David Beckham

David Robert Joseph Beckham (twieled fit-2 ta' Mejju 1975) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li attwalment huwa l-president u ko-proprjetarju ta' Inter Miami u ko-proprjetarju ta' Salford City.

David Beckham
David Beckham
Informazzjoni personali
Isem sħiħDavid Robert Joseph Beckham
Twelid2 ta' Mejju 1975 (1975-05-02) (48 sena)
Leytonstone, Ingilterra
Tul1.80 m
RwolMidfilder
Mixtliet
Ridgeway Rovers
1987–1991Tottenham Hotspur
1989–1991Brimsdown Rovers
1991–1993Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
1993–2003Manchester United
1995→ Preston North End (self)
2003–2007Real Madrid
2007–2012Los Angeles Galaxy
2009Milan (self)
2010Milan (self)
2013Paris Saint-Germain
Tim nazzjonali
1994–1996Ingilterra U21
1996–2009Ingilterra

Beckham beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Manchester United, fejn iddebutta ta' 17-il sena fl-1992. Ma' United, Beckham rebaħ sitt titli tal-Premier League, żewġ FA Cups, u l-UEFA Champions League fl-1999. Hu ħalla lil Manchester United biex jingħaqad ma' Real Madrid fl-2003, fejn baqa' magħhom għal erba' staġuni u rebaħ it-titlu tal-La Liga fl-aħħar staġun mal-klabb. F'Jannar tal-2007 ġie mħabbar li Beckham kien se jissieħeb mal-klabb Amerikan tal-Major League Soccer, Los Angeles Galaxy, fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin fl-1 ta' Lulju ta' wara. Waqt li kien plejer ma' Galaxy, ġie misluf darbtejn lill-klabb ta' Milan fl-2009 u fl-2009.

Fil-kamp internazzjonali, Beckham iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra fl-1 ta' Settembru 1996, fl-età ta' 21 sena. Hu kien kaptan tat-tim bejn il-15 ta' Novembru 2000 sal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006, fejn lagħab għal 58 darba. Hu lagħab il-100 logħba tiegħu kontra Franza fis-26 ta' Marzu 2008, u b'115-il preżenza hu jibqa' t-tieni l-iktar plejer li għamel preżenzi mat-tim nazzjonali Ingliż.

Beckham spiċċa darbtejn fit-tieni post għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA u fl-2004 kien l-aktar plejer imħallas fid-dinja meta jiġu inklużi s-salarju u r-reklamar. Beckham kien l-ewwel plejer Brittaniku illi lagħab 100 logħba fiċ-Champions League, u hu hu t-tielet fil-klassifika tal-aktar assists mogħtija fil-Premier League, b'152 assist f'265 dehra.

Hu hu miżżewweġ lil Victoria Beckham u għandhom erbat itfal — Brooklyn Joseph, Romeo James, Cruz David, u Harper Seven. Sal-2009, il-ġid tal-koppja flimkien huwa smat li jammonta mal-£125 sterlina.

Unuri

Klabb

    Manchester United
    Real Madrid
  • La Liga: 2006–07
  • Supercopa de España: 2003
    Los Angeles Galaxy
  • Major League Soccer: 2011
  • MLS Supporters' Shield: 2010, 2011

Individwali

  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Awwissu 1996
  • Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 1996–97
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 1996–197, 1997–98, 1998–99, 1999–2000
  • Plejer tas-Sena tal-UEFA: 1998–99
  • L-Aqwa Midfilder tal-UEFA: 1998–99
  • Tim tas-Sena tal-UEFA: 2000–01, 2002–03
  • Plejer tas-Sena tal-Ingilterra: 2003

Ħoloq esterni

Tags:

David Beckham UnuriDavid Beckham Ħoloq esterniDavid BeckhamFutbolIngilterra

🔥 Trending searches on Wiki Malti:

Wied WirdienLiechtensteinDun Ġorġ PrecaMalta taħt il-FranċiżiIljunEstonjaTempji Megalitiċi ta' Malta u GħawdexNepalBavarjaIl-Paġna prinċipaliTogoPajjiżi tad-dinjaMalarjaBaalbekOssezja t'IsfelAsjaAda LovelaceBarokkCarol PeraltaLibanuBaha'iAssedju ta' Malta (1798–1800)Massimiljanu KolbeSeychellesLista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-GreċjaEfesuBloggTongaVladimir Putin2016BormlaEmirati Għarab MagħqudaMġarrWikisorsL-IslaLumijaDivorzjuSważilandDaphne Caruana GaliziaThe Kite RunnerĠesùParroċċi ta' MaltaGanaSan PietruburguCaroline HerschelMartin de RedinSaffi tal-gżejjer MaltinMadridStati UnitiEkonomija ta' MaltaFeniċiPiero AngelaKarmelitaniMonasteru ta' San Ġwann it-TeologuMalala YousafzaiDeżert ta' LutLingwa Ingliża🡆 More