Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.

Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali. Ir-Renju tal-Marokk rratifika l-Konvenzjoni fit-28 ta' Ottubru 1975, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk
Il-Moskea l-Kbira ta' Meknes.

Mill-2016, il-Marokk għandu disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u kollha huma siti kulturali. L-ewwel sit tal-Marokk, il-Medina ta' Fez, tniżżel fil-lista fil-ħames sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li saret f'Pariġi, Franza fl-1981. Żewġ siti oħra żdiedu fis-snin 80 tas-seklu 20, u tlieta oħra żdiedu fis-snin 90 tas-seklu 20, segwiti minn żewġ siti oħra fl-ewwel deċennju tas-seklu 21. L-aħħar sit, Rabat, Belt Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż, żdied fl-2012.

Siti ta' Wirt Dinji

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Sit Arkeoloġiku ta' Volubilis Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Fès-Meknès

34°04′26″N 5°33′25″W

(ii)(iii)(iv)(vi); (kulturali) 42 (100) 1997 Is-sit Ruman importanti ta' Volubilis ġie stabbilit fis-seklu 3 Q.K. bħala l-belt kapitali tal-Mawritanja, u iktar 'il quddiem saret il-belt kapitali tad-dinastija Idrisida. Kien fiha bosta binjiet, u l-fdalijiet estensivi tagħhom ġew ippreservati sal-lum.
Belt Storika ta' Meknes Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Fès-Meknès

33°53′00″N 5°33′30″W

(iv); (kulturali) 1996 L-eks belt kapitali tad-dinastija Alawita ġiet stabbilita fis-seklu 11 mill-Almoravidi u saret belt b'influwenza Spanjola-Għarbija Iberika matul is-sekli 17 u 18.
Ksar ta' Ait Ben Haddou Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Drâa-Tafilalet

31°02′50″N 7°07′44″W

(iv)(v); (kulturali) 3 (7.4) 1987 Il-Ksar ta' Ait Ben Haddou huwa eżempju ta' ħabitat tradizzjonali pre-Saħarjan fin-Nofsinhar tal-Marokk, imdawwar minn ħitan għoljin imsaħħa b'torrijiet fl-irkejjen.
Medina ta' Essaouira (li qabel kienet Mogador) Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Marrakesh-Safi

31°31′00″N 9°46′10″W

(ii)(iv); (kulturali) 30 (74) 2001 Il-port marittimu ffortifikat ta' Essaouira nbena matul l-aħħar tas-seklu 18 u fih taħlita ta' arkitettura Ewropea u tat-Tramuntana tal-Afrika. Kien ċentru kummerċjali ewlieni bejn is-Saħara u l-Ewropa.
Medina ta' Fez Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Fès-Meknès

34°03′40″N 4°58′40″W

(ii)(v); (kulturali) 280 (690) 1981 Fez ġiet stabbilita fis-seklu 9 u laħqet l-apoġew tagħha bħala l-belt kapitali tad-dinastija Marinidi fis-sekli 13 u 14. Il-monumenti ewlenin u n-nisġa urbana tagħha jmorru lura għal dak iż-żmien. Tospita wkoll l-eqdem università tad-dinja, l-Università ta' Al Quaraouiyine.
Medina ta' Marrakesh Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Marrakesh-Safi

31°37′53″N 7°59′12″W

(i)(ii)(iv)(v); (kulturali) 1,107 (2,740) 1985 Marrakesh ġiet stabbilita fis-snin 70 tas-seklu 11 u baqgħet ċentru politiku, ekonomiku u kulturali għal żmien twil. Monumenti minn dak il-perjodu jinkludu l-Moskea ta' Koutoubia, il-kasbah, u l-fortifikazzjonijiet. Il-belt tħaddan fiha wkoll karatteristiċi iktar ġodda, inkluż palazzi u madrasas.
Medina ta' Tétouan (li qabel kienet magħrufa bħala Titawin) Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Tanger-Tetouan-Al Hoceima

35°34′15″N 5°22′00″W

(ii)(iv)(v); (kulturali) 7 (17) 1997 L-iżjed medina kompluta tal-Marokk f'Tétouan intużat bħala l-punt ewlieni ta' kuntatt bejn il-Marokk u l-Andalusija matul is-seklu 8. Ir-raħal ġie rikostruwit minn refuġjati mill-Andalusija wara r-Reconquista. L-influwenza ta' din tal-aħħar hija evidenti fl-arti u fl-arkitettura.
Belt Portugiża ta' Mazagan (El Jadida) Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Casablanca-Settat

33°15′24″N 8°30′07″W

(ii)(iv); (kulturali) 8 (20) 2004 Il-fortifikazzjoni Portugiża ta' Mazagan b'disinn militari Rinaxximentali mill-bidu tas-seklu 16 ittieħdet mill-Marokk fl-1769. Fost il-binjiet li għadhom eżistenti hemm ċisterna u knisja Gotika.
Rabat, Kapitali Moderna u Belt Storika: Wirt Kondiviż Lista Ta' Siti Ta' Wirt Dinji Fil-Marokk: Lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Marokk  Rabat-Salé-Kénitra

34°01′27″N 6°49′22″W

(ii)(iv); (kulturali) 349 (860) 2012 Rabat ġiet rikostruwita taħt it-tmexxija tal-Franċiżi mill-1912 sas-snin 30 tas-seklu 20, u fiha taħlita ta' karatteristiċi storiċi u moderni, pereżempju ġonna botaniċi, it-Torri ta' Hassan (mhux il-Moskea ta' Hassan II li nbniet fl-1993), u l-fdalijiet insedjamenti Rumani, Feniċi, Għarab Iberiċi u tal-Andalusija mis-seklu 12 sas-seklu 17.

Referenzi

Tags:

AnnimalBijoloġijaMarokkMonumentNazzjonijiet UnitiSit ta' Wirt DinjiSkulturaUNESCOXjenzaĠeoloġija

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

TaġikistanKorea ta' FuqRaffaelloLista tal-għasafar ta' MaltaPalmyraLingwa IngliżaPapa Ġwanni Pawlu IIGalwayGħerien ta' ElloraMarco UreñaKjotoJuan Antonio VillacañasMarsaxlokkJimmy WalesĦelsien (rumanz)Madre Tereża ta' KalkuttaStati UnitiRenju UnitĠeorġjaMyriam Spiteri DebonoDublinQala (Għawdex)BeyoncéBelarussjaGöbekli TepeMattia PretiFrançois HollandeArkeoloġijaIranPremju Nobel għall-FiżikaMalarjaStorjaPark Nazzjonali tal-Lagi ta’ PlitviceDun Ġorġ PrecaWest Ham United FCTazza tad-Dinja tal-Futbol 1930SherbrookeSan ĠużeppMaltinLingwa IrlandiżaKambodjaBotswanaSerie A 2013–14BloggKarnival ta' MaltaISBNKawkasu tal-PunentDe factoKantantĊessĦaż-ŻabbarItaljaEkwadorSit elettronikuKizhi PogostSant'AmbroġjuAprilAwwissuMeroeBangladexxEwġenju BorgGalileo GalileiPresident ta' MaltaIl-Paġna prinċipali🡆 More