Mario Monti (twieled fid-19 ta' Marzu 1943) kien Prim Ministru tal-Italja għal sena u nofs, bejn is-16 ta' Novembru 2011 sat-28 ta' April 2013, u huwa ekonomista u politiku Taljan li twieled f'Varese, fil-Lombardia.
Mario Monti | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
26 Marzu 2013 - 28 April 2013 ← Giulio Terzi di Sant'Agata (en) - Emma Bonino (en) →
16 Novembru 2011 - 28 April 2013 ← Silvio Berlusconi - Enrico Letta →
16 Novembru 2011 - 11 Lulju 2012 ← Giulio Tremonti (en) - Vittorio Grilli (en) →
9 Novembru 2011 - no value
15 Settembru 1999 - 30 Ottubru 2004 ← Karel Van Miert (en) - Neelie Kroes (en) →
18 Jannar 1995 - 15 Settembru 1999 ← Raniero Vanni d'Archirafi (en) - Frits Bolkestein (en) → | |||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||
Isem propju | Mario Monti | ||||||||||||
Twelid | Varese, 19 Marzu 1943 (81 sena) | ||||||||||||
Nazzjonalità | Italja | ||||||||||||
L-ewwel lingwa | Taljan | ||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||
Alma mater | Università Bocconi Università ta’ Yale | ||||||||||||
Livell tal-edukazzjoni | dottorat | ||||||||||||
Lingwi | Taljan | ||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||
Okkupazzjoni | ekonomista politiku għalliem fl-università | ||||||||||||
Post tax-xogħol | Ruma | ||||||||||||
Impjegaturi | Università Bocconi Università ta’ Torino Università ta’ Trento | ||||||||||||
Premjijiet | |||||||||||||
Sħubija | Accademia dei Lincei Kummissjoni Trilaterali Académie des Sciences Morales et Politiques (en) |
Huwa ggradwa fl-ekonomija u l-immaniġġjar mill-Università Bocconi ta' Milan. Kompla bl-istudji universitarji tiegħu fl-Università ta' Yale, Connecticut, fl-Istati Uniti, fejn kien studja fil-klassijiet ta’ James Tobin, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Ekonomija.
L-ewwel gvern ta' Silvio Berlusconi fl-Italja kien għazlu bħala Kummissarju Ewropew fl-1994. Erba' snin wara, il-gvern ta' Massimo D'Alema kien ikkonfermah f'dik il-ħatra. It-tieni gvern ta' Berlusconi, fl-2004, ma kkonfermahx bħala Kummissarju Ewropew u minfloku ppropona lil Rocco Buttiglione. Iżda dan ma ġiex aċċettat mill-Parlament Ewropew u l-gvern Taljan ippropona lil Franco Frattini. Mario Monti kien il-President tal-Università Bocconi ta' Milan u l-ewwel President tal-grupp Bruegel, "think tank" Ewropew li twaqqaf fl-2005.
Huwa sar l-54 Prim Ministru tal-Italja, u Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fit-12 ta' Novembru 2011 wara r-riżenja ta' Berlusconi. Ġimgħa qabel, il-President ta’ dak iż-żmien, Giorgio Napolitano, kien ħatru senatur għall-għomor.
Mis-16 ta’ Mejju 2013 sas-17 ta’ Ottubru 2013, Monti kien il-President ta’ Scelta Civica (Għażla Ċivika), partit politiku ċentrista.
Huwa żżewweġ lil Elsa Antonioli fl-1970 u għandu żewġ ulied.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Mario Monti, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.