Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja

It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja (bl-Ispanjol: Selección Española de Fútbol) jirrappreżenta lil Spanja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola.

Spanja huma wieħed fost it-tmien timijiet nazzjonali li ġew inkurunati ċampjins tad-dinja u kkwalifikaw b'mod kostanti għat-Tazza tad-Dinja mill-1978, kif ukoll huma rebbieħa ta' tliet titli kontinentali.

Spanja
Spanja
Psewdonimu La Roja
La Furia Roja
Assoċjazzjoni Real Federación Española de Fútbol
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Luis Enrique
Kaptan Sergio Busquets
Rekord ta' preżenzi Sergio Ramos (180)
Rekord ta' gowls David Villa (59)
Kodiċi tal-FIFA ESP
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
L-ewwel kulur
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 6 (Awwissu 2022)
L-ogħla 1 (Lulju 2008 – Ġunju 2009, Ottubru 2009 – Marzu 2010, Lulju 2010 – Lulju 2011, Ottubru 2011 – Lulju 2014)
L-inqas 25 (Marzu 1998)
L-ewwel logħba
Spanja Spanja 1–1 Franza Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
(Hondarribia, Spanja; 25 ta' Mejju 1913)
L-ikbar rebħa
Spanja Spanja 13–0 Bulgarija Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja
(Madrid, Spanja; 22 ta' Awwissu 1933)
L-ikbar telfa
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja Italja 7–1 Spanja Spanja
(Amsterdam, Netherlands; 4 ta' Ġunju 1928)
Tazza tad-Dinja
Preżenzi 16 (l-ewwel fl-1934)
L-aqwa riżultat Rebbieħa (2010)
Kampjonati Ewropej
Preżenzi 11 (l-ewwel fl-1964)
L-aqwa riżultat Rebbieħa (1964, 2008, 2012)

Spanja huwa l-ewwel tim nazzjonali li rebaħ tliet titli maġġuri konsekuttivi, wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 (l-ewwel tim Ewropew li rebaħ it-Tazza tad-Dinja barra l-kontinent Ewropew) bejn il-Kampjonati Ewropej tal-2008 u l-2012. Mill-bidu tal-2007 sa tmiem l-2009, it-tim Spanjol lagħab 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa, rekord li jżommu mal-Brażil. Dawn is-suċċessi wasslu lil ħafna esperti u kummentaturi sportivi li jeleġġu lill-iskawdra Spanjola ta' bejn l-2008 u l-2012 bħala fost l-aqwa timijiet fl-istorja tal-futbol.

Storja

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja 
It-tim nazzjonali Spanjol waqt il-Logħob Olimpiku tas-sajf tal-1920 f'Antwerp

Spanja ilha membru tal-FIFA mill-fundazzjoni ta' din l-assoċjazzjoni fl-1904 anke jekk il-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola ġiet stabbilita biss fl-1909. L-ewwel tim nazzjonali Spanjol ġie ffurmat fl-1920 bl-objettiv prinċipali li jikkompeti fl-Olimpjadi tas-sajf tal-Belġju. Spanja lagħbu l-ewwel logħba fit-turnew kontra d-Danimarka fit-28 ta' Awwissu 1920. Spanja rnexxielha tirbaħ 1–0 u eventwalment kisbet il-midalja tal-fidda. Spanja kkwalifikat għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja tal-1934, fejn rebħet lill-Brażil fl-ewwel logħba u tilfet f'logħba ripetuta kontra l-Italja, l-ospiti u r-rebbieħa eventwali tal-kompetizzjoni. Il-Gwerra Ċivili Spanjola u t-Tieni Gwerra Dinjija ma ħallietx lil Spanja tilgħab logħbiet oħra kompetittivi bejn it-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-kwalifiki għall-edizzjoni tal-1950. F'din l-edizzjoni li saret fil-Brażil, huma temmew il-fażi tal-gruppi fl-ewwel post u kklassifikaw fir-raba' post. Il-fatt li sal-2010 din kienet l-aqwa prestazzjoni tagħhom fit-Tazza tad-Dinja wasslet sabiex Spanja tiġi meqjusa bħala tim b'rendiment baxx fix-xena internazzjonali.

Spanja rebħet l-ewwel titlu internazzjonali meta ospitat il-Kampjonati Ewropej tal-1964. Fil-finali hi għelbet lill-Unjoni Sovjetika 2–1 b'Marcelino Martínez jiskorja l-gowl tar-rebħa. Din ir-rebħa baqgħet l-unika suċċess internazzjonali għal 44 sena. Spanja ġiet magħżula biex tospita t-Tazza tad-Dinja tal-1982 fejn waslet sat-tieni rawnd u erba' snin wara laħqet il-kwarti tal-finali qabel ma tilfet fil-lotterija tal-penalties kontra l-Belġju. Fl-Ewropej tal-1984 huma tilfu l-finali kontra Franza.

Fit-Tazza tad-Dinja tal-1994, Spanja laħqet il-kwarti tal-finali. Il-logħba kontra l-Italja kienet waħda kontroversjali meta d-difensur Taljan Mauro Tassotti laqt bil-minkeb lil Luis Enrique fil-kaxxa Spanjola u wassal biex Enrique ħariġlu ħafna demm minn imnieħru u ħalqu; il-fawl ma ġiex imsejjaħ mir-referì. Spanja reġgħet sabet ruħha f'kontroversja oħra din id-darba fl-edizzjoni tal-2002: wara r-rebħ tat-tliet logħbiet fil-fażi tal-gruppi u r-rebħa bil-penalties fuq ir-Repubblika tal-Irlanda, hi lagħbet kontra l-Korea t'Isfel fil-kwarti tal-finali. Din il-logħba kienet mifnija minn deċiżjonijiet dubjużi fosthom iż-żewġ gowls ta' Spanja li ġew imħassrin.

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja 
Parata f'Madrid biċ-ċelebrazzjonijiet wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2010

Fil-Kampjonati Ewropej tal-2008, Spanja rebħet il-logħbiet kollha fil-grupp. Fl-istadji ta' wara għelbet lill-Italja u lir-Russja fil-kwarti tal-finali u s-semifinali rispettivament. Fil-finali, Spanja rebħet lill-Ġermanja b'gowl uniku ta' Fernando Torres. Dan kien l-ewwel titlu maġġuri ta' Spanja mill-Ewropej tal-1964. Is-sena ta' wara, it-tim spiċċa t-tielet post fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fejn intemmet is-serje ta' 35 logħba mingħajr telfa li kienet bdiet f'Novembru tal-2006. Fit-Tazza tad-Dinja 2010, Spanja avvanzat għall-finali għall-ewwel darba meta rebħet lill-Ġermanja 1–0 fis-semifinali. Fil-logħba deċiżiva kontra n-Netherlands, Andrés Iniesta skorja l-uniku gowl fil-ħin barrani biex b'hekk Spanja saret it-tielet tim li qatt rebaħ it-Tazza tad-Dinja barra l-kontinent tiegħu u l-ewwel Ewropew li għamel hekk. Għar-rebħa kienu kruċjali l-gowler Iker Casillas li sofra biss żewġ gowls u l-attakkant David Villa li spiċċa l-aqwa skorer flimkien ma' tliet plejers oħra b'ħames gowls. Is-suċċessi komplew fil-Kampjonati Ewropej tal-2012, fejn wara fażi ta' kwalifikazzjoni perfetta (tmien rebħiet minn tmienja), Spanja saret l-ewwel tim li żamm it-titlu tal-Kampjonati Ewropej meta fil-finali kontra l-Italja rebħu bl-iskor ta' 4–0.

Rekord kompetittiv

Tazza tad-Dinja

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1930 Ma daħlux
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1934 Kwarti tal-finali 5 3 1 1 1 4 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1938 Ma daħlux
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1950 Ir-raba' post 4 6 3 1 2 10 12
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1954 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1958
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1962 Fażi tal-gruppi 13 3 1 0 2 2 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1966 10 3 1 0 2 4 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1970 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1974
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1978 Fażi tal-gruppi 10 3 1 1 1 2 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1982 It-tieni fażi tal-gruppi 12 5 1 2 2 4 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1986 Kwarti tal-finali 7 5 3 1 1 11 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1990 L-aħħar sittax 10 4 2 1 1 6 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1994 Kwarti tal-finali 8 5 2 2 1 10 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1998 Fażi tal-gruppi 17 3 1 1 1 8 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2002 Kwarti tal-finali 5 5 3 2 0 10 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2006 L-aħħar sittax 9 4 3 0 1 9 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2010 Rebbieħa 1 7 6 0 1 8 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2014 Fażi tal-gruppi 23 3 1 0 2 4 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2018 L-aħħar sittax 10 4 1 3 0 7 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2022
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2026
Total Titlu wieħed 16/22 63 30 15 18 99 72

Kampjonati Ewropej

Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1964 Rebbieħa 1 2 2 0 0 4 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1968 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1972
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1976
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1980 Fażi tal-gruppi 7 3 0 1 2 2 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1984 Finalisti telliefa 2 5 1 3 1 4 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1988 Fażi tal-gruppi 6 3 1 0 2 3 5
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1992 Ma kkwalifikawx
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  1996 Kwarti tal-finali 6 4 1 3 0 4 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2000 5 4 2 0 2 7 7
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2004 Fażi tal-gruppi 10 3 1 1 1 2 2
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2008 Rebbieħa 1 6 5 1 0 12 3
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2012 Rebbieħa 1 6 4 2 0 12 1
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2016 L-aħħar sittax 10 4 2 0 2 5 4
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2020 Semifinali 3 6 2 4 0 13 6
Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja  2024
Total 3 titli 11/17 46 21 15 10 68 42

Rekords tal-plejers

    Aġġornati sat-12 ta' Ġunju 2022.

L-aktar preżenzi

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja 
Sergio Ramos iżomm ir-rekord tal-aktar numru ta' preżenzi ma' Spanja b'180 logħba
Poż. Plejer Preżenzi Gowls Perjodu
1 Sergio Ramos 180 23 2005–
2 Iker Casillas 167 0 2000–2016
3 Sergio Busquets 137 2 2009–
4 Xavi 133 13 2000–2014
5 Andrés Iniesta 131 13 2006–2018
6 Andoni Zubizarreta 126 0 1985–1998
7 David Silva 125 35 2006–2018
8 Xabi Alonso 114 16 2003–2014
9 Cesc Fàbregas 110 15 2006–2016
Fernando Torres 110 38 2003–2014

L-aktar gowls

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja 
David Villa huwa l-aqwa skorer fl-istorja ta' Spanja b'59 gowl
Poż. Plejer Gowls Preżenzi Perjodu
1 David Villa 59 98 2005–2017
2 Raúl 44 102 1996–2006
3 Fernando Torres 38 110 2003–2014
4 David Silva 35 125 2006–2018
5 Fernando Hierro 29 89 1989–2002
6 Fernando Morientes 27 47 1998–2007
7 Álvaro Morata 26 56 2014–
Emilio Butragueño 26 69 1984–1992
9 Alfredo Di Stéfano 23 31 1957–1961
Sergio Ramos 23 180 2005–

Unuri

    Kontinentali
    Interkontinentali

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Tim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja StorjaTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja Rekord kompetittivTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja Rekords tal-plejersTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja UnuriTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja ReferenziTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' Spanja Ħoloq esterniTim Nazzjonali Tal-Futbol Ta' SpanjaFutbolKampjonati Ewropej tal-FutbolLingwa SpanjolaSpanjaTazza tad-Dinja tal-Futbol

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

PortugallLjubljanaAl-FatiħaĠużè Ellul MercerGeorgiaĦaż-ŻebbuġGabriel Garcia MarquezFujiBrugesAsterojdeDar il-Mediterran għall-KonferenziLista ta' pajjiżi skont il-popolazzjoniFlora ta' MaltaJannarVjennaNinu CremonaL-Ewwel Diviżjoni MaltijaL-Amerika t'IsfelAteniXi JinpingIl-Madonna tal-GħarSirjaBuenos AiresMalarjaTuneżLingwi SemitiċiFilosofijaTrojjaAwstraljaPergamonSan Franġisk t'AssisiWied tat-TempjiVilniusStatwaOsloModaBelt ta' New YorkOmnivoruEvarist BartoloUnjoni SovjetikaSarajevoMostaFrancisco de QuevedoDom MintoffJuan Antonio VillacañasSan PietruburguGalileo GalileiBukarestAlfabettSan BastjanKatowiceBolivjaOtto von BismarckPapaTurkijaIraqEdwin GrechRabat (Marokk)Tereża ta' ÁvilaBirguReliġjonTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexNutarPopolazzjoniMaurits Cornelis EscherOrikteropuSataniżmuRenju UnitJames Aaron Ellul🡆 More