Tuneż

Tuneż (ˈtuːnɪs; bl-Għarbi: تونس) hija l-belt kapitali tat-Tuneżija u l-ikbar belt fil-pajjiż.

Fl-2014, il-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' Tuneż kienet ta' 638,845 abitant skont iċ-ċensiment tal-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika. Iż-żona metropolitana kollha ta' Tuneż, spiss magħrufa bħala "Grand Tunis", għandha popolazzjoni ta' madwar 2,700,000 abitant. Mill-2020 Tuneż hija t-tielet l-ikbar belt fir-reġjun tal-Magreb (wara Casablanca u Alġiers) u l-ħdax-il ikbar belt fid-dinja Għarbija.

Tuneż
Tuneż Tuneżija
Tuneż
Amministrazzjoni
PajjiżTuneżija
Governorate of TunisiaGovernorat ta' Tuneż
Isem uffiċjali تونس
Ismijiet oriġinali تونس
Kodiċi postali 1000
Ġeografija
Koordinati 36°48′03″N 10°10′48″E / 36.8008°N 10.18°E / 36.8008; 10.18 10°10′48″E / 36.8008°N 10.18°E / 36.8008; 10.18
Tuneż is located in Tunisia
Tuneż
Tuneż
Tuneż (Tunisia)
Superfiċjenti 212,630,000 metru kwadru
Għoli 4 m
Fruntieri ma' Ariana Governorate (en) Translate, Manouba Governorate (en) Translateu Ben Arous Governorate (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 602,560 abitanti (1 Jannar 2022)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 71
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Amman, Köln, Doha, Jeddah, Belt tal-Kuwajt, Muscat, Montreal, Moska, Rabat, Rio de Janeiro, Santiago, Tashkent, Tripli, Pariġi, Torino, Liżbona, Marsilja, Praga, Stokkolmau Istanbul
commune-tunis.gov.tn

Il-belt tinsab f'golf kbir tal-Baħar Mediterran magħruf bħala l-Golf ta' Tuneż, wara l-Lag ta' Tuneż u l-port ta' La Goulette (Ḥalq il-Wād). Il-belt hija estiża tul il-pjanura kostali u l-għoljiet ta' madwarha. Il-medina antika hija l-qalba tal-belt u hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fil-Lvant tal-medina, mid-Daħla tal-Baħar (magħrufa wkoll bħala Bab el Bhar u Porte de France), tibda l-belt moderna magħrufa bħala "Ville Nouvelle", bit-triq prinċipali li tgħaddi minn ġo nofsha, Avenue Habib Bourguiba (li spiss hija magħrufa fil-gwidi tal-ivvjaġġar u fuq il-mezzi tax-xandir bħala x-"Champs-Élysées Tuneżina"), fejn hemm kuntrast ċar bejn il-binjiet tal-era kolonjali u l-istrutturi antiki ferm iżgħar. Iktar fil-Lvant mal-baħar hemm is-subborgi ta' Kartaġni, La Marsa u Sidi Bou Said. Bħala l-belt kapitali tal-pajjiż, Tuneż hija l-qalba tal-ħajja politika u amministrattiva tal-pajjiż, kif ukoll iċ-ċentru tal-attivitajiet kummerċjali u kulturali tat-Tuneżija.

Etimoloġija

Tuneż hija t-traskrizzjoni tal-isem Għarbi تونس li jista' jiġi ppronunzjat bħala "Tūnus", "Tūnas" jew "Tūnis". It-tliet varjanti ssemmew kollha kemm huma mill-ġeografu Għarbi Yaqut al-Hamawi fil-Mu'jam al-Bûldan (Dizzjunarju tal-Pajjiżi) tiegħu.

Jeżistu spjegazzjonijiet differenti għall-oriġini tal-isem "Tuneż". Xi studjużi jehmżuha mad-divinità tal-Feniċi Tanith (Tanit jew Tanut), peress li bosta bliet antiki kienu jissemmew għal divinitajiet patruni. Xi studjużi jsostnu li oriġina minn Tynes, li ssemma minn Diodorus Siculus u Polibju matul id-deskrizzjonijiet ta' post simili għal Al-Kasbah, villaġġ antik tal-Berberi f'Tuneż.

Possibbiltà oħra hi li oriġina mill-għerq verbali Berberu ens li jfisser "timtedd" jew "tqatta' l-lejl". It-terminu Tuneż x'aktarx jista' jfisser "tikkampja billejl", "kamp" jew "waqfa", jew jaf kien jirreferi għall-"aħħar waqfa qabel Kartaġni" min-nies li kienu jkunu qed jivvjaġġaw lejn Kartaġni minn fuq l-art. Hemm xi sorsi Rumani antiki wkoll li jsemmu rħula fil-qrib bħala Tuniza (issa El Kala), Thunusuda (issa Sidi-Meskin), Thinissut (issa Bir Bouregba) u Thunisa (issa Ras Jebel). Dawn il-villaġġi Berberi kollha kienu jinsabu tul toroq Rumani u bla dubju servew bħala postijiet fejn wieħed kien jieqaf jistrieħ.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-medina ta' Tuneż ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Iż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata kemxejn fl-2010.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".

Referenzi

Tags:

AlġiersBelt kapitaliCasablancaGħarabId-DinjaLingwa GħarbijaTuneżija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Jum l-EwropaPaul Van HimstKirġiżistanAfrikaKarnival ta' MaltaEtnaSid ViciousAssedju ta' Malta (1565)Red Bull SalzburgPapa Benedittu XVIMellieħaĠnus MagħqudaIndiċiTim nazzjonali tal-futbol ta' MaltaBibbjaUEFA Champions League 2008–09Mario MontiIl-karozzi tal-linja f'MaltaTazza tad-Dinja tal-Futbol 2018Ġann Piet Franġisk De SoldanisCastel del Monte, PugliaKemmunaMicoureus constantiaeMario BalotelliCorcovadoFelix MendelssohnPolitikaKwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 3Ir-Russi fl-EstonjaL-ewwel gwerra dinjijaĠgantijaImperu KushanGudjaStadju Jan BreydelBuenos AiresEmma WatsonRussjaSkozjaClaude Joseph Rouget de LisleKF Vllaznia ShkodërGħoljiet Sagri ta' Piemonte u ta' LombardiaSant'AmbroġjuIgor' StravinskijLeonardo da VinciPrim Ministru ta' MaltaFaragħunCONCACAFKwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA) - Grupp 7Ballon d'OrLista tal-poeti tal-ilsien MaltiPandemija tal-COVID-19L-element semitiku fil-MaltiHugo ChetcutiLudwig Van BeethovenJames Aaron EllulSantu WistinStorja tal-femminiżmuTazza tad-Dinja tal-Futbol 2006Ħaġar QimĠan Anton VassalloKemmun2010–11 UEFA Champions LeagueErin Serracino InglottFK Qarabağ🡆 More