Maurits Cornelis Escher

Maurits Cornelis Escher (twieled fis-17 ta' Ġunju 1898 – miet fis-27 ta' Marzu 1972), is-soltu magħruf bħala M.C.

Escher (IPA 'ɛsjər), kien artista grafiku Netherlandiż. Magħruf għall-inċiżjonijiet fl-injam, il-litografiji u l-mezzitinti tiegħu sikwit ispirati mill-matematika. Dawn jirrappreżentaw kostruzzjonijet impossibbli, esplorazzjonijiet tal-infinità, arkitettura u tessellaturi.

Maurits Cornelis Escher
Maurits Cornelis Escher
Ħajja
Isem propju Maurits Cornelis Escher
Twelid Leeuwarden, 17 Ġunju 1898, 1898
Nazzjonalità Renju tan-Netherlands
Residenza Leeuwarden
Arnhem
Ruma
Grupp etniku Olandiżi
L-ewwel lingwa Olandiż
Mewt Laren (en) Translate, 27 Marzu 1972
Post tad-dfin Nieuwe algemene begraafplaats Baarn
Familja
Missier George Arnold Escher
Omm Sara Adriana Gleichman
Konjuga/i Jetta Umiker  (12 Ġunju 1924 -
Aħwa
uri
  • Johan George Escher (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater De Teekenschool voor de Kunstnijverheid (en) Translate
Lingwi Olandiż
Taljan
Għalliema Samuel Jessurun de Mesquita (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tipografu
Illustratur
disinjatur tal-bolol tal-posta
pittur
artist grafiku
fotografu
disinjatur
litografu
intaljatur
disinjatur
disinjatur taċ-ċeramika
artist tal-murales
skultur
Post tax-xogħol Ruma
Haarlem
L-Aja
Delft
Oosterbeek (en) Translate
Żvizzera
Brussell
Baarn (en) Translate
Netherlands
Xogħlijiet importanti Natura mejta b'mera sferika
Kaskata
Tlugħ u Nżul
Premjijiet
List
  • Knight of the Order of Orange-Nassau Knight of the Order of Orange-Nassau
Influwenzat minn matematika
Leonardo da Vinci
Albrecht Dürer
Hieronymus Bosch (en) Translate
Sħubija Kulleġ tal-'Patafiżika
Accademia delle Arti del Disegno (en) Translate
Moviment arti moderna
Moviment artistiku pittur
pittura tal-annimali
abstract art (en) Translate
figure (en) Translate
arti pajsaġġistika
pajsaġġ urban
natura mejta
awtoritratt

Bijografija

Maurits Cornelis, jew "Mauk" kif kien imlaqqam, twieled Leeuwarden, il-Pajjiżi l-Baxxi. Kien l-iżgħar tifel ta' inġinier idrawliku George Arnold Escher u t-tieni mara tiegħu, Sara Gleichman. Kien tifel marradi, u meta kellu seba’ snin beda jmur skola speċjali u weħel l-eżami tat-tieni sena. Fl-1903, il-familja marret togħqod Arnhem fejn kien jitgħallem is-sengħa ta' mastrudaxxa u jdoqq il-pjanu sakemm kellu tlettax-il sena.

Mill-1903 sal-1918 kien jattendi l-iskola primarja u sekondarja. Minkejja li bbrilla fid-disinn, il-marki tiegħu fis-suġġetti l-oħra kienu s-soltu baxxi. Fl-1919, Escher daħal fl-iSkola tal-Arkitettura u Arti Dekorattiva ta' Haarlem. Għal xi żmien studja l-arkitettura, imma weħel f'xi suġġetti (daqsxejn minħabba infezzjoni persistenti fil-ġilda) u qaleb għall-Arti Dekorattiva. Hawn studja taħt Samuel Jessurun de Mesquita, li baqa' ħabib miegħu għal ħafna snin. Fl-1922 Escher ħalla l-iskola, wara li kien kiseb esperjenza fid-disinn u s-sengħa tal-inċiżjoni fl-injam.

Fl-1922, li kienet sena importanti f'ħajtu, Escher ivvjaġġa mal-Italja (Firenze, San Gimignano, Volterra, Siena) u ma' Spanja (Madrid, Toledo, Granada). Il-kampanja Taljana u l-Alhambra, kastell Moresk tas-seklu erbatax f’Granada, Spanja, impressjonawh ħafna. Sal-1935, Escher, flimkien ma' sħabu, artisti, oħra, kien jitlaq kull Rebbiegħa għal vjaġġ ta' xahrejn fl-muntanji ta' Abruzzi, l-Campania, Sqallija, Corsica u Malta minn fejn kien jiġbor l-impressjonijiet u jagħmel disinji. L-Italja ltaqa’ ma' Jetta Umiker, u żżewiġha fl-1924. Il-koppja żagħżugħa marret togħqod Ruma u baqgħu hemm sal-1935, meta ma setgħux jissaportu iżjed il-klima politika taħt Mussolini. Binhom, Giorgio Arnaldo Escher, imsemmi għal missieru twieled Ruma. Il-familja imbagħad marru joqgħodu Château-d'Œx, l-iŻvizzera fejn qagħdu sentejn.

Escher, li kienu jogħġbuh ħafna l-veduti Taljani li kienu għalih ta' inspirazzjoni qawwija, ma kien xejn kuntent l-iŻvizzera, u għalhekk fl-1937, il-familja reġgħu ġarru u marru jogħqodu Ukkel, belt żgħira qrib Brussell, il-Belġju. It-Tieni Gwerra Dinjija ġegħlithom jerġgħu iġorru għal Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi, fejn Escher baqa jgħix sal-1970. Il-parti l-kbira tad-disinji l-iżjed magħrufin ta' Escher ġejjin minn dan iż-żmien. It-temp, x'aktarx imsaħħab, kiesaħ u bix-xita tal-Olanda ħallih jiffoka b'intensità kbira fuq ix-xogħlijiet tiegħu u kien biss matul l-1962, meta għamel xi operazzjonijiet, li ma ħoloqx xbihat ġodda.

Fl-1970, Escher mar jogħqod fid-dar Rosa-Spier, Laren, dar għall-artisti anzjani fejn kellu studju. Miet hemmhekk fis-27 ta' Marzu 1972, fl-età ta' 73 sena.

Xogħlijiet

Maurits Cornelis Escher 
Idejn ipinġu, 1948

L-ewwel stampa ta' Escher ta' realtà impossibbli kienet Natura mejta u triq, 1937. L-espressjoni artistika tiegħu ma ħalaqhiex direttament minn osservazzjonijiet u vjaġġi f'pajjiżi oħra imma minn xbihat ġejjin minn moħħu. Fost l-eżempji l-oħra magħrufin sewwa tax-xogħol tiegħu insibu Idejn ipinġu, xogħol li fih naraw żewġ idejn, waħda tpinġi lill-oħra; Sema u ilma, li fih jilgħab bid-dawl u d-dell biex jisfuma l-isfond tal-ilma wara l-ħut f'xbihat ta' għasafar bl-isfond tas-sema; u Telgħin u niżlin, fejn ringieli ta' nies jitilgħu u jinżlu taraġ f'ħolqa infinita, fuq bini li mhux possibbli li jimbena imma possibbli li jitpinġa permezz ta' stramberiji fil-perċezzjoni u l-prospettiva.

Ħadem primarjament fil-vejikli tal-litografija u l-inċiżjoni fl-injam, għalkemm il-ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta' din it-teknika. Fl-arti grafika tiegħu juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom, figuri u spazju. Barra minn hekk, esplora figuri mħabblin flimkien bl-użu tal-iswed u abjad biex jenfasizzaw d-dimensjonijiet differenti. Integrati fl-istampi tiegħu insibu riflessi fil-mera ta' koni, sferi, kubi, ċrieki u spirali.

Barra d-disinji tal-veduti u n-natura fl-ewwel snin tiegħu, pinġa wkoll insetti, li dehru sikwit fil-ħidma tiegħu ta' aktar tard. L-ewwel xogħol artistiku, li tlesta fl-1922, dehru tmient irjus umani maqsuma fi pjani differenti. Wara, madwar 1924, tilef l-interess fil-"qsim regolari" tal-pjani, u dar għat-tpinġija tal-veduti fl-Italja b'prospettivi irregolari li m’humiex possibbli fil-forma naturali.

Maurits Cornelis Escher 
Relattività, 1953

Għalkemm Escher ma kellux taħriġ matematiku — il-komprensjoni tiegħu tal-matematika kienet fil-parti kbira viżiva u intuwittiva— il-ħidma ta' Escher kellha komponent matematiku qawwi, u aktar minn ftit mid-dinjiet li pinġa huma mibnija madwar oġġetti impossibbli bħall-kubu ta' Necker u t-trijanglu ta' Penrose. Ħafna mix-xogħlijiet ta' Escher użaw kisjiet bil-madum ripetuti imsejħin tessellaturi. Ix-xogħol artistiku ta' Escher jintogħġob partikularment mill-mathematiċi u xjenzati, li japprezzaw l-użu ta' poliedri u tagħwiġ ġeometriku. Per eżempju, fil-Gravità, fkieren multi-lwien jittawlu minn wara dodekaedru stellat.

L-influwenza matematika fil-ħidma tiegħu bdiet tidher madwar 1936, meta kien jivvjaġġa fil-Mediterran mal-Adria Shipping Company. Beda partikularment jinteressa ruħu fl-ordni u s-simmetrija. Escher iddeskriva l-vjaġġ tiegħu mal-Mediterran bħala "l-ogħna għajn ta' ispirazzjoni li qatt sfruttajt."

Wara l-vjaġġ tiegħu 'l-Alhambra, Escher ipprova jagħmel xogħol isbaħ minn tal-Għarab bl-użu ta' gradilji ġeometriċi bħala l-bażi għad-disinji tiegħu, li mbagħad firex fuqhom disinji oħra, l-iżjed annimali bħal għasafar u ljuni.

L-ewwel studju tiegħu tal-matematika, li wara wassal biex jinkorporaha fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu, beda bl-artiklu akkademiku ta' George Pólya fuq il-gruppi tas-simmetrija fil-pjan li bagħtlu ħuh Berend. Dan l-artiklu spirah biex jitgħallem il-kunċett tas-17-il grupp tat-tapazzerija (il-gruppi tas-simmetrija fil-pjan). Bl-użu ta' dan il-kunċett matematiku, Escher ħoloq tessellaturi perjodiċi b' 43 disinn kulurit b'tipi differenti ta' simmetrija. Minn dan il-punt żviluppa metodu matematiku għall-espressjoni tas-simmetrija fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Mill-1937, ħoloq bosta inċiżjonijiet fl-injam bl-użu tal-kunċett tas-17-il grupp tas-simmetrija fil-pjan.

Maurits Cornelis Escher 
Limitu taċ-ċirku III, 1959

Fl-1941, Escher kiteb l-ewwel artiklu tiegħu, li issa hu rikonoxxut pubblikament, imsejjaħ "Diviżjoni Regolari tal-Pjan permezz ta' Poligoni Kongruwenti Asimmetriċi", fejn spjega l-approċċ matematiku tiegħu għall-ħolqien ta' xogħol artistiku. L-intenzjoni tiegħu meta kitbu dan kienet li jkun ta' għajnuna għalih stess fl-integrazzjoni tal-matematika fl-arti. B'dan l-artiklu Escher għamel kontibut fir-riċerka matematika ta' żmienu. Fih, hu studja diviżjoni bbażata fuq il-kulur, u żviluppa sistema ta' klassifikazzjoni ta' kombinazzjonijiet ta' forom, kuluri u proprjetajiet simmetriċi. Permezz tal-istudju ta' dawn is-simmetriji, esplora qasam li aktar tard il-mathematiċi laqqmu "kristallografija".

Madwar 1956, Escher esplora l-kunċett tar-rappreżentazzjoni tal-infinità fil-pjan bidimensjonali. Xi diskussjonijiet mal-matematiku Kanadiż HSM Coxeter ispiraw lil Escher b'interess fit-tessellaturi iperboliċi, li huma kisjiet regolari tal-pjan iperboliku bil-madum. Ix-xogħlijiet ta' Escher Limitu taċ-ċirku I-IV juru dan il-kunċett. Fl-1995, Coxeter ivverifika li Escher kiseb perfezzjoni matematika fl-inċiżjonijiet tiegħu f'artikl li ppubblika. Coxeter kiteb, "Escher ġabha assolutament eżatta sal-aħhar millimetru."

Ix-xogħlijiet tiegħu għamluh famuż: fl-1955 inħatar Kavalier tal-Ordni ta' Orange-Nassau. Min dak iż-żmien 'l hemm kellu regolarment kummissjonijiet ta' disinn minn dinjitarji minn madwar id-dinja. Fl-1985 l-Asterojde, "4444 Escher", issemmiet għalih.

Fl-1958, ippubblika artiklu imsejjaħ Diviżjoni Regolari tal-Pjan, li fih iddeskriva l-akkumulazzjoni sistematika ta' disinji matematiċi fix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Huwa saħaq li "l-matematiċi fetħu l-bieb li jwassal għal qasam vast."

Maurits Cornelis Escher 
Il-kaskata, 1961

Fuq kollox, kienet l-imħabba li kellu minn kmieni għall-veduti Rumani u Taljani u għan-natura li nteressatu fil-kunċett tad-diviżjoni regolari ta' pjan, li applika f'aktar minn 150 xogħol bil-kulur. Fost il-prinċipji oħra matematiċi li nsibu xhieda tagħhom fix-xogħlijiet tiegħu hemm is-sovrapożizzjoni ta' pjan iperboliku fuq pjan bidimensjonali fiss, u l-inkorporazzjoni ta' oġġetti tridimensjonali bħal sferi, kolonni u kubi fis-xogħlijiet tiegħu. Per eżempju, f'stampa imsejħa "ir-Rettili," ikkombina xbihat bi- u tridimensjonali. F'wieħed mill-artikli tiegħu, Escher enfatizza l-importanza tad-dimensjonalità u ddeskriva lilu nnifsu bħala "mxabba" bil-forom ċatti: "Jien nagħmilhom jaqbżu 'l barra mill-pjan."

Escher studja wkoll il-kunċetti matematiċi tat-topoloġija. Mill-matematiku Brittaniku Roger Penrose tgħallem kunċetti oħra fil-matematika. Minn dan l-għarfien ħoloq "Il-kaskata"' u Telgħin u Niżlin, li nsibu fihom prospettivi irregolari simili għall-kunċett tal-istrixxa ta' Möbius.

Fl-1937 Escher stampa Metamorfożi I, li kienet il-bidu ta' sensiela ta' disinji li jirrakontaw storja permezz tal-istampi. Dawn ix-xogħlijiet urew fl-aqwa tagħha il-ħila ta' Escher biex jinkorpora l-matematika fl-arti. F'Metamorfożi I, ittrasforma poligoni konvessi f'disinn regolari fil-pjan biex jifformaw għamla ta' bniedem. Dan l-effett jisimbolizza l-bidla fl-interess tiegħu mill-veduti u n-natura għall-diviżjoni regolari tal-pjan.

Wieħed mill-aktar xogħlijiet notevoli tiegħu huwa l-opra Metamorfożi III, li hija wiesgħa biżżejjed biex tgħatti l-ħitan ta' kamra, u mbagħad terġa' lura fuq innifsha.

Wara l-1953, Escher kien mistieden jagħti taħdidiet minn ħafna organizzazzjonijiet. Sensiela ta' taħdidiet ippjanati fl-Amerika ta' Fuq fl-1962 tħassret minħabba xi marda, imma x-xbihat u test għall-lectures, miktuba sħaħ minn Escher, aktar tard kienu ippubblikati bħala parti mill-ktieb Escher fuq Escher . F'Lulju 1969, lesta l-aħħar xogħol tiegħu qabel ma miet, inċiżjoni fl-injam imsejħa Sriep. Din turi inċiżjonijiet ta' disinji li jispiċċaw ftit ftit lejn l-infinità kemm fiċ-ċentru u kemm fit-tarf ta' ċirku. Erba' sriep jaqsmu ċ-ċirku u d-disinji fih, b'irjushom jittawwlu minnu.

Il-legat ta' Escher

Maurits Cornelis Escher 
Il-Mużew ta' Escher fil-Ħaag

Il-pussess tal-proprjetà intellettwali ta' Escher u tax-xogħlijiet artistiċi uniċi tiegħu ġew mifrudin minn xulxin.

Fl-1969, il-konsulent kummerċjali ta' Escher, il-mejjet Jan W. Vermeulen, awtur ta' bijografija bl-Olandiż tal-artista, waqqaf l-MC Escher Stichting (Fundazzjoni MC Escher), u ttrasfera għal din l-entità kważi x-xogħol kollu ta' Escher kif ukoll mijiet ta' stampi oriġinali tiegħu. Dawn ix-xogħlijiet ġew mislufa mill-Fundazzjoni lill-Mużew tal-Ħaag. Mal-mewt ta' Escher, it-tliet subien tiegħu xoljew il-Fundazzjoni, u issieħbu f'kumpanija biex jieħdu x-xogħlijiet artistiċi f’idejhom. Fl-1980, bigħu din l-impriża lil negozjant tal-arti Amerikan u lill-Mużew tal-Ħaag. Il-Mużew kiseb id-dokumentazzjoni kollha u inqas min-nofs tax-xogħlijiet artistiċi.

Il-copyrights baqgħu fill-pussess tat-tliet ulied - li aktar tard begħuhom lil Cordon Art, kumpanija Olandiża. Il-kontroll tal-copyrights wara kien ittrasferit lil MC Escher Company BV Baarn, tal-Olanda, li tilliċenzja l-użu tal-copyrights fuq l-arti kollha ta' Escher u fuq testi mitkellma u miktuba, u tikkontrolla wkoll it-trademarks. Ir-reġistrazzjoni tat-trademark "MC Escher" fl-Istati Uniti kienet opposta, imma l-kumpanija Olandiża rebħet fil-qrati fuq il-bażi li artista jew il-werrieta tiegħu għandhu d-dritt li jagħmel trademark ta' ismu.

Entità oħra, il-Fundazzjoni M.C. Escher ta' Baarn, tippromwovi x-xogħol ta' Escher billi torganizza wirjiet, tippubblika kotba u tipproduċi films dwar il-ħajja u x-xogħol tiegħu.

Il-kollezzjonijiet istituzzjonali ewlenin tax-xogħlijiet oriġinali ta' MC Escher huma l-Mużew Escher, mużew sussidjaru tal-Haags Gemeentemuseum fil-Ħaag; il-Gallerija Nazzjonali tal-Arti (Washington, DC); il-Gallerija Nazzjonali tal-Kanada (Ottawa); il-Mużew ta' Iżrael (Ġerusalemm) u l-Bibljoteka Pubblika ta' Boston.

Lista tax-xogħlijiet

  • 1920 Siġar, linka
  • 1920 Knisja ta' San Bavo, Haarlem, linka
  • 1921 Il-fantażma, inċiżjoni fl-injam
  • 1921 Il-mogħża espjatorja, inċiżjoni fl-injam
  • 1921 L-isfera, inċiżjoni fl-injam
  • 1921 Sabiħ, inċiżjoni fl-injam
  • 1921 Flor de Pascua (Fjura tal-Għid), inċiżjoni fl-injam / illustrazzjonijiet fi ktieb
  • 1922 Tmien irjus, inċiżjoni fl-injam
  • 1922 Siena, inċiżjoni fl-injam
  • 1922 San Francesco, inċiżjoni fl-injam
  • 1923 San Gimignano, inċiżjoni fl-injam
  • 1923 Veduta Taljana, linka u gwazz abjad
  • 1923 Dniefel f'baħar fosforixxenti, inċiżjoni fl-injam
  • 1923 Siġra tal-palm, lapes u linka
  • 1923 Awtoritratt, inċiżjoni fl-injam
  • 1925 Mara bil-fjura, inċiżjoni fl-injam
  • 1925 Vitorchiano, inċiżjoni fl-injam
  • 1925 Iċ-ċawlun iswed, inċiżjoni fl-injam
  • 1925 It-tieni jum tal-Ħolqien, inċiżjoni fl-injam
  • 1926 Il-ħames jum tal-Ħolqien, inċiżjoni fl-injam
  • 1926 Is-sitt jum tal-Ħolqien, inċiżjoni fl-injam
  • 1926 jew 1927 Studju fid-diviżjoni regolari tal-pjan b'annimali fantastiċi, lapis u akkwarell
  • 1927 Purċissjoni fil-kripta, inċiżjoni fl-injam
  • 1928 Kastell fl-arja, inċiżjoni fl-injam
  • 1928 Torri ta' Babel, inċiżjoni fl-injam
  • 1928 Corte, Corsica, linka
  • 1928 Sartene, linka
  • 1928 Soveria, Corsica, linka
  • 1928 Bonifacio, Corsica, inċiżjoni fl-injam
  • 1929 Veduta ta' Goriano Sicoli, litografija
  • 1929 Il-kattedral taħt l-ilma, inċiżjoni fl-injam
  • 1929 Awtoritratt, litografija
  • 1930 Castrovalva, litografija
  • 1930 Triq f'Scanno, Abruzzi, litografija
  • 1930 Il-Pont, litografija
  • 1930 Palizzi, Calabria, inċiżjoni fl-injam
  • 1930 Pentedattilo, Calabria, litografija
  • 1930 Atrani, Kosta ta' Amalfi, litografija
  • 1930 Ravello u l-Kosta ta Amalfi, litografija
  • 1930 Sqaq imsaqqaf f'Atrani, Kosta ta' Amalfi, inċiżjoni fl-injam
  • 1931 Saħħara, inċiżjoni fl-injam
  • 1933 Baħar fosforixxenti, litografija
  • 1933 Logħob tan-nar, litografija
  • 1934 Natura mejta bil-mera, litografija
  • 1934 Natura mejta bi sfera tirrifletti, litografija
  • 1935 L-Isla, Malta inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
  • 1935 Id bi sfera tirrifletti, litografija
  • 1935 Ritratt ta' G.A.Escher, litografija
  • 1935 L-Infern, litografija, (ikkupjata minn pittura ta' Hieronymus Bosch)
  • 1936 Diviżjoni Regolari tal-pjan, sensiela ta' disinji li kompla sa l-1960
  • 1937 Natura mejta u triq (L-ewwel realtà impossibbli tiegħu), inċiżjoni fl-injam
  • 1937 Metamorfożi I, inċiżjoni fl-injam
  • 1938 Lejl u mewt, inċiżjoni fl-injam
  • 1938 Ċiklu, litografija
  • 1938 Sema u ilma I, inċiżjoni fl-injam
  • 1938 Sema u ilma II, inċiżjoni fl-injam
  • 1939-1940 Metamorfożi II, inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
  • 1942 Verbum, litografija
  • 1943 Rettili, litografija
  • 1943 Nemla, litografija
  • 1944 Laqgħa, litografija
  • 1945 Gallarija, litografija
  • 1945 Kolonni doriċi, inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
  • 1945 Tliet sferi I, inċiżjoni fl-injam
  • 1946 Għajn, mezzotint
  • 1946 Mera maġika, litografija
  • 1946 Tliet sferi II, litografija
  • 1946 Dinja oħra, mezzatinta
  • 1947 Dinja oħra II, inċiżjoni fl-injam
  • 1947 Dinja oħra, inċiżjoni fl-injam
  • 1947 Fuq u isfel, litografija
  • 1947 Kristalla, mezzatinta
  • 1948 Idejn ipinġu, litografija
  • 1948 Qatra nida, mezzatinta
  • 1948 Xemx u Qamar
  • 1948 Stilel, inċiżjoni fl-injam
  • 1949 Planetojde doppja, inċiżjoni fl-injam
  • 1950 Ordni u kaos, litografija
  • 1950 Wiċċ (Superfiċju) immewweġ, inċiżjoni fuq il-linolju b'żewġ kuluri
  • 1951 Kutrumbajsa, litografija
  • 1951 Dar tat-taraġ I, litografija
  • 1951 Dar tat-taraġ II, litografija
  • 1952 Għadira, inċiżjoni fl-injam
  • 1952 Dragun, inċiżjoni fl-injam
  • 1952 Gravità, litografija u akkwarell
  • 1952 Diviżjoni spazjali kubika, litografija
  • 1953 Relattività, litografija
  • 1954 Planetojde tetraedrika, inċiżjoni fl-injam b'żewġ kuluri
  • 1955 Konvess u konkav, litografija
  • 1955 Tliet dinjiet, litografija
  • 1956 Gallerija tal-istampi, litografija
  • 1957 Kubu b'żigarelli magiċi, litografija
  • 1957 Mużajk II, litografija
  • 1958 Belveder, litografija
  • 1958 Spirali sferiċi, inċiżjoni fl-injam b'erba’ kuluri
  • 1960 Telgħin u niżlin, litografija
  • 1961 Strixxa ta' Möbius I, inċiżjoni fl-injam b'erba' kuluri
  • 1961 Il-kaskata, litografija
  • 1963 Strixxa ta' Möbius II (Nemel ħomor), inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
  • 1966 Għoqod, inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri
  • 1967-68 Metamorfożi III, inċiżjoni fl-injam
  • 1968 Metamorfożi, pittura fuq il-ħajt
  • 1969 Sriep, inċiżjoni fl-injam bi tliet kuluri

Bibljografija

  • M.C. Escher, The Graphic Work of M.C. Escher, Ballantine, 1971. Jinkludi l-kummentarju ta' Escher stess.
  • Locher, J.L. The Magic of M. C. Escher. Harry N. Abrams, Inc. ISBN 0-8109-6720-0, 2000.
  • Ernst, Bruno; Escher, M.C. The Magic Mirror of M.C. Escher (Taschen Series) 1995. TASCHEN America Llc. ISBN 1-886155-00-3 L-arti ta' Escher b'kummentarju minn Ernst fuq il-ħajja u l-arti ta' Escher, jinkludi bosta paġni fuq kif uża l-poliedri.
  • J. L. Locher (editur) M.C. Escher: His Life and Complete Graphic Work, , Amsterdam 1981.
  • Douglas R. Hofstadter. Gödel, Escher, Bach. Girlanda eterna brillanti. Adelphi, 1984.
  • Michele Emmer. Il-faxxinu enigmatiku ta' Escher. CUEN, 1984.
  • Doris Schattschneider. Viżjonijiet tas-Simmetrija. Zanichelli, 1992.

Referenzi

Ħoloq esterni

Tags:

Maurits Cornelis Escher BijografijaMaurits Cornelis Escher XogħlijietMaurits Cornelis Escher Il-legat ta EscherMaurits Cornelis Escher Lista tax-xogħlijietMaurits Cornelis Escher BibljografijaMaurits Cornelis Escher ReferenziMaurits Cornelis Escher Ħoloq esterniMaurits Cornelis EscherArkitetturaInjamMatematikaNetherlands

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Marco UreñaImħabbaMessikuRaffaelloPariġiAlberobelloDrittOtto von BismarckIsaac NewtonSarajevoĦaġar QimReliġjon LhudijaWikiFK NevėžisKelmaAbout-urlGiosuè CarducciBirkirkaraĠgantijaPortoSnajja MaltinUnguligradUEFA Europa LeagueSri LankaSandra MondainiKievGalileo GalileiEkonomistaReliġjon f'MaltaĠibiltàKavallier ta’ San ĠakbuBolivjaKarnival ta' Malta2016ItaljaSettembruLibanuArkeoloġijaAfrika t'IsfelMawrizjuLingwa tas-Sinjali MaltijaPremju Nobel għall-FiżikaĦal Għaxaq2007ĠeorġjaThe Pirate BayGħaxar KmandamentiArmenjaĠebla ta' MajmunaTraduzzjoniIr-Rabat (Malta)Monasteru ta' FerapontovMoldovaGudjaMaltinLondraBormlaPajjiżVallettaKorea ta' FuqMarokk🡆 More