Bornholm. Id-distanza mil-Lvant għall-Punent hija ta' 452 kilometru u d-distanza mit-Tramuntana san-Nofsinhar hija ta' 368 kilometru. Il-pajjiż huwa ċatt bi ftit elevazzjoni, b'għoli medju 'l fuq mil-livell tal-baħar ikun dak ta' 31 metru. L-ogħla punt naturali huwa Møllehøj, li jinsab fil-170.86 metru. Iż-żona tal-ilma li hija mdawwra mill-art hija ta' 700 kilometru kwadru.
Fitogeografikalment, ir-renju tad-Danimarka li jinkludi fih lill-Grinlandja u l-gżejjer tal-Faroe, jappartjenti lir-renju Boreali u hija maqsuma bejn l-Artiku, l-Atlantiku Ewropew u l-provinċji ċentrali Ewropej tar-reġjun Ċikomboreali. Skont il-fond ta' madwar id-dinja għan-natura, it-territorju tad-Danimarka jista' jinqasam f'żewġ ekoreġjuni, li huma: il-foresti mħallta tal-Atlantiku u l-foresti mħallta tal-Baltiku. Il-Gżejjer Faroe huma koperti minn tapiti sħaħ ta' mergħat Boreali, art ħadra fejn jikber il-ħaxix salvaġġ. Filwaqt li l-Grinlandja tospita l-ekoreġjuni tal-Kalaallit Nunaat, tundra Artika għolja u l-Kalaallit Nunaat li hija tundra Artika baxxa.
Id-Danimarka għandha erja ta 'madwar 43,000 km2. Huwa magħmul mill-peniżola Jutland (Jylland) u madwar 407 gżira, li minnhom 79 huma abitati (2009). L-arċipelagu Faroe, fl-Atlantiku tat-Tramuntana, u l-akbar gżira fid-dinja, Greenland, huma wkoll parti integrali tar-renju Daniż. Il-popolazzjoni totali tad-Danimarka tammonta għal madwar kważi 5,944,145 abitant. Fl-10 seklu, id-Danimarka kienet magħquda f’saltna waħda. Minn dakinhar ilu pajjiż indipendenti u għalhekk huwa wieħed mill-eqdem stati fl-Ewropa. Ir-reġim politiku tad-Danimarka huwa d-demokrazija parlamentari b’monarka bħala kap ta’ stat. Is-sistema tal-produzzjoni hija kapitalista (ekonomija liberali) u l-kumpaniji u l-produzzjoni huma proprjetà privata. L-Istat u awtoritajiet pubbliċi oħra jeżerċitaw, madankollu, rwol regolatorju konsiderevoli u jipprovdu għadd kbir ta' servizzi liċ-ċittadini. Amministrattivament, id-Danimarka hija maqsuma f'5 reġjuni u 98 muniċipalità. Id-Danimarka hija pajjiż industrijalizzat. Il-livell tal-għajxien huwa wieħed mill-ogħla fid-dinja u d-differenza bejn is-sinjuri u l-foqra hija iżgħar milli f’ħafna mill-pajjiżi li tradizzjonalment jitqabbel magħhom. Id-Danimarka hija membru tal-Unjoni Ewropea. Mil-lat ekonomiku u politiku, il-prossimità tal-Ġermanja dejjem orjentat lill-pajjiż lejn in-nofsinhar, għalkemm il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Iżvezja, in-Norveġja, il-Finlandja u l-Iżlanda, pajjiżi li magħhom id-Danimarka ħolqot unjoni tal-passaporti, tgħaqqadha wkoll. il-pajjiżi Nordiċi.
Id-Danimarka, bħall-ġirien Skandinavi tagħha kienet waħda mill-iktar kulturi avvanzati soċjalment fid-dinja u dan jista' jiġi approvat meta wieħed jikkonsla l-istorja ta' dan il-pajjiż. Fl-1969,id-Danimarka kienet minn tal-ewwel li mxiet 'il quddiem lejn il-legalizzazzjoni tal-pornografija. Wieħed jista' forsi joqgħod jaħseb jekk dan il-pass meħud huwiex tassew neċessarju biex il-pajjiż jimxi t-triq tal-futur Fl-2012 id-Danimarka mmodifikat ll-liġijiet tas-sħubija rreġistrata tagħha, l-ewwel pajjiż li għamel dan il-pass fl-1989 maż-żwieġ tas-sess newtrali. Modesta u Puntwalità imma fuq kollox l-ugwalità huma aspetti importanti tal-mod tal-ħajja Daniżi.
L-iskoperti astronomiċi ta' Tycho Brahe (1546–1601) u ta' Ludwig A. Colding (1815–1888), li traskuraw l-artikulazzjoni tal-prinċipju tal-konservazzjoni tal-enerġija, u l-kontribuzzjonijiet brillanti ta' fiżika atomika ta' Niels Bohr (1885–1962)jindikaw biċ-ċar il-medda ta' kisba Xjentikfika Daniża. Il-Ħrejjef ta' Ħans Christian Anderson(1805–1875), il-komponimenti filosofiċi ta' Søren Kierkegaard (1813–1855), l-istejjer qosra ta' Karen Blixen (penname Isak Dinesen), (1885–1962), id-dramm ta' Ludvig Holberg (1684–1754)u l-poeżija aforistika densa ta' Piet Hein (1905–1996) attribwew rikonoxximent internazzjonali, bħalma kisbu s-simfoniji ta' Carl Nielsen (1865–1931). Għan-nofs tas-sena 1990,il-films Daniżi rnexxielhom jiġbdu l-attenzjoni internazzjonali, speċjalment dawk li huma assoċjati ma' Dogme 95, bħal dawk ta' Lars Von Trier
Id-Danimarka għandha klima moderata, ikkaretterizzata minn xtiewi moderati b'temperatura medja ta' 0.0 °C (32.0 °F) bejn ix-xhur kesħin ta' Jannar u Frar. L-istaġun tas-sajf f'dan il-pajjiż nordiku huwa wieħed pjuttost biered bit-temperatura medja tkun 15.7 °C (60.3 °F)fix-xahar ta' Awwissu. Bejn wieħed u iehor id-Danimarka għandha 121 ġurnata ta' preċipitazzjoni (xita) fis-sena, fejn tirċievi medja ta' 712-il millilitru ta' ilma fis-sena. L-istaġun tal-Ħarifa huwa l-iktar wieħed imxarrab mill-erba' staġuni li jirregolaw l-atmosfera ta' dan il-pajjiż filwaqt li r-rebbiegħa tista' titqies bħala l-iktar xahar niexef minħabba n-nuqqas ta' xita.
Minħabba l-lokazzjoni nordika tad-Danimarka, wieħed jista' jippretendi li jara varjazzjoniet maġġuri fl-istaġun matul il-jum. Il-jiem matul l-istaġun tax-xitwa huma qosra billi żerniq ix-xemx iseħħ għal xit-8.45 ta' filgħodu u nżul ix-xemx għandu jseħħ fit-3:45 ta' filgħaxija (ħin standard), kif ukoll ġranet twal fis-sajf fejn żerniq ix-xemx iseħħ filgħodu kmieni fl-4.30 u nżul ix-xemx fl-għaxra ta' filgħaxija (l-iffrankar tal-hin waqt il-ġurnata).
Il-kċina tad-Danimarka, bħal dik ta' pajjiżi nordiċi oħra u dik tal-Ġermanja tat-tramuntana, tikkonsisti prinċipalment minn laħam u ħut. Din hija indikazzjoni ċara tal-passat agrikolu li għadda minnu l-pajjiż, il-Ġografija tiegħu kif ukoll iż-żmien twil ta' klima kiesħa fix-xitwa li taħkem lil din l-art ċatta. B'145.9 kilogrammi ta' laħam ikkonsmat kull persuna fl-2002, id-Danimarka hija meqjusa bħala l-iktar pajjiż fejn jiġi mittiekel laħam minn persuna waħda fid-dinja.
Il-ħobż miftuh, magħruf bħala: smørrebrød,li fil-forma bażika tagħhom huma is-soltu nol tal-pranzu. Il-ħobż miftuh jista' jiġi kkunsidrat bħala speċjalità nazzjonali meta huwa ppreparat u mżejjen b'varjetà vasta ta' ingredjenti fini. Tradizzjonalment, l-ikel sħun ikun jikkonsisti minn laħmijiet mitħuna, ngħidu aħna l-frikadeller (il-blalen tal-laħam, meat balls), jonkella minn iktar dixxijiet sostanzjali ta' laħam u ħut, ngħidu aħna bħal: flæskesteg (tip ta' majjal mixwi) jew il-kogt torsk (Merluzz)biz-zalza tal-mustarda u ttrimjata. Id-Danimarka hija rinomata wkoll għall-birer tagħha, li huma l-Carlsberg u t-Tuborg.
Il-kokijiet Daniżi, ispirati minn prattiċi kontinentali, fis-snin riċenti rnexxielhom jiżviluppaw serje innovattiva ta' dixxijiet Gourmet li huma bbażati fuq kwalità għolja ta' prodotti lokali. Bħala riżultat, issa Kopenħagen u l-provinċji għandhom numru kosiderevoli ta' ristoranti mill-aqwa. Ristoranti li ħafna minnhom irnexxielhom jattribwixxu l-premju prestiġjuż tal-istillel ta' Michelin.
L-isports huma popolari fid-Danimarka, u ċ-ċittadini tagħha jipparteċipaw u jaraw varjetà wiesgħa ta' sports. L-isport nazzjonali huwa l-futbol, b'aktar minn 320,000 plejer f'aktar minn 1600 klabb. [230] Id-Danimarka kkwalifikat sitt darbiet konsekuttivament għall-Kampjonati Ewropej bejn l-1984 u l-2004, u ġiet inkurunata Champions Ewropej fl-1992; Kisbiet sinjifikanti oħra jinkludu r-rebħ tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-1995 u l-ilħuq tal-kwartifinali fit-Tazza tad-Dinja tal-1998. Il-plejers tal-futbol Daniż notevoli jinkludu Allan Simonsen, imsemmi l-aqwa plejer fl-Ewropa fl-1977, Peter Schmeichel, nominat l- "Aqwa gowlkiper tad-Dinja" fl-1992 u l-1993, u Michael Laudrup, nominat l-aqwa plejer Daniż ta 'kull żmien mill-Assoċjazzjoni Daniża tal-Futbol.
Hemm ħafna attenzjoni fuq il-handball, ukoll. It-tim nazzjonali tan-nisa ċċelebra suċċessi kbar matul id-disgħinijiet. Min-naħa tal-irġiel, id-Danimarka rebħet tmien midalji - żewġ deheb (fl-2008 u l-2012), tliet fidda (fl-2011, fl-2011 u fl-2014) u tliet bronż (fl-2002, fl-2004 u fl-2006) - l-iktar li ntrebħu minn kwalunkwe tim fl-istorja tal-Kampjonat Ewropew tal-Handball. Fl-2019, it-tim nazzjonali tal-handball tal-irġiel Daniż rebaħ l-ewwel titlu tal-Kampjonat Dinji tagħhom fil-kampjonat li kien ospitat bejn il-Ġermanja u d-Danimarka. [Ċitazzjoni meħtieġa]
Fi snin reċenti, id-Danimarka għamlet marka bħala nazzjon qawwi taċ-ċikliżmu, b'Micel Rasmussen jilħaq l-istatus tar-Re tal-Muntanji fit-Tour de France fl-2005 u fl-2006. Sport popolari ieħor jinkludi l-golf - li huwa l-aktar popolari fost dawk fid-demografija anzjana. ;tennis - li fih id-Danimarka tirnexxi fuq livell professjonali; baskitbol - Id-Danimarka ssieħbu fl-organu ta ’tmexxija internazzjonali FIBA fl-1951; [234] ir-rugby; id-Danish Rugby Union tmur lura għall-1950; hockey - li spiss jikkompetu fl-ogħla diviżjoni fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Irġiel; Qdif - Id-Danimarka jispeċjalizzaw fil-qdif ħafif u huma partikolarment magħrufa għall-erba' ħfief coxless tagħhom, wara li rebħu sitt midalji tal-Kampjonat Dinji tad-deheb u żewġ fidda u tliet midalji Olimpiċi tad-deheb u żewġ bronż; u diversi sports ta 'ġewwa - speċjalment badminton, tennis tal-mejda u ġinnastika, f'kull wieħed minnhom id-Danimarka jkollha Kampjonati Dinjija u medalji Olimpiċi. Bajjiet u ċentri turistiċi numerużi tad-Danimarka huma postijiet popolari għas-sajd, il-kenura, il-kayak u ħafna sport ieħor b'rabta mat-tema tal-ilma.
Id-Danimarka hija monarkija kostituzzjonali. Hija għandha sistema parlamentari rappreżentattiva b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-monarka - li uffiċjalment iżomm is-setgħa eżekuttiva, għalkemm id-dmirijiet tiegħu huma strettament rappreżentattivi u ċerimonjali. Ir-renju għandu wkoll 2 pajjiżi kostitwenti awtonomi fl-Atlantiku, li ebda wieħed minnhom mhu membru tal-UE: il-Gżejjer Faeroe u Greenland.
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tad-Danimarka fl-2018 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (21.6%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (20.0%) u l-industrija (18.0%).
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 61% tal-esportazzjonijiet tad-Danimarka (il-Ġermanja 16% u l-Iżvezja 11%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fl-Istati Uniti u 6% fin-Norveġja.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 70% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 22%, l-Iżvezja 12% u n-Netherlands 8%), filwaqt li barra mill-UE 7% jiġu miċ-Ċina u 6% min-Norveġja.
Hemm 12-il membru fil-Parlament Ewropew mid-Danimarka.
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Daniż, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE.
Dati tal-presidenzi Daniżi:
Lul-Diċ 1973 | Jan-Ġun 1978 | Lul-Diċ 1982 | Lul-Diċ 1987 | Jan-Ġun 1993 | Lul-Diċ 2002 | Jan-Ġun 2012
Il-Kummissarju nominat mid-Danimarka għall-Kummissjoni Ewropea hija Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali.
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Id-Danimarka għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Id-Danimarka għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Id-Danimarka tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tad-Danimarka, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
2018 ċifri għad-Danimarka
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mid-Danimarka jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta' toroq, is-sussidjar ta' riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
L-organizzazzjoni territorjali tad-Danimarka hija maqsuma amministrattivament f'ħames reġjuni u dawn huma maqsuma fi 98 muniċipalità. Dan ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 wara li tneħħa d-diviżjoni storika tat-territorju fi 13-il distrett.
Ġeografikament, il-pajjiż huwa maqsum f'ħames partijiet: Jutland Peninsula (29,777 km2), Zealand Island (7,031 km²), Funen Island (3,485 km²), Lolland-Falster Islands (1,975 km²) u Bornholm Island (588 km²).
Mill-1970 sal-31 ta' Diċembru, 2006, id-Danimarka kienet maqsuma fi 13-il distrett (amter) u 271 muniċipalità (kommuner).
Fil-każ taż-żona metropolitana ta' Kopenħagen, din kienet amministrata mid-distrett omonimu bl-eċċezzjoni ta' żewġ muniċipalitajiet awtonomi, waħda bl-istess isem u Frederiksberg. Sadanittant, il-gżira ta' Bornholm kienet maqsuma f’ħames muniċipalitajiet li kienu jiffurmaw kontea sakemm ingħaqdu f'muniċipalità reġjonali waħda fl-1 ta' Jannar, 2003. Din il-muniċipalità reġjonali kellha l-istess karatteristiċi bħall-muniċipalitajiet awtonomi tal-kapitali.
Fl-2004, il-gvern ippropona li s-sistema amministrattiva tiġi riformata għal dik attwali: ħames reġjuni kbar sabiex tiġi mmaniġġjata s-sistema tas-saħħa. Il-proposta kienet tinkludi wkoll it-tnaqqis tal-muniċipalitajiet għal madwar 100 b'minimu ta' 20,000 abitant għal kull wieħed (għalkemm ġew stabbiliti xi eċċezzjonijiet). Il-parlament tad-Danimarka fl-aħħar approva l-proposta fl-24 ta' Frar, 2005.
L-Unjoni ta' Kalmar tirreferi għall-istat dinastiku Nordiku li ħareġ mill-għaqda tat-tliet monarkiji Nordiċi (id-Danimarka, l-Isvezja u n-Norveġja) fl-istess persuna, ir-Reġina Margareta I tad-Danimarka, ir-Reġina tan-Norveġja u d-Danimarka fl-1387, u nnominata bħala reġina tad-Danimarka. L-Isvezja fl-1397. L-Unjoni ta' Kalmar bdiet tkopri erja totali ta' madwar 3,000,000 km².1
Ir-renji Skandinavi ppruvaw f’diversi okkażjonijiet matul is-seklu erbatax biex jiksbu l-għaqda politika permezz taż-żwieġ. L-ewwel Unjoni nkisbet fl-1319 bejn in-Norveġiżi u l-Iżvediżi. Aktar tard it-tliet renji kienu jiffurmaw parti mill-Unjoni biż-żwieġ fl-1363 bejn Margarita tad-Danimarka u Haakon VI tan-Norveġja, dak iż-żmien ukoll re tal-Isvezja.
B'dan il-mod, inħoloq renju Nordiku kbir li kien jinkludi mhux biss ir-renji attwali li ffurmawha, iżda wkoll it-territorji dipendenti tiegħu, bħal Greenland, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faroe (dak iż-żmien dipendenti min-Norveġja) u l-Finlandja (li jappartjenu lill-Isvezja).
Madankollu, ir-renju Nordiku ma kienx ikkonsolidat minħabba s-suspett tal-aristokrazija Svediża lejn id-Danimarka, li kienet il-qawwa dominanti fi ħdan l-Unjoni. Wara diversi rewwixti mill-Iżvediżi (fl-1444-1446, fl-1464 u l-aħħar rewwixta tal-1521), l-Unjoni xolt fl-1523 bl-elezzjoni ta' Gustav Vasa bħala Re tal-Isvezja. Id-Danimarka u n-Norveġja, min-naħa tagħhom, baqgħu magħqudin sal-1814.
Il-proċess li kien se jilħaq il-qofol tiegħu fl-għaqda ta’ Kalmar beda mar-re Daniż Valdemar IV Atterdag, li, wara li sab ruħu b’żewġt ibniet nisa biss u l-ebda werrieta maskili wara l-mewt ta' ibnu Kristofru fl-1363, beda politika ta’ żwieġ biex jassigura l-pożizzjonijiet. mill-bniet tiegħu fir-renju, għalhekk, Margarita Valdemarsdotter, it-tifla iżgħar tiegħu, iżżewġet lil Haakon VI meta kellha għaxar snin.
Fis-sena 1370, Margarita għandha l-uniku binha, Olaf. Meta Valdemar IV tad-Danimarka miet fl-1375, Olaf laħaq lin-nannu tiegħu fuq it-tron Daniż is-sena ta’ wara, iżda minħabba l-età bikrija tiegħu, li dak iż-żmien kellha sitt snin, ommu Margarita eżerċitat ir-reġenza fir-renju Daniż. Fl-1380 Haakon VI kien se jmut ukoll, u ħalliet lil Margarita armla u lil Olaf bħala Re tan-Norveġja, għalkemm billi baqgħet żgħira wisq (f'din l-okkażjoni kellha għaxar snin), Margarita assumiet ir-reġenza ta' dan is-saltna l-ġdida. Ir-renji tan-Norveġja u d-Danimarka, bl-appoġġ tal-Lega Anseatika, imbagħad ġew magħqudin taħt ir-renju ta’ Olaf u r-reġenza ta’ ommu.
Fl-1387, il-mewt prematura taż-żagħżugħ Olaf, li kellu biss sbatax-il sena, twassal għal sitwazzjoni ta’ tensjoni fiż-żewġ pajjiżi li baqgħu mingħajr ħakkiema. Wara ġimgħa, id-Danimarka, f’ġieħ ir-reġenza li kienet eżerċitat Margarita, tagħżelha bħala r-reġina sovrana tagħha, wara xhur, fl-1388, in-Norveġiżi għamlu l-istess.
Meta rat lilha nnifisha biż-żewġ kuruni waħedha, Margarita ma qagħditx lura milli titlob għaliha s-saltna tal-Iżvezja, li għalih kellha drittijiet, peress li kienet amministrawh bħala reġina konsorti meta żżewġet lil Haakon VI (li kien ko-re tal-Isvezja). l-Isvezja). Għalhekk, huwa sfida lill-usurper Albert III ta 'Mecklenburg, li kien wasal fuq it-tron Żvediż. Appoġġjata minn parti tajba tan-nobbli lokali, Margarita għelbet lil Alberto fil-battalja ta' Alse,2 fil-muniċipalità Svediża attwali ta' Falköping, fl-24 ta' Frar, 13893.
Tmien snin wara dik il-ġrajja, fl-20 ta' Lulju 1397, is-setgħa tar-Reġina Margerita fuq it-tliet pajjiżi ġiet imsaħħa bl-Unjoni ta’ Kalmar, li biha l-kunsilli ta’ kull renju ffirmaw l-att ta' għaqda li fih inkorpora l-għaqda tat-tliet saltniet.
Kapitali: Kopenħagen; Lingwa Uffiċjali: Daniż, Svediż u Latin Medjevali, Lingwi Oħra: Norveġiż, Ġermaniż Baxx, Finlandiż, Karelian, Iżlandiż, Norn, Saami, Greenland, Faroese; Popolazzjoni (1,500): 4,000,000 abitant; Reliġjon: Knisja Kattolika; Re: Margaret I (1397-1412), Eric tal-Pomerania (1412-1439), Kristofru tal-Bavarja (1439-1446), Kristjan I tad-Danimarka (1446-1481), Ġwanni I tad-Danimarka (1481-1513), Kristjan II tad-Danimarka (1513-1523); Perjodu storiku: Medju Evu, Età Moderna; Forma ta' Gvern: Monarkija; Isem: Kalmarunionen (Daniż, Svediż, Norveġiż), Kalmarin unioni (Finlandiż), Kalmarsambandið (Iżlandiż), Kalmar unioni (Groenlandiż), Kalmarsamveldið (Faroiża), Kalmara uniovdna (Northern Sami), Unio Calmariensis (Latin)
This article uses material from the Wikipedia Malti article Danimarka, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.