Sena dawl (plural snin dawl) hi unità ta' distanza użata fl-astronomija.
Sena dawl hi d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fil-vojt matul sena Ġuljana, jiġifieri madwar 9461 biljun kilometru (għalhekk l-ordni ta' kobor hi madwar 10,000 biljun kilometru, jew 1016 metru).
Is-sena dawl hi unità tal-kejl tad-distanza (u mhux taż-żmien).
L-Għaqda Astronomika Internazzjonali iddefinietha bħala d-distanza li jivvjaġġa foton (jew iżjed sempliċi, id-dawl) fil-vojt, f'sena Ġuljana (jiġifieri 365.25 jum jew 31,557,600 sekonda).
Il-veloċità tad-dawl fil-vojt hi kostanti fissa ta' 299,792,458 m/s (madwar 300,000 km/s), sena dawl hi eżatt ugwali għal 9,460,730,472,580.8 km; madwar 9460.730 biljun kilometru li hi ekwivalenti għal 9.460730 Petametru (Pm) jew 9460.730 Terametru (Tm). F'valur arrotondat, sena dawl hi ekwivalenti għal 9.461 Pm jew 9.461x1015m.
It-terminu sena dawl jintuża l-iżjed fil-popolarizzazzjoni tal-astronomija biex jesprimi id-distanzi interstellari u intergalattiċi, billi din l-unità tinftiehem faċilment mill-popolin minħabba d-definizzjoni tagħha bħala d-distanza li jivvjaġġa d-dawl fiż-żmien imsemmi.
Pereżempju, Proxima Centauri, l-istilla li hi l-eqreb għas-Sistema solari, tinsab 4.22 snin dawl 'il bogħod minnha, il-Galassja ta' Andromeda tinsab madwar 2.5 miljuni snin dawl 'il bogħod mis-Sistema Solari u r-raġġiera ta' Triq ta' Sant'Anna għandha dijametru ta' madwar 10,0000 sena dawl.
L-astronomi professjonali rari jużaw it-terminu sena dawl għax jippreferu il-parsec (simbolu pc), unità li ġejja mit-teknika sperimentali għall-kejl tad-distanzi permezz tal-parallassi anwali tal-istilla li jkunu qegħdin josservaw. Parsec hu d-distanza mix-xemx ta' punt fl-ispazju li minnu il-linji għad-dinja u x-xemx jagmlu angolu ta' sekonda tal-ark. Hu ekwivalenti għal madwar 3.26 snin dawl.
L-unità astronomika (simbolu ua), ibbażata fuq id-distanz bejn id-dinja u x-xemx, tintuża sikwit, l-iżjed għal oġġetti relativament qrib (fuq l-iskala astronomika). Unita astronomika hi ekwivalenti għal madwar 8.32 minuti dawl u sena dawl hi ekwivalenti għal 63241.077 ua.
Irridu noqogħdu attenti li bħalissa hemm valur ieħor li qiegħed jintuża għad-distanza sena dawl:10,000,000,000,000 (għaxart elef biljun) kilometru. Dan il-valur hu interessanti għax wieħed jista' jiftakru faċilment. Min ikun qiegħed jaqra xi artiklu li juża s-sena dawl irid ikun jaf b'din id-differenza (in fatti hemm madwar 5.4 % bejn iż-żewġ valuri). Però, fil-verità, is-sena dawl iżjed tintuża biex turi l-ordni tal-kobor jew id-distanzi approssimati u f'dan il-kuntest id-differenza mhux sinjikattiva.
Meta nimmoltiplikaw il-veloċità tad-dawl b'xi ħin li nagħżlu, nistgħu niddefinixxu unitajiet oħra li jiġu minn xulxin bħal, pereżempju, is-siegħa dawl li tiġi 1,079,252,848.8km.
Ix-xahar dawl ma jintużax billi mhuwiex definit preċiżament: hemm bżonn ngħidu eżatt jekk ix-xahar dawl huwiex pereżempju 30 jum dael jew it-tnax il-parti ta' sena dawl. Din l-unità intrinżikament għandha nuqqas ta' preċiżjoni li hi kbira wisq imqabbla mal-unitajiet astronomiċi l-ohra. L-istitutizzjonijiet uffiċjali ftit ma tantx jinteressawhom dawn l-unitajiet derivati minn sena dawl.
This article uses material from the Wikipedia Malti article Sena dawl, which is released under the Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 license ("CC BY-SA 3.0"); additional terms may apply (view authors). Il-kontenut huwa disponibbli taħt il-liċenzja CC BY-SA 4.0 sakemm mhux indikat mod ieħor. Images, videos and audio are available under their respective licenses.
®Wikipedia is a registered trademark of the Wiki Foundation, Inc. Wiki Malti (DUHOCTRUNGQUOC.VN) is an independent company and has no affiliation with Wiki Foundation.