1 Ta' Jannar: Data

L-1 ta' Jannar huwa l-ewwel jum tas-sena fil-kalendarju Gregorjan; jifdal 364 ġurnata oħra għal tmiem is-sena (365 fi snin biżestili).

Il-ġurnata preċedenti hi l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

Jannar
Ħad Tne Tli Erb Ħam Ġim Sib
31 1 2 3 4 5 6
7 8 9 10 11 12 13
14 15 16 17 18 19 20
21 22 23 24 25 26 27
28 29 30 31 1 2 3

Matul il-Medju Evu taħt l-influwenza tal-Knisja Kristjana, diversi pajjiżi mexxew il-bidu tas-sena għal waħda minn numru ta' avvenimenti Kristjani importanti — il-25 ta' Diċembru (it-Twelid ta' Ġesù), l-1 ta' Marzu, il-25 ta' Marzu (l-Assunzjoni), jew anke l-Għid. Pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent (ħafna minnhom b'popolazzjoni li kellhom fedeltà lejn il-Knisja Ortodossa) bdew is-sena numerata tagħhom fl-1 ta' Settembru minn madwar 988.

Ġrajjiet

  • 45 q.K. – Il-kalendarju Ġuljan beda jintuża għall-ewwel darba.
  • 153 q.K. – Il-konsli Rumani bdew is-sena tagħhom fl-uffiċċju.
  • 404 – Saret l-aħħar kompetizzjoni bejn il-gladjaturi f'Ruma.
  • 630 – Il-Profeta Mawmettu lesta l-armata tiegħu lejn Mekka li kisbitha b'ħafna tixrid ta' demm.
  • 1001 – Il-Gran Prinċep Stiefnu I tal-Ungerija inħatar l-ewwel Re tal-Ungerija mill-Papa Silvestru II.
  • 1259 – Mikiel VIII ta' Biżanju ġie proklamat ko-emperatur tal-Imperu ta' Niċea flimkien ma' Ġwanni IV ta' Niċea.
  • 1438 – Albertu II tal-Asburgu ġie inkurunat Re tal-Ungerija.
  • 1502 – Ġiet skoperta minn Amerigo Vespucci fejn illum hemm Rio de Janeiro
  • 1515 – Ir-Re Franġisku I ta' Franza isir is-suċċessur tat-tron Franċiż.
  • 1651 – Karlu II jiġi nkurunat Re tal-Iskozja.
  • 1673 – Servizz regulari tal-posta beda bejn New York u Boston.
  • 1700 – Ir-Russja bdiet taddotta n-numerazzjoni oċċidentali tal-kalendarju Ġuljan.
  • 1707 – Ġwanni V ġie inkurunat Re tal-Portugall.
  • 1739 – Il-Gżira Bouvet ġiet skoperta mill-esploratur Franċiż Jean-Baptiste Charles Bouvet de Lozier.
  • 1748 – Il-Papa Benedittu XIV jippublika l-enċilika Inter Caetera, dwar l-abbużi fid-divertiment tal-karnival u dwar l-interferenza mar-Randan.
  • 1751 – Il-Papa Benedittu XIV jippublika l-enċiklika Celebrationem magni, dwar l-estenzjoni tal-Ġublew għad-dinja kattolika kollha.
  • 1788 – Ġiet ippublikata l-ewwel edizzjoni ta' The Times.
  • 1801
  • 1804 – Tmiem tad-dominju Franċiż fuq Ħaiti.
  • 1806 – Fi Franza ġie abolit il-kalendarju rivoluzzjonarju Franċiż.
  • 1808 – Fl-Istati Uniti ġiet imneħħija l-importazzjoni tal-iskjavi.
  • 1833 – Ir-Renju Unit tikseb is-sovranità fuq il-Gżejjer Falkland.
  • 1861 – Porfirio Díaz jikseb lil Mexico City.
  • 1863 – Abraham Lincoln jiddikjara l-Proklama t'Emanċipazzjoni (abolizzjoni tal-iskjavitù)
  • 1877 – Ir-Reġina Vittorja tiġi proklamata Imperatriċi tal-Indja f'Delhi.
  • 1880 – Jibda x-xogħol fuq il-Kanal tal-Panamá.
  • 1890 – Titwieled il-kolonja Taljana tal-Eritrea.
  • 1892 – Il-Gżira Ellis bdiet taċċetta immigranti lejn l-Istati Unit.
  • 1893 – Il-Ġappun jaddotta l-kalendarju Gregorjan.
  • 1898 – New York bdiet iżżid aktar art mit-territorji ta' madwar, biex ikkreat il-Belt ta' New York il-Kbira. Il-belt hi ġeografikament maqsuma f'ħames distretti: Manhattan, Brooklyn, Queens, The Bronx, u Staten Island.
  • 1899 – Tmiem tad-dominju Spanjol fuq Kuba.
  • 1900 – Ġie fis-seħħ il-Bürgerliches Gesetzbuch, il-kodiċi ċivili tal-Ġermanja.
  • 1901
  • 1912 – Twaqqif tar-Repubblika taċ-Ċina.
  • 1927 – It-Turkija tadotta l-kalendarju Gregorjan.
  • 1934 – Alcatraz isir ħabs federali.
  • 1937 – Anastasio Somoza García isir President tan-Nikaragwa.
  • 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: il-kelma Nazzjonijiet Uniti tiġi wżata uffiċċjalment għall-ewwel darba biex tiddeskrivi l-patt bejn l-Alleati.
  • 1943 – Tiġi kumbattuta għall-ewwel darba l-battalja ta' Guadalcanal bejn forzi marini Amerikani u dawk Ġappuniżi.
  • 1948 – Il-Kostituzzjoni tal-Italja ġiet fis-seħħ.
  • 1956 – Ir-Repubblika tas-Sudan tikseb l-indipendenza mir-Repubblika Eġizzjana u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
  • 1958 – Twaqqif tal-Komunità Ewropeja.
  • 1959 – Fulgencio Batista, president tal-Kuba, kien imneħħi minn postu mill-forzi ta' Fidel Castro matul ir-Rivoluzzjoni Kubana.
  • 1960 – Il-Kamerun jikseb l-indipendenza.
  • 1962 – Samoa tal-Punent tikseb l-indipendenza minn New Zealand.
  • 1964 – Il-Federazzjoni ta' Rodesja u Nyasaland ġiet maqsuma fir-repubbliki indipendenti taż-Żambja u l-Malawi, u Rodesja (taħt il-kontroll Brittaniku).
  • 1969 – Marien Ngouabi isir president tar-Repubblika tal-Kongo
  • 1971 – Il-pubbliċità tas-sigaretti ma kinitx permess fuq it-televiżjoni Amerikana.
  • 1973 – Id-Danimarka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u r-Repubblika tal-Irlanda huma ammessi fil-Komunità Ewropeja.
  • 1979 – L-Istati Uniti u r-Repubblika Popolari Ċiniża jistabbilixxu relazzjonijiet diplomatiċi formali.
  • 1980 – Invażjoni Sovjetika fuq l-Afganistan.
  • 1981 – Il-Greċja ssir membru tal-Komunità Ewropeja.
  • 1983 – L-ARPANET tgħaddi uffiċċjalment għall-użu tal-Internet Protocol, biex ġie ikkreat l-Internet.
  • 1984
    • Il-Brunej isir stat indipendeti.
    • L-AT&T tinqasam fi 22 kumpanja indipendenti.
  • 1986
  • 1987 – Il-kapitali ta' Nunavut titbiddel minn Frobisher Bay għal Iqaluit.
  • 1992 – George H. W. Bush isir l-ewwel President tal-Istati Uniti li jitkellem fil-Parlament Awstraljan.
  • 1993
    • Iċ-Ċekoslovakkja tinqasam u minnha joħorġu l-Islovakkja u r-Repubblika Ċeka.
    • Jiġi introdott suq wieħed fi ħdan il-Komunità Ewropeja.
  • 1994 – Jidħol fis-seħħ in-NAFTA bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku.
  • 1995
  • 1996 – Curaçao tikseb is-self government limitat.
  • 1998 – In-nar ikun projbit minn kull ristorant tal-California.
  • 1999 – Tiġi introdotta l-munita ewro
  • 2002
    • L-Ewro issir il-munita uffiċċjali ta' tnax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
    • Pluto tiġi ddikjarata li mhix pjaneta.
  • 2003 – Luiz Inácio da Silva, magħruf aktar bħala Lula, isir President tal-Brażil.
  • 2004 – Pervez Musharraf jikseb il-fiduċja tal-Parlament u tal-assembeji provinċjali tal-Pakistan, biex ikompli bħala President tal-Pakistan.
  • 2007
  • 2008 – Malta u Ċipru jadottaw l-munita Ewro.
  • 2009 – 66 ruħ imutu wara nirien f'diskoteka f'Bangkok, it-Tajlandja.
  • 2010 – Karozza b'bomba suwiċida tisplodi f'tornew tal-volibol f'Lakki Marwat, il-Pakistan, fejn qatlet 105 ruħ u weġġgħet 100 oħra.
  • 2011
    • L-Estonja tadotta l-munita Ewro.
    • L-Ungerija assumiet il-presidenza tal-Unjoni Ewropea.
    • Wara servizz fil-knisja min-naħa tal-komunità Kopta Kristjana f'Lixandra, l-Eġittu, tisplodi karozza bomba li ħalliet 21 mejta u 8 feruti.
  • 2012 – Id-Danimarka assumiet il-presidenza tal-Unjoni Ewropea.
  • 2013 – Minn tal-inqas 60 ruħ imutu u 200 oħra jindarbu f'stampede wara ċelebrazzjonijiet fi Stade Félix Houphouët-Boigny f'Abidjan, il-Kosta tal-Avorju.

Twelid

  • 766 – Ali al-Rida, Shia Imam († 818)
  • 1431 – Papa Alessandru VI († 1503)
  • 1467 – Siġiżmondu I tal-Polonja, Re tal-Polonja u Duka tal-Litwanja († 1548)
  • 1484 – Huldrych Zwingli, kap protestant Svizzeru († 1531)
  • 1511 – Enriku, Duka ta' Cornwall († 1511)
  • 1516 – Margaret Leijonhufvud, Reġina ta' Gustavu I tal-iŻvezja († 1551)
  • 1554 – Ludovik ta' Württemberg († 1593)
  • 1557 – István Bocskay, Prinċep ta' Transilvanja († 1606)
  • 1600 – Friedrich Spanheim, teologu Olandiż († 1649)
  • 1638 – Imperatur Go-Sai tal-Ġappun († 1685)
  • 1648 – Elkanah Settle, kittieb Ingliż († 1724)
  • 1704 – Soame Jenyns, kittieb Ingliż († 1787)
  • 1711 – Franz Freiherr von der Trenck, suldat Awstrijakk († 1749)
  • 1714 – Kristijonas Donelaitis, poeta Litwen († 1780)
  • 1735 – Paul Revere, patrijott Amerikan († 1818)
  • 1745 – Anthony Wayne, ġeneral Amerikan († 1796)
  • 1767 – Maria Edgeworth, rumanziera Anglo-Irlandiża († 1849)
  • 1774 – André Marie Constant Duméril, żoologu Franċiż († 1860)
  • 1779 – William Clowes, stampatur Ingliż († 1847)
  • 1803 – Guglielmo Libri Carucci dalla Sommaja, matematiku Taljan († 1869)
  • 1814 – Hong Xiuquan, ribell Ċiniż († 1864)
  • 1819 – Arthur Hugh Clough, poeta Ingliż († 1861)
  • 1823 – Sándor Petőfi, poeta u rivoluzzjonarju Ungeriż († 1849)
  • 1833 – Robert Lawson, arkitett minn New Zealand († 1902)
  • 1834 – Ludovic Halévy, drammaturgu Franċiż († 1908)
  • 1848 – John Goff, avukat Irlandiż († 1924)
  • 1852 – Eugène-Anatole Demarçay, kimiku Franċiż († 1904)
  • 1863 – Pierre de Coubertin, motivatur Franċiż tal-Logħob Olimpiku († 1937)
  • 1864 – Alfred Stieglitz, fotografu Amerikan († 1946)
  • 1864 – Qi Baishi, pittur Ċiniż († 1957)
  • 1874 – Gustave Whitehead, inventur Ġermaniż († 1927)
  • 1878 – Agner Krarup Erlang, xjentist u inġinier Daniż († 1929)
  • 1881 – Vajiravudh, Re tat-Tajlandja († 1925)
  • 1888 – John Garand, inventur Amerikan († 1974)
  • 1889 – Charles Bickford, attur Amerikan († 1967)
  • 1890 – Anton Melik, ġeografu Ungeriż († 1966)
  • 1894 – Shitsu Nakano, l-ixjaħ persuna tal-Ġappun († 2007)
  • 1900 – Xavier Cugat, mużiċista Spanjol († 1990)
  • 1904 – Fazal Ilahi Chaudhry, politiku Pakistani († 1982)
  • 1905 – Stanisław Mazur, matematiku Pollakk († 1981)
  • 1909 – Dana Andrews, attur Amerikan († 1992)
  • 1909 – Barry † Goldwater, politiku Ameriakn († 1998)
  • 1911 – Basil Dearden, direttur ċinematografiku Brittaniku († 1971)
  • 1917 – Jule Gregory Charney, meteorologu Amerikan († 1981)
  • 1917 – Albert Mol, attur Olandiż († 2004)
  • 1921 – Ismail al-Faruqi, filosofu Palestinjan († 1986)
  • 1923 – Daniel Gorenstein, matematiku Amerikan († 1992)
  • 1928 – Ernest Tidyman, kittieb Amerikan († 1984)
  • 1930 – Ty Hardin, attur Amerikan
  • 1930 – Gaafar al-Nimeiry, President tas-Sudan 1971–85
  • 1933 – Joe Orton, kittieb Ingliż († 1967)
  • 1937 – Adam Wiśniewski-Snerg, awtur Pollakk († 1995)
  • 1939 – Michèle Mercier, attriċi Franċiża
  • 1940 – Frank Langella, attur Amerikan
  • 1942 – Judy Stone, kantant Awstraljan
  • 1943 – Raghunath Anant Mashelkar, xjentist Indjan
  • 1946 – Carl B. Hamilton, politiku u ekonomista Żvediż
  • 1947 – Jon Corzine, politiku Amerikan
  • 1948 – Pavel Grachev, ġeneral Russu
  • 1949 – Daniel E Gawthrop, kompożitur Amerikan
  • 1953 – Greg Carmichael, kitarrista Brittaniku
  • 1954 – Bob Menendez, politiku Amerikan
  • 1957 – Ewa Kasprzyk, attriċi Pollakka
  • 1957 – Evangelos Venizelos, avukat, professur u politiku Grieg
  • 1962 – Sophie Thompson, attriċi Brittanika
  • 1963 – Lina Kačiušytė, għawwiema Litwena
  • 1966 – Anna Burke, politikanta Amerikana
  • 1968 – Joey Stefano, attur Amerikan
  • 1968 – Miki Higashino, kompożitur Ġappuniż
  • 1969 – Nicolle Dickson, attriċi Awstraljana
  • 1970 – Gabriel Jarret, attur Amerikan
  • 1972 – Neve McIntosh, attriċi Skoċċiża
  • 1972 – Lilian Thuram, futboler Franċiż
  • 1974 – Catalina Guirado, mudella Ingliża u personalità televiżiva
  • 1977 – Hasan Salihamidžić, futboler Bożnijaku
  • 1978 – Vidya Balan, attriċi Indjana
  • 1978 – Nina Bott, attriċi Ġermaniża
  • 1980 – Elin Nordegren, mudella Żvediża
  • 1982 – David Nalbandian, plejer tat-tennis Arġentina
  • 1983 – Ali Bastian, mudella u attriċi Ingliża
  • 1987 – Meryl Davis, żeffien fuq is-silġ Amerikan

Imwiet

  • 138 – Lucius Aelius Caesar, politiku Ruman (t. 101)
  • 379 – San Bażilju l-Kbir, isqof Grieg (t. 330)
  • 533 – San Fulġenzju ta' Ruspe, isqof Latin
  • 898 – Odo, Konti ta' Pariġi (t. 860)
  • 1031 – Guljelmu ta' Volpiano, patri Taljan (t. 962)
  • 1387 – Re Karlu II ta' Navarra, sovran Franċiż (t. 1332)
  • 1515 – Re Ludoviku XII ta' Franza (t. 1462)

Festi u rikorrenzi

Nazzjonali

  • Kuba – Festa tal-Liberazzjoni
  • Sudan – Festa tal-Indipendenza
  • Ħaiti – Festa tal-Indipendenza
  • Tajwan – Fundazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċina
  • Slovakkja – Fundazzjoni tar-Repubblika Slovakka.

Reliġjużi

Kristjaneżmu:

  • San Fulġenzju ta' Ruspe, isqof
  • San Ġużepp Tomasi, kardinal
  • Guljelmu ta' Volpiano, abbati
  • San Odilone ta' Cluny, abbati
  • San Vinċenz Marijastrambi, isqof
  • Santa Zedislava ta' Lemberk, fundatriċi ta' kunvent

Reliġjon Rumana antika u moderna:

  • Kalendarju Ruman

Ħoloq esterni

Tags:

1 Ta' Jannar Ġrajjiet1 Ta' Jannar Twelid1 Ta' Jannar Imwiet1 Ta' Jannar Festi u rikorrenzi1 Ta' Jannar Ħoloq esterni1 Ta' Jannar

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

FotografuBiżantiniNinu CremonaMadridWikiversitàVarsavjaEwroĦondurasBrażilPrinceInkwiżizzjoni SpanjolaAnġlu FarrugiaKanadaValletta FCReliġjon NisranijaMicrosoftLeonardo da VinciEsperantoSuperliga AlbaniżaĠerusalemmSnajja MaltinKilwaStephan El ShaarawyJannarErojĠermanjaGħawdexMalta fil-Festival tal-Eurovision 2013Metodu xjentifikuSirjaLingwa FranċiżaKleopatra VIIQattusBrugesKelbKambodja2 ta' JannarĠeroglifiċi EġizzjaniAntartikaPakistanFutbolSerbjaSuper Cup MaltijaFinlandjaDun Mikiel XerriBelt tal-VatikanPlejjuĠann Piet Franġisk De SoldanisLista ta' futbolers internazzjonali MaltinExeterBogotáKristjaneżmuOrdni ta' San ĠwannLatvjaMartin Luther King Jr.Chelsea FCParagwajChișinăuXemxYuri GagarinMonacoPalazz tal-Gran MastruAfrika t'IsfelMarzuGalileo GalileiFerrara🡆 More